<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-585/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0585</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:899">EU:C:2020:899</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑585/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Academia de Studii Economice din Bucureşti</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Giovanni Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20201111">11 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑585/19</HT></P><P>Academia de Studii Economice din Bucureşti</P><P>vs</P><P>Organismul Intermediar pentru Programul Operaţional Capital Uman Ministerul Educaţiei Naţionale</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema li kkonkludew iktar kuntratti ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Ħin tax-xogħol u perijodi ta’ mistrieħ</KEYWORD><KEYWORD>Limiti massimi għall-ħin tax-xogħol ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għall-ħaddiem jew għall-kuntratt</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-limiti tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa imposti mid-Direttiva 2003/88<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</P></NOTE> japplikaw ukoll fil-każ fejn ħaddiem ikun ikkonkluda diversi kuntratti mal-istess persuna li timpjega? Jew inkella għandhom jiġu applikati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>għall-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u, għaldaqstant, jeħtieġ li l-possibbiltà li jinqabżu l-limiti msemmija tiġi evalwata għal kull kuntratt ta’ xogħol individwali?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Huma dawn, essenzjalment, il-kwistjonijiet ġuridiċi fl-isfond ta’ din il-kawża li toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-okkażjoni li tippreċiża, għall-ewwel darba, l-interpretazzjoni ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 li jiġu applikati, f’dan ir-rigward, b’mod differenti fl-Istati Membri diversi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest regolatorju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-ewwel, ir-raba’, il-ħames u l-ħdax‑il premessa tad-Direttiva 2003/88 jipprevedu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE tat‑<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="307" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="1993">ĠU L 307, p. 18</REF.DOC.OJ>], li tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi u tas-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, fir-rigward ta’ perjodi ta’ serħan kull jum, ta’ waqfien, ta’ serħan ta’ kull ġimgħa, il-ħin massimu tax-xogħol ta’ kull ġimgħa, il-leave annwali u l-aspetti tax-xogħol matul il-lejl, ix-xogħol bix-shift u l-istili tax-xogħol, kienu emendati b’mod importanti. Sabiex ikunu ċċarati dawn il-materji, kodifikazzjoni tad-disposizzjonijiet f’dan il-każ għandha tkun imħejjija.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="2"?><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>It-titjib tas-sigurtà, l-iġene u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol huwa għan li m’għandux ikun subordinat sempliċement għal raġunijiet ekonomiċi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Il-ħaddiema kollha għandhom ikollhom perjodi adekwati ta’ serħan. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>serħan<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għandu jkun espress f’unitajiet ta’ ħin, i.e. f’jiem, f’sigħat u/jew frazzjonijiet tagħhom. Il-ħaddiema tal-Komunità għandhom ikunu mogħtija l-perjodi minimi ta’ serħan ta’ kull jum u ta’ kull ġimgħa, u waqfien adekwati. Huwa wkoll meħtieġ li f’dan il-kuntest jitqiegħed limitu massimu fuq sigħat tax-xogħol matul kull ġimgha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Kondizzjonijiet speċifiċi tax-xogħol jistgħu jkollhom effetti detrimentali fuq is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. L-organizzazzjoni tax-xogħol skond ċerti tendenzi għandha tieħu akkont tal-prinċipju ġenerali ta’ l-adattazzjoni tax-xogħol lejn il-ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ serħan ta’ kull jum, serħan ta’ kull ġimgħa u leave annwali, għal waqfien u ħin tax-xogħol massimu ta’ kull ġimgħa; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ċerti aspetti tax-xogħol bil-lejl, ix-xogħol bix-shift u t-tendenzi tax-xogħol.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għas-setturi kollha ta’ l-attività, kemm pubblika u wkoll privata, fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391/KEE, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14, 17, 18 u 19 ta’ din id-Direttiva […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> ifisser kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>perjodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> ifisser kwalunkwe perjodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol;</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Serħan ta’ kull jum<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal perjodu minimu ta’ serħan kull jum ta’ 11‑il siegħa konsekuttivi f’perjodu ta’ 24 siegħa.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, skond il-ħtieġa tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-perjodu tal-ħin tax-xogħol ta’ kull ġimgħa jkun limitat permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi jew bi ftehim kollettiv jew bi ftehim bejn iż-żewġ naħat ta’ l-industrija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-medja tal-ħin tax-xogħol għal kull perjodu ta’ sebat ijiem, inkluża s-sahra, ma tkunx teċċedi it‑48 siegħa<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Derogi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>F’dak li jirrigwardja l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, l-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga mill-Artikoli 3 sa 6, 8 u 16 meta, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-attività kkonċernata, it-tul tal-ħin tax-xogħol ma jkunx imkejjel u/jew predeterminat jew jista’ jkun determinat mill-ħaddiema nfushom, u partikolarment fil-każ ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>eżekuttivi amministraturi jew persuni oħrajn b’poteri awtonomi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ħaddiema parti mill-familja; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ħaddiema li juffiċċjaw f’ċerimonji reliġjużi fi knejjes u f’komunitajiet reliġjużi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Disposizzjonijiet mixxellanji<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Stat Membru għandu jkollu l-għażla li ma japplikax l-Artikolu 6, waqt li jirrispetta l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa ta’ ħaddiema, u basta li hu jieħu l-miżuri meħtieġa ħalli jassigura li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li min jimpjega ma jkunx jeħtieġ li ħaddiem jaħdem aktar minn 48 siegħa matul perjodu ta’ sebat ijiem, ikkalkolati bħala medja għall-perjodu ta’ referenza li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 16(b), sakemm ma jkunx l-ewwel akkwista l-ftehim tal-ħaddiem ħalli jwettaq xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-ebda ħaddiem ma jkun suġġett għal xi detriment minn min jimpjegah minħabba li hu ma jkunx lest li jagħti l-ftehim tiegħu għal twettieq ta’ xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>min jimpjega iżomm rekords aġġornati tal-ħaddiema kollha li jwettqu xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>li r-rekords jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu, għal raġunijiet konnessi mas-sigurtà u/jew is-saħħa tal-ħaddiema, jipprojbixxu jew jirristrinġu l-possibbiltà li jkunu misbuqa s-sigħat massimi ta’ xogħol matul ġimgħa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>min jimpjega jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fuq it-talba tagħhom b’informazzjoni dwar każi li fihom ftehim ikun seħħ ma ħaddiema ħalli jwettqu xogħol b’eċċess ta’ 48 siegħa matul perjodu ta’ sebat ijiem, ikkalkolati bħala medja għall-perjodu ta’ referenza kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 16(b).