|
—
|
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
|
—
|
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
|
|
—
|
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
|
|
—
|
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016 (2),
|
|
—
|
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3) (ir-Regolament dwar il-QFP),
|
|
—
|
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4),
|
|
—
|
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 5/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri “Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ”,
|
|
—
|
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5),
|
|
—
|
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Mejju 2017 (COM(2017)0288),
|
|
—
|
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017, adottata mill-Kunsill fl-4 ta’ Settembru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11812/2017 – C8-0303/2017),
|
|
—
|
wara li kkunsidra l-Artikolu 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
|
|
—
|
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0282/2017),
|
|
A.
|
billi l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017 huwa marbut mal-forniment ta' EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), kif miftiehem mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-ftehim tagħhom dwar il-baġit 2017, kif ukoll mal-emendar tal-organigrammi tal-aġenzija deċentralizzata ACER u l-Impriża Konġunta SESAR2, mingħajr ma jkunu hemm tibdil fil-baġit ġenerali jew fl-għadd totali ta' karigi;
|
|
B.
|
billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tipproponi baġit emendatorju fl-2017 sabiex jiġu pprovduti EUR 500 miljun għall-YEI fl-2017 iffinanzjati mill-Marġini Globali għall-Impenji, malli jiġi adottat l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-QFP;
|
|
C.
|
billi, b'segwitu għall-adozzjoni tal-aġġustament tekniku, il-Kummissjoni qed tipproponi għaldaqstant li temenda l-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 u żżid l-Artikolu 04 02 64 “Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ”;
|
|
D.
|
billi, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar żieda ta' EUR 1,2 biljun għall-YEI għall-2017-2020, u l-Parlament Ewropew enfasizza, fid-dikjarazzjoni tiegħu marbuta mar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-QFP, li dan il-limitu huwa ta' natura politika mingħajr l-ebda implikazzjoni legali;
|
|
E.
|
billi, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-QFP, il-Kummissjoni enfasizzat ukoll fid-dikjarazzjoni tagħha, li għandha tiġi kkunsidrata żieda fil-finanzjament għall-YEI lil hinn mill-ammont miftiehem ta' EUR 1,2 biljun, billi jintuża l-marġini disponibbli taħt il-Marġini Globali għall-Impenji skont l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP;
|
|
F.
|
billi r-rekwiżit għall-eżerċizzju ta' klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2017 huwa meħtieġ kemm għall-aġenzija deċentralizzata ACER kif ukoll għall-Impriża Konġunta SESAR2;
|
|