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Jekk l-Istati Membri jutilizzaw minn dawn l-għażliet li hemm provvediment dwarhom f’dan l-Artikolu, huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikoli 111, 112, 114 u 135 tal-Legea n. 53/2003 privind Codul muncii (il-Liġi Nru 53/2003 tal‑<DATE ISO="20030124">24 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar il-Kodiċi tax-Xogħol), jipprevedu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Artikolu 111: Ħin tax-xogħol ifisser kwalunkwe perijodu li waqtu l-ħaddiem ikun ix-xogħol, għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega u fit-twettiq tal-attività jew tal-funzjonijiet tagħha, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu, tal-kuntratt kollettiv applikabbli u/jew tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.</P><P>Artikolu 112(1): Il-ħin tax-xogħol normali għall-ħaddiema full-time huwa ta’ 8 sigħat kuljum u ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa.</P><P>[…]</P><P>Artikolu 114(1): Il-ħin massimu legali tax-xogħol ma jistax jaqbeż it‑48 siegħa fil-ġimgħa, inkluża s-sahra.</P><P>[…]</P><P>Artikolu 135(1): Bejn jumejn tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom dritt għal perijodu ta’ mistrieħ ta’ almenu 12‑il siegħa konsekuttivi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Academia de Studii Economice din București (l-Akkademja tal-Istudji Ekonomiċi ta’ Bukarest, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ASE<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), organu Rumen ta’ edukazzjoni superjuri, irċeviet finanzjament Ewropew mhux rimborsabbli mill-Fond Soċjali Ewropew mogħti mill-awtoritajiet Rumeni, speċifikament mill-Organismul Intermediar pentru Programul Operațional Capital Uman – Ministerul Educației Naționale (l-Organu Intermedju għall-Programm Operattiv tal-Kapital Uman – Ministeru tal-Edukazzjoni Nazzjonali, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>OI POCU MEN<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) għat-twettiq tal-attivitajiet tal-proġett POSDRU/89/1.5/S/59184 (il-Programm Operattiv Settorjali għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Performance u Eċċellenza fir-Riċerka Post-Dottorali fil-Kuntest tax-Xjenzi Ekonomiċi fir-Rumanija<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20180604">4 ta’ Ġunju 2018</DATE>, permezz ta’ rapport dwar il-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet finanzjarji, l-OI POCU MEN iddeċieda li parti mill-ispejjeż tas-salarju relatati mal-esperti tat-tim tal-implimentazzjoni tal-proġett ma hijiex ammissibbli, minħabba li dawn l-impjegati, bejn Ottubru 2012 u Jannar 2013, iddikjaraw f’xi ġranet numru totali ta’ sigħat kuntrattwali superjuri għal-limitu massimu ta’ 13‑il siegħa tax-xogħol kuljum kif stabbilit mill-istruzzjonijiet tal-OI POCU MEN, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-ispiża kkunsidrata bħala mhux ammissibbli, daqs RON <FT TYPE="NUMBER">13808</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">2904</FT>), tikkorrispondi għall-ispejjeż tas-salarju (salarju nett, taxxi, kontribuzzjonijiet tal-impjegat u tal-persuna li timpjega) relatati mal-impjegati tat-tim tal-implimentazzjoni tal-proġett.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Mill-proċess tal-kawża prinċipali, kif sostnut mill-qorti tar-rinviju, jirriżulta li l-esperti ġew maħtura b’diversi kuntratti ta’ xogħol mill-istess persuna li timpjega, l-ASE. Jidher li ġew maħtura minn dan l-organu bħala impjegati fuq il-bażi ta’ kuntratt individwali għal żmien indeterminat għal 40 siegħa fil-ġimgħa full-time, iżda li kkonkludew ukoll kuntratt individwali ta’ xogħol wieħed jew ieħor għal terminu u żmien parzjali mal-istess persuna li timpjega. Għaldaqstant, f’ċerti ġranet, dawn l-impjegati rreġistraw numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol bejn l‑14 u s‑16‑il siegħa kuljum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Rikors amministrattiv propost mill-ASE kontra l-verbal tal-verifika tal-illegalità ġie miċħud mill-OI POCU MEN, bid-deċiżjoni 1035/DDDZ/<DATE ISO="20180802">02.08.2018</DATE>, li t-tħassir tiegħu huwa s-suġġett tal-kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, it-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni msemmija hija fondata, fost affarijiet oħra, fuq l-argument li l-limitu previst mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88 (13‑il siegħa ta’ xogħol kuljum għal kull impjegat), ma japplikax għal kull kuntratt ta’ xogħol iżda għall-ħaddiem indipendentement min-numru ta’ kuntratti konklużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li l-ammonti ddikjarati inammissibbli jikkorrispondu għall-ispejjeż relatati mas-salarji ta’ ċerti esperti li, fil-perijodu ta’ Ottubru 2012 u Jannar 2013, akkumulaw, fi ġranet speċifiċi, is-sigħat maħduma skont il-programm bażi, jiġifieri 8 sigħat kuljum, bis-sigħat maħduma fil-kuntest tal-proġett u fil-kuntest ta’ proġetti jew attivitajiet oħra. In-numru totali ta’ sigħat maħduma kuljum għal dawn il-persuni qabeż il-limitu ta’ 13‑il siegħa kuljum, stabbilit mill-istituzzjonijiet tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-proġett, li, skont l-OI POCU MEN, ingħataw f’konformità mal-Artikoli 3 u 6 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul București (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest) issospendiet il-proċeduri u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Il-Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>, li huwa ddefinit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kwalunkwe perjodu li matulu l-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> abbażi ta’ kuntratt wieħed (full-time) jew inkella abbażi tal-kuntratti kollha (ta’ xogħol) konklużi minn dan il-ħaddiem?</P><P>Ir-rekwiżiti imposti fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88/KE (obbligu li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal perijodu minimu ta’ serħan kull jum ta’ 11‑il siegħa konsekuttivi f’perijodu ta’ 24‑siegħa) u mill-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE (iffissar tat-tul medju ta’ xogħol fil-ġimgħa għal-limitu massimu ta’ 48 siegħa, inklużi s-sigħat ta’ sahra) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistabbilixxu limiti fir-rigward ta’ kuntratt wieħed jew inkella fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi mal-istess persuna li timpjega jew ma’ diversi persuni li jimpjegaw?</P><P>Fil-każ li r-risposti għall-ewwel u għat-tieni domandi jinvolvu interpretazzjoni li teskludi l-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirregolaw, fuq livell nazzjonali, l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE għal kull kuntratt, fl-assenza ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tirregola l-fatt li l-mistrieħ ta’ kuljum minimu u l-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa għandhom ikunu fil-konfront tal-ħaddiem (irrispettivament minn kemm il-kuntratt ta’ xogħol huwa jikkonkludi mal-istess persuna li timpjega jew ma’ diversi persuni li jimpjegaw), istituzzjoni pubblika ta’ Stat Membru, li taġixxi f’isem l-Istat, hija f’pożizzjoni li tinvoka l-applikazzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE u li tissanzjona lill-persuna li timpjega għan-nuqqas ta’ osservanza tal-limiti previsti fid-direttiva fir-rigward tal-mistrieħ ta’ kuljum u/jew tal-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u wħud mill-partijiet intervenjenti sostnew il-fehma tal-inammissibbiltà tad-domandi preliminari magħmula b’motivi diversi li, essenzjalment, jistgħu jinġabru fil-qosor: a) in-nuqqas ta’ ċerti elementi ta’ fatt għall-evalwazzjoni, b) ir-rabta mhux diretta li dawn għandhom mas-suġġett tas-sentenza tal-kawża prinċipali. Iktar minn hekk, ġiet sostnuta wkoll minn iktar partijiet l-inammissibbiltà parzjali ta’ ċerti partijiet tad-domandi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju, li jirrigwarda, kif ingħad, l-inammissibbiltà ta’ ċerti spejjeż għall-għanijiet tal-finanzjament b’fondi pubbliċi u mhux direttament il-kalkolu tan-numru ta’ sigħat ta’ xogħol għall-għanijiet tal-verifika tal-osservazzjoni tal-limiti previsti mid-Direttiva 2003/88, ċertament li seta’ jkun iktar sħiħ minn diversi perspettivi fattwali. Madankollu, huwa jagħti minimu ta’ informazzjoni relattiva għall-fatti tal-kawża prinċipali u jsemmi d-dispożizzjonijiet applikabbli fid-dritt tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u għaldaqstant jippermetti li jiġi mifhum suffiċjentement is-suġġett ta’ din il-kawża u, b’mod ġenerali, id-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-digriet tar-rinviju jistabbilixxi li l-OI POCU MEN applika t-titolu ta’ dejn minħabba n-nuqqas ta’ osservazzjoni tal-ASE tar-regoli dwar in-numru massimu ta’ sigħat ta’ xogħol ta’ kuljum: dan jidhirli li huwa suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat l-eżami tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 dwar il-limiti tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-OI POCU MEN applikax l-istrument tad-dejn inkwistjoni korrettement jew le iżda, minħabba li d-domandi magħmula huma bbażati fuq l-interpretazzjoni ta’ regola ġuridika tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi. Kif, fil-fatt, ikkonfermat il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet it-tilwima fil-kawża prinċipali u li għandha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vivendi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑719/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:627">EU:C:2020:627</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>preżunzjoni ta’ rilevanza […] Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba ta’ regola tal-Unjoni ma għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex disponibbli l-informazzjoni fattwali u legali neċessarja sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vivendi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑719/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:627">EU:C:2020:627</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Jibqgħu d-dubji dwar ċerti partijiet tad-domandi preliminari li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddikjara inammissibbli. Qiegħed nirreferi, b’mod partikolari, għall-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tal-limitu tal-ħin tax-xogħol fil-ġimgħa, previst mill-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 u suġġett għat-tieni parti tat-tieni domanda preliminari. Mill-fatti deskritti fit-talba għal deċiżjoni preliminari ma hemm, fil-fatt, l-ebda indikazzjoni dwar għalfejn din l-aħħar dispożizzjoni hija rilevanti, minħabba li huwa biss il-qbiż tal-limitu ta’ kuljum tal-ħin tax-xogħol li huwa kkontestat mill-ASE. Madankollu, l-analiżi li sejjer inwettaq fil-mertu dwar l-iskopijiet marbuta mal-osservazzjoni tal-limiti tax-xogħol sejra tkun ta’ natura ġenerali u ma teħtieġx separazzjoni netta tal-perspettivi marbuta mal-limiti ta’ kuljum u fil-ġimgħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra nikkunsidra inammissibbli l-parti tat-tieni domanda preliminari dwar l-applikazzjoni tal-limiti għall-ħin tax-xogħol ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 għall-kuntratti ta’ xogħol konklużi ma’ diversi persuni li jimpjegaw. F’dan ir-rigward, mill-proċess u anki mill-osservazzjonijiet tal-ASE jirriżulta li l-kuntratti kollha relatati, almenu dawk konklużi mal-esperti li kienu għalliema (li dwarhom hija l-kawża prinċipali), kienu ġew konklużi biss ma’ dik l-università. Din il-parti tat-tieni domanda hija għaldaqstant ipotetika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Baldonedo Martin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑177/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:26">EU:C:2020:26</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ, hija ma tissodisfax ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 94 tar-Regolamenti tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba li l-qorti nazzjonali ma tatx espożizzjoni tal-fatti li fuqhom hija bbażata din il-parti tad-domanda preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Balgarska energiyna borsa</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑347/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:816">EU:C:2017:816</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> 58 sa 60).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Skopijiet tad-Direttiva 2003/88 u l-pożizzjoni tal-ħaddiem fis-sistema ta’ protezzjoni tad-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Id-dawl tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-soluzzjoni tad-domandi magħmula dwar il-kwistjoni tal-ħin tax-xogħol huwa l-iskop protettiv tad-Direttiva 2003/88 meħuda inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni ta’ dgħufija tal-ħaddiem fir-rabta kuntrattwali mal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/88 għandha, fil-fatt, l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi maħsuba sabiex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, għan li jintlaħaq, fost l-oħrajn, permezz tal-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ħin tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Maio Marques da Rosa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:844">EU:C:2017:844</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Din l-aspirazzjoni hija element prinċipali fil-bini ta’ dritt soċjali Ewropew. Wara li stabbilixxa, fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE, il-prinċipji ġenerali għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fid-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="19890712">12 ta’ Lulju 1989</DATE>, il-leġiżlatur ta forma konkreta għal dawn il-linji gwida permezz ta’ serje ta’ direttivi speċifiċi. Fost dawn, appuntu, id-Direttiva 2003/88 li kkodifikat id-Direttiva 93/104/KE preċedenti tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Fil-fatt, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija kostanti fid-dikjarazzjoni li, peress li l-Artikoli 1 sa 8 tad-Direttiva 2003/88 huma fformulati f’termini essenzjalment identiċi għal dawk tal-Artikoli 1 sa 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE tat‑<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE> dwar xi aspetti ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197), kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 27), l-interpretazzjoni ta’ dawn l-artikoli mill-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiġi trasposta għall-artikoli msemmija preċedentement tad-Direttiva 2003/88; <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Grigore</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 jistabbilixxu perijodi minimi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa kif ukoll massimu ta’ tmienja u erbgħin siegħa għall-ħin tax-xogħol medju fil-ġimgħa, inklużi s-sigħat ta’ sahra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Permezz tal-imsemmija dispożizzjonijiet huwa implimentat l-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li, wara li jirrikonoxxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[k]ull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[k]ull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni ta’ sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta’ mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta’ leave imħallas<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Dan id-dritt huwa marbut direttament mar-rispett tad-dinjità tal-bniedem li hija protetta b’mod iktar wiesa’ fit-Titolu I tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tanchev fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>King</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑214/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:439">EU:C:2017:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’sentenza reċenti, l-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat, dwar kwistjoni ta’ regoli u ta’ pożizzjoni sistematika, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>d-dritt ta’ kull ħaddiem għal limitazzjoni tal-ħin massimu tax-xogħol u għal perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa jikkostitwixxi mhux biss regola tad-dritt soċjali tal-Unjoni ta’ importanza partikolari, iżda huwa wkoll espressament stipulat fl-Artikolu 31(2) tal-Karta, li huwa rrikonoxxut mill-Artikolu 6(1) TUE bħala li għandu l-istess saħħa legali bħat-Trattati. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88, b’mod partikolari l-Artikoli 3, 5 u 6 tagħha, jispeċifikaw dan id-dritt fundamentali u għalhekk għandhom jiġu interpretati fid-dawl tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata). L-Artikolu 31 tal-Karta jaqra li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1. Kull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu. 2. Kull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni ta’ sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta’ mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta’ leave imħallas<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Imbagħad fakkret li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>d-Direttiva 2003/88 għandha l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi intiżi sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-ħaddiema permezz ta’ armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar, b’mod partikolari, it-tul tal-ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>, u ppreċiżat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[d]in l-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol hija intiża sabiex tiggarantixxi protezzjoni aħjar tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, billi tiżgura li dawn jibbenefikaw minn perijodi minimi ta’ mistrieħ – b’mod partikolari ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa – kif ukoll minn perijodi ta’ pawża xierqa, u billi tipprovdi limitu massimu għall-ħin tax-xogħol fil-ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-istess sentenza mbagħad irrepetiet il-pożizzjoni tal-ħaddiem fis-sistema ta’ protezzjoni tal-Unjoni: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[i]l-ħaddiem għandu jitqies bħala l-parti l-iktar dgħajfa fir-relazzjoni tax-xogħol, b’tali mod li huwa neċessarju li l-persuna li timpjega tiġi prekluża milli jkollha l-possibbiltà li timponi fuqu restrizzjoni fuq id-drittijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>; iktar minn hekk, għandu jitqies li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni ta’ dgħufija, ħaddiem jista’ jiġi skoraġġut milli jinvoka espliċitament id-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-persuna li timpjegah, b’mod partikolari meta t-talba għal dawn tista’ tesponih għal miżuri meħuda minn din tal-aħħar ta’ natura li jaffettwaw ir-relazzjoni tax-xogħol għad-detriment ta’ dan il-ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Minn dawn il-prinċipji tirriżulta serje ta’ konsegwenzi: a) dwar l-interpretazzjoni tad-direttiva fid-dawl tal-iskopijiet protettivi tagħha; b) dwar id-disponibbiltà għall-ħaddiem tad-drittijiet irrikonoxxuti fiha; c) dwar il-limiti tad-diskrezzjoni tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi fl-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Qabelxejn, jirriżulta mir-rabta msemmija ta’ strumentalità bejn id-Direttiva 2003/88 u d-drittijiet soċjali fundamentali rrikonoxxuti mill-Karta li l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/88 u d-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandhom ikunu xierqa sabiex jippermettu t-tgawdija sħiħa u effettiva tad-drittijiet suġġettivi rrikonoxxuti minnha lill-ħaddiema, filwaqt li jiġi eliminat kull ostakolu li fil-fatt jista’ jillimita jew jippreġudika l-imsemmija tgawdija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/88 li tippermetti li l-għanijiet tagħha jintlaħqu b’mod koerenti u li d-drittijiet li din tagħti lill-ħaddiema jiġu protetti b’mod sħiħ u effettiv timplika, għaldaqstant, l-identifikazzjoni ta’ obbligi speċifiċi imposti fuq il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tagħha li jkunu xierqa sabiex jiġi evitat li l-iżbilanċ strutturali fir-relazzjoni ekonomika bejn persuna li timpjega u ħaddiem jippreġudika t-tgawdija effettiva tad-drittijiet mogħtija mill-istess direttiva. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet inklużi fiha, kif anki mfakkar reċentement mill-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistgħux ikunu suġġett ta’ interpretazzjoni restrittiva askapitu tad-drittijiet li l-ħaddiem irċieva minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata)</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>It-tieni konsegwenza ta’ din il-linja interpretattiva hija l-indisponibbiltà għall-ħaddiem tad-drittijiet imsemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Id-drittijiet irrikonoxxuti għall-ħaddiema mid-Direttiva 2003/88, b’mod partikolari dawk dwar il-mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, li joriġinaw mil-limiti stabbiliti għall-ħin tax-xogħol għal kuljum u għal kull ġimgħa rispettivament, minħabba r-rabta mill-qrib tagħhom mad-drittijiet primarji u fundamentali, għandhom jiġu kkunsidrati indisponibbli għall-istess ħaddiema minħabba li għandhom skop li jipproteġu interess pubbliku, id-dritt għas-saħħa u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dan ifisser li d-drittijiet imsemmija, ma jappartjenux għal dak in-nukleu ta’ drittijiet ta’ natura strettament kuntrattwali li l-ħaddiem jista’ jiddeċiedi li jirrinunzja għalihom inkambju ta’ remunerazzjonijiet żejda jew ta’ utilitajiet oħra, iżda jagħmlu parti minn dak in-nukleu ristrett ta’ drittijiet fundamentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Għal rikonoxximent espress f’dan is-sens mill-Qorti tal-Ġustizzja ara l-preċedenti punt 29 u l-ġurisprudenza hemm iċċitata.</P></NOTE>, irrikonoxxuti minn sorsi ta’ regoli primarji ta’ livell kostituzzjonali jew daqsu, li ma jirrigwardawx esklużivament ir-rabta kuntrattwali bejn il-persuna li timpjega u l-ħaddiem iżda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>persuna tal-ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Isegwi li d-disponibbiltà ta’ dawn id-drittijiet li, saħansitra, il-leġiżlatur nazzjonali, u f’din l-aħħar analiżi l-persuna li timpjega, għandhom jirrikonoxxu u jiggarantixxu mingħajr ebda possibbiltà ta’ deroga jekk mhux dawk espressament previsti mill-istess Direttiva 2003/88, ma tistax titħalla fir-rieda tal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Konferma ta’ din il-linja interpretattiva tista’ tinsab ukoll fil-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jinqara, fil-fatt, fis-sentenza diġà ċċitata CCOO li l-Istati Membri għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-ħaddiema kollha jibbenefikaw minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ ħdax‑il siegħa konsekuttiva għal kull perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa […]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u għandhom l-obbligu li jipprovdu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>limitu massimu ta’ 48 siegħa għall-ħin tax-xogħol medju fil-ġimgħa, limitu massimu li fir-rigward tiegħu huwa speċifikat espressament li jinkludi s-sahra, u li, apparti mis-suppożizzjoni […] imsemmija fl-Artikolu 22(1) ta’ din id-direttiva, <HT TYPE="ITALIC">ma tistax issir deroga minnu, anki jekk bil-kunsens tal-ħaddiem ikkonċernat</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Nasal hekk għat-tielet konsegwenza, li tirriżulta mill-prinċipji mfakkra iktar ’il fuq, dwar il-limiti tad-diskrezzjoni tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inklużi fid-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tad-Direttiva 2003/88, huwa importanti li l-Istati Membri jiggarantixxu l-osservanza ta’ dawn il-perijodi minimi ta’ mistrieħ u jipprekludu kull qbiż tal-ħin massimu tax-xogħol fil-ġimgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa ċertament veru li l-Artikoli 3 u 5 u l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 ma jiddeterminawx il-modalitajiet konkreti li permezz tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tad-drittijiet li dawn jipprevedu. Kif jirriżulta mill-formulazzjoni tagħhom stess, id-dispożizzjonijiet imsemmija jafdaw lill-Istati Membri l-inkarigu li jadottaw dawn il-modalitajiet, u li jadottaw il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>miżuri neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għal dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom għaldaqstant setgħa diskrezzjonali għal dan l-għan iżda, meħud inkunsiderazzjoni l-għan essenzjali mfittex mid-Direttiva 2003/88, li huwa li tiggarantixxi protezzjoni effettiva tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-ħaddiema u protezzjoni aħjar tas-sigurtà u tas-saħħa tagħhom, dawn għandhom jiżguraw li l-effett utli ta’ dawn id-drittijiet jiġi żgurat b’mod sħiħ, billi jkunu jistgħu jibbenefikaw effettivament mill-perijodi minimi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u mil-limitu massimu tal-ħin tax-xogħol medju fil-ġimgħa previsti minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Isegwi li l-modalitajiet iddefiniti mill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 ma għandhomx ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>jistgħu jċaħħdu<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> mis-sustanza tagħhom id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 31(2) tal-Karta u fl-Artikoli 3 u 5 u fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel u t-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel żewġ domandi, eskluża l-parti li fil-fehma tiegħi hija inammissibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Rigward, kif għedt, il-possibbiltà li ħaddiem jikkonkludi iktar kuntratti ta’ xogħol ma’ diversi persuni li jimpjegaw, li għaliha jkun neċessarju li jsiru kunsiderazzjonijiet oħra.</P></NOTE>, il-qorti nazzjonali tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk, fil-każ li jiġu konklużi diversi kuntratti ta’ xogħol individwali minn ħaddiem mal-istess persuna li timpjega, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1), 3 u 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE għandhomx japplikaw <HT TYPE="ITALIC">għall-kuntratt jew għall-ħaddiem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Minn dak indikat iktar ’il fuq dwar l-iskopijiet tad-Direttiva 2003/88 u dwar il-pożizzjoni tal-ħaddiem fis-sistema ta’ protezzjoni tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta li l-aħjar għażla interpretattiva tkun fis-sens li l-limiti għall-ħin tax-xogħol ta’ kuljum<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ir-raġunament japplika wkoll għal-limiti fil-ġimgħa ta’ xogħol (stabbiliti fuq medja ta’ 48 siegħa, inkluża s-sahra), fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li ma tikkonstatax bħala inammissibbli dik il-parti tat-tieni domanda preliminari minħabba li ma hijiex direttament marbuta mal-fatti tal-kawża prinċipali.</P></NOTE>, stabbiliti indirettament mid-Direttiva 2003/88 bl-impożizzjoni ta’ mistrieħ minimu ta’ 11‑il siegħa, għandhom jiġu applikati <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Huwa l-ħaddiem li huwa l-persuna protetta mid-direttiva (u mhux <HT TYPE="ITALIC">il-kuntratt tax-xogħol</HT>) u l-limiti għall-ħin tax-xogħol ta’ kuljum (u ta’ kull ġimgħa) jaħdmu għal din il-protezzjoni minn żewġ aspetti: fuq il-livell pubbliċistiku, minħabba li l-protezzjoni tas-saħħa hija bla dubju interess pubbliku li jinsab f’pożizzjoni prominenti meta mqabbel mal-interessi privati tal-partijiet; fuq il-livell kuntrattwali, minħabba li l-ħaddiem, bħala l-persuna dgħajfa fir-rabta, għandu jiġi protett minn abbużi potenzjali tal-persuna li timpjega li tista’ timponilu (kuntrattwalment) restrizzjonijiet għad-drittijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-preċedenti punt 31.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni li skontha l-limiti imposti mid-direttiva jistgħu jiġu mwarrba sempliċement billi l-ħaddiem jintalab jikkonkludi iktar kuntratti ta’ xogħol, kull wieħed minnhom b’ħin tax-xogħol ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa inferjuri għal-limiti previsti, hija kontradittorja meta mqabbla mal-pożizzjonijiet stabbiliti tal-Qorti tal-Ġustizzja indikati hawn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Dan huwa sostnut b’mod konċiż ukoll mill-formulazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li <HT TYPE="ITALIC">kull ħaddiem</HT> ikun intitolat għal perjodu minimu ta’ serħan kull jum ta’ 11‑il siegħa konsekuttivi f’perjodu ta’ 24 siegħa<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-approċċ sistematiku propost, flimkien mal-formulazzjoni, isostnu univokament, fil-każ ta’ diversi kuntratti konklużi minn ħaddiem mal-istess persuna li timpjega, li: a) id-dispożizzjonijiet inklużi fid-Direttiva 2003/88 għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-iskop protettiv tagħha u b’mod li jiġi żgurat effett utli tagħha u, fl-aħħar mill-aħħar, it-tgawdija sħiħa u effettiva tal-pożizzjonijiet suġġettivi li hija tirrikonoxxi għall-<HT TYPE="ITALIC">ħaddiema</HT>, billi tneħħi kull ostakolu li fil-fatt jista’ jillimita jew jippreġudika t-tgawdija; b) id-drittijiet irrikonoxxuti mid-direttiva, sa fejn huma marbuta mill-qrib mad-drittijiet primarji u fundamentali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala indisponibbli għall-ħaddiema nnifishom u<?PAGE NO="11"?> inderogabbli mil-leġiżlaturi nazzjonali jekk mhux fil-każijiet espressament previsti mid-direttiva stess; c) il-modalitajiet iddefiniti mill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 ma għandhomx ikunu jistgħu jċaħħdu d-drittijiet li hija tistabbilixxi mis-sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-argumenti adottati minn uħud mill-partijiet intervenjenti sabiex juru li l-applikazzjoni tal-limiti tal-ħin tax-xogħol previsti mid-direttiva u mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tkun <HT TYPE="ITALIC">għall-kuntratt</HT> u mhux <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT> huma, għaldaqstant, ikkonfutati mil-linja interpretattiva proposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Dawn jistgħu jinġabru fil-qosor hekk: ma huwiex testwalment previst fid-direttiva li l-limiti għandhom japplikaw <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT>, iżda li, l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">għall-kuntratt</HT> tintwera mill-fatt li, f’ċerti regoli settorjali, dan huwa espressament previst; il-proposti ta’ emenda tad-direttiva suċċessivi mill-Kummissjoni sabiex tintroduċi testwalment l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT> ma laħqux qbil fi ħdan il-Kunsill u, għaldaqstant, ma ġewx segwiti; is-sitwazzjoni ta’ fatt fl-Istati Membri tinqasam skont il-marġni ta’ diskrezzjoni fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 u, anki jekk il-maġġoranza tal-Istati li japplikaw id-dispożizzjonijiet limitattivi <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT>, hemm uħud li, għall-kuntrarju, japplikawhom <HT TYPE="ITALIC">għall-kuntratt</HT>; dan huwa wkoll il-każ għal raġunijiet ta’ natura ekonomika u interpretazzjoni possibbli tad-direttiva li timponi l-applikazzjoni tal-limiti <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT> jista’ jkollha riperkussjonijiet importanti; il-ħaddiem għandu jitħalla jaċċetta li jwettaq ħin tax-xogħol itwal minn dak previst mil-limiti tad-direttiva fuq il-bażi ta’ diversi kuntratti minħabba l-libertà tiegħu li jeżerċita attività professjonali protetta mid-dritt tal-Unjoni; għal ċerti tipi ta’ ħaddiema l-limiti previsti mid-Direttiva 2003/88 ma humiex applikabbli iżda minflok għandhom japplikaw id-derogi previsti minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-argument testwali, kopert mill-argument magħruf tal-interpretazzjoni ġuridika espress bir-regola <HT TYPE="ITALIC">ubi lex voluit dixit, ubi noluit tacuit</HT>, ma huwiex partikolarment konvinċenti u huwa kkuntrastat mir-riżultati tal-interpretazzjoni sistematika u teleoloġika tad-Direttiva 2003/88 magħmula fil-punti preċedenti li wrew il-bżonn li l-limiti tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum (u ta’ kull ġimgħa) jiġu rrispettati għal kull ħaddiem sabiex jiġi żgurat l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Għal raġunament simili dejjem dwar it-tema tal-ħin tax-xogħol iżda b’riferiment għas-sistemi ta’ kejl ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:87">EU:C:2019:87</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ riferiment espliċitu għal ċerti każijiet speċjali għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT> ma hija bl-ebda mod f’kontradizzjoni mal-interpretazzjoni proposta minni. Uħud mill-kategoriji ta’ ħaddiema u ta’ ħaddiema f’ċerti setturi speċifiċi, fil-fatt, jeħtieġu protezzjoni partikolari – għall-karatteristiċi intrinsiċi tal-prestazzjoni bħal pereżempju l-ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli ta’ trasport bit-triq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20020311">11 ta’ Marzu 2002</DATE> dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4 p. 224).</P></NOTE> – u għalihom id-dritt tal-Unjoni espressament ippreveda l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-prattika differenti tal-Istati Membri (kif muri mill-Kummissjoni stess fir-rapport tagħha dwar it-twettiq tad-Direttiva 2003/88 mill-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Rapport tas‑<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, KUMM(2017) 254 final.</P></NOTE> u fil-komunikazzjoni interpretattiva tagħha dwar din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Komunikazzjoni tal‑<DATE ISO="20170524">24 ta’ Mejju 2017</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="165" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, C 165, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>) kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom ġiet adottata din id-direttiva, id-direttivi l-oħra dwar il-ħin tax-xogħol u l-proposti għal emendi tad-Direttiva 2003/88 ippreżentati mill-Parlament Ewropew, li sa issa ġew miċħuda, huma kollha elementi li f’din il-kawża ma għandhom l-ebda importanza deċiżiva. Dawn jista’ jkollhom xi interess f’riflessjoni futura dwar il-kwistjoni tad-diversi kuntratti ta’ xogħol konklużi ma’ diversi persuni li jimpjegaw. Permezz tagħhom, fil-fatt, jistgħu jqumu diversi mistoqsijiet dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali ta’ diversi persuni li jimpjegaw fit-twettiq tal-obbligu tas-sigurtà, kif ukoll l-għarfien ta’ sitwazzjonijiet li ma humiex disponibbli b’mod sħiħ għall-istess persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-argumenti sostnuti minn diversi Stati Membri dwar il-marġni ta’ azzjoni mħolli lilhom fir-rigward tal-modalitajiet ta’ twettiq tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 u 6(b) tad-Direttiva 2003/88 huma infondati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara iktar ’il fuq il-punt 41 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Fil-fatt, id-domanda li ġiet magħmula ma jidhirlix li tirrigwarda l-modalitajiet ta’ twettiq tar-regoli inkwistjoni, iżda pjuttost il-portata ta’ dawn ir-regoli. Hija għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tinterpreta dawn ir-regoli sabiex tiddetermina l-portata b’mod uniformi: il-qbiż tal-limiti msemmija minħabba l-fatt biss li l-ħaddiem ikun ikkonkluda diversi kuntratti ta’ xogħol jirrappreżenta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ċaħda<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tan-nukleu essenzjali tal-protezzjoni, billi jinterferixxi b’mod sinjifikattiv, kif intqal, fuq l-effett utli tad-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-impatt ekonomiku possibbli tal-interpretazzjoni proposta, huwa biżżejjed li jitfakkar li, kif jirriżulta mill-premessa 4 tad-Direttiva 2003/88, il-protezzjoni effikaċi tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema ma tistax tiddependi fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura purament ekonomika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Mill-bqija, mill-proċess ma tirriżultax analiżi preċiża u puntwali tal-impatt ekonomiku li jista’ jkollha interpretazzjoni bħal din fis-sistemi ekonomiċi differenti li, illum, japplikaw il-limiti previsti mid-Direttiva 2003/88 <HT TYPE="ITALIC">għall-kuntratt</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-dritt tal-ħaddiem li jaħdem u li jeżerċita impjieg magħżul u aċċettat liberament li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tirreferi għalih bħala dritt irrikonoxxut inkundizzjonalment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Fl-Artikolu 15(1).</P></NOTE>, il-prinċipji indikati iktar ’il fuq dwar l-iskopijiet protettivi tad-Direttiva 2003/88 u dwar il-pożizzjoni ta’ dgħufija tal-ħaddiem juru kif jeżistu limiti esterni ta’ natura pubbliċistika, marbuta ma’ interessi ġenerali bħall-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà f’postijiet tax-xogħol, li jipprevalu fuq interessi privatistiċi possibbli anki possibbilment tal-istess ħaddiem, f’konformità mal-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 52(1) tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn din il-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet. Bla ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f’dawk il-każijiet biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</P></QUOT.S></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>B’riferiment, finalment, għad-derogi previsti mid-Direttiva 2003/88, partikolarment l-Artikolu 17(1), sabiex tiġġustifika n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 6 ta’ din id-direttiva għal ċerti ħaddiema, il-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi okkażjonijiet irrepetiet li din id-dispożizzjoni tapplika għall-ħaddiema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>li minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-attività eżerċitata, it-tul tal-ħin tax-xogħol ma jkunx imkejjel jew predeterminat jew jista’ jkun determinat mill-ħaddiema nfushom<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Hälvä <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑175/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:617">EU:C:2017:617</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Id-deroga skont l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/88 għandha, fil-fatt, tiġi interpretata b’mod li l-portata tagħha tkun limitata għal dak strettament neċessarju għall-protezzjoni tal-interessi li hija tippermetti li tipproteġi (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Hälvä <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑175/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:617">EU:C:2017:617</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Minħabba li fid-deċiżjoni tar-rinviju huwa sostnut li l-ħaddiema li dwarhom tittratta l-kawża prinċipali kellhom kuntratti ta’ xogħol full-time li kienu jipprevedu 40 siegħa ta’ xogħol fil-ġimgħa, jidhirli improbabbli li dawn il-ħaddiema, anki fil-każ ta’ għalliema universitarji, jaqgħu f’din il-kategorija ta’ ħaddiema. F’kull każ hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Jekk l-argumenti favur l-applikazzjoni tal-limiti tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum (u ta’ kull ġimgħa) previsti mid-Direttiva 2003/88 <HT TYPE="ITALIC">għall-kuntratt</HT> jiġu kkonfutati mil-linja interpretattiva sistematika u teleoloġika proposta minni, jibqa’ però ċerti punti li jridu jiġu ċċarati sabiex tiġi indikata korrettement il-portata tal-konklużjonijiet tiegħi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-limiti tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum (u ta’ kull ġimgħa) għal kull ħaddiem, indipendentement min-numru ta’ kuntratti konklużi mal-istess persuna li timpjega, tippreżupponi li huwa aċċertat, mill-qorti nazzjonali, li jeżistu, fil-każ speċifiku, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> kif iddefiniti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Kif korrettement imfakkar mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, id-dispożizzjonijiet inklużi fid-Direttiva 2003/88 japplikaw, fil-fatt, biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fis-sens tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja anki reċentement irrepetiet li “l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>ħaddiem’ ma jistax jingħata interpretazzjoni li tvarja skont id-drittijiet nazzjonali, iżda għandu portata awtonoma partikolari għad-dritt tal-Unjoni. Dan il-kunċett għandu jiġi ddefinit skont kriterji oġġettivi li jikkaratterizzaw ir-relazzjoni ta’ xogħol fid-dawl tad-drittijiet u tad-dmirijiet tal-persuni kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u evalwazzjoni kumplessiva taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża li jkollha quddiema, u li tkun ġibdet il-konklużjonijiet min-natura kemm tal-attivitajiet ikkonċernati kif ukoll mir-relazzjoni bejn il-partijiet inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fenoll</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑316/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:200">EU:C:2015:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għal għanijiet ta’ kwalifika għandu jitfakkar li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>l-karatteristika essenzjali tar-relazzjoni ta’ xogħol hija ċ-ċirkustanza li persuna twettaq, matul ċertu żmien, favur persuna oħra u taħt it-tmexxija tagħha, prestazzjonijiet li bħala korrispettiv għalihom tirċievi remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, relazzjoni ta’ xogħol <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>teħtieġ l-eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni bejn il-ħaddiem u l-persuna li timpjegah<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. L-eżistenza ta’ tali rabta għandha tiġi evalwata f’kull każ partikolari fid-dawl tal-elementi kollha u taċ-ċirkustanzi kollha li jikkaratterizzaw ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet”<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sindicatul Familia Constanţa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑147/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:926">EU:C:2018:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Iż-żmien li l-ħaddiema fil-kawża prinċipali qattgħu fil-provvista ta’ servizzi għall-proġett POSDRU/89/1.5/S/59184 huwa rilevanti sabiex jiġi ddeterminat il-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew tal-ħin massimu tax-xogħol fil-ġimgħa previst mill-Artikoli 3 u 6(b) ta’ din id-direttiva biss jekk, fil-kuntest ta’ dan il-proġett, eżista rapport ta’ subordinazzjoni bejn l-ASE u dawn l-esperti. Mill-proċess jidher li jirriżulta li dan huwa xogħol issubordinat, iżda hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan, anki meħuda inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tal-prestazzjoni fil-kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara wkoll il-punt preċedenti b’riferiment għad-derogi previsti mid-Direttiva 2003/88.</P></NOTE> (milli jirriżulta, attività ta’ tagħlim u ta’ riċerka).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni proposta ma teskludix, għaldaqstant, kif korrettement indikat mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Osservazzjonijiet bil-miktub, punt 64.</P></NOTE>, li l-ħaddiema jistgħu jwettqu, flimkien mal-prestazzjonijiet ta’ natura ssubordinata, attività awtonoma jew ta’ volontarjat, fejn dan ikun permess mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ; huwa ċar ħafna li, f’dan il-każ, iż-żmien imqatta’ għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet tal-aħħar, mhux ta’ natura ssubordinata, ma jaqax fit-teħid inkunsiderazzjoni tal-limiti previsti mid-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Inkwantu mbagħad għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, kif speċifikat f’diversi okkażjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, jikkostitwixxu kunċetti tad-dritt tal-Unjoni li għandhom jiġu ddefiniti skont karatteristiċi oġġettivi, filwaqt li jsir riferiment għas-sistema u l-iskop ta’ din id-direttiva, intiża sabiex tistabbilixxi rekwiżiti<?PAGE NO="14"?> minimi maħsuba sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-impjegati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; dawn għaldaqstant <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>ma għandhomx jiġu interpretati skond ir-rekwiżiti tal-liġijiet differenti ta’ l-Istati Membri […]. Hija biss interpretazzjoni awtonoma bħal din li tista’ tiżgura lil din id-direttiva l-effikaċità sħiħa tagħha u kif ukoll applikazzjoni uniformi ta’ dawn il-kunċetti fl-Istati Membri kollha […]. Il-fatt li d-definizzjoni tal-kunċett tal-ħin tax-xogħol tirreferi għal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>liġijiet u/jew il-prattiki nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="2019" ID="QE0054"/> ma jfissirx illi l-Istati Membri jistgħu b’mod unilaterali jiddeterminaw il-portata ta’ dan il-kunċett. Barra minn hekk, dawn l-Istati ma jistgħu jissuġġettaw għal ebda kundizzjoni d-dritt tal-ħaddiema li jkollhom il-perijodi ta’ xogħol u, b’mod korrelattiv, dawk tal-mistrieħ debitament meħuda inkunsiderazzjoni, peress illi dan id-dritt jirriżulta direttament mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Kull interpretazzjoni oħra tostakola l-għan tad-Direttiva 93/104<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>L-istess, kif imsemmi iktar ’il fuq, tad-Direttiva 2003/88 li għaliha għaldaqstant jibqgħu validi l-interpretazzjonijiet preċedenti offruti mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tad-direttiva preċedenti.</P></NOTE> li tarmonizza l-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema permezz ta’ rekwiżiti minimi<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Jaeger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑151/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:437">EU:C:2003:437</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Id-direttiva, fl-indikazzjoni tal-kunċett ta’ <HT TYPE="ITALIC">ħin tax-xogħol</HT>, utli għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-protezzjonijiet previsti minnha, tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu <HT TYPE="ITALIC">għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> […]<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> (Artikolu 2(1)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Dan premess, f’konformità mal-għażla interpretattiva teleoloġika offruta hawn, l-osservanza tal-limiti tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum (u ta’ kull ġimgħa) previsti mid-direttiva għandha tiġi evalwata fil-konkret b’riferiment għas-sigħat effettivament maħduma. Minħabba li dawn, fil-fatt, huma dispożizzjonijiet li ma humiex intiżi li jipproteġu lill-ħaddiem fuq il-livell ekonomiku iżda fuq il-livell tas-saħħa tiegħu u tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, il-qbiż possibbli tal-limiti kuntrattwali ma huwiex idoneu fih innifsu, jekk mhux segwit minn qbiż effettiv, sabiex il-limiti previsti jitqiesu miksura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tikkonstata jekk, fil-proċedura prinċipali, il-ħaddiema maħtura mill-ASE wettqux kompiti ta’ natura ssubordinata u jekk is-sigħat tal-kuntratt kinux ħin tax-xogħol effettiv skont id-Direttiva 2003/88 (hekk kif interpretata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja). U anki jekk, ipotetikament, seħħx il-fatt skont l-Artikolu 17 tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Hekk ukoll kif hija l-qorti nazzjonali, fl-eżitu ta’ din il-konstatazzjoni, li għandha tevalwa l-pertinenza tar-rimbors tas-sigħat mitlub skont il-liġi u l-kuntratt bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Riferiment finali għat-talbiet għal limitazzjoni tal-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> mressqa minn ċerti partijiet intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>It-talba għal limitazzjoni tal-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> imressqa l-ewwel nett mill-Gvern Rumen, minħabba li l-applikazzjoni għall-ħaddiem tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni tad-Direttiva 2003/88 għandha impatt sistemiku fuq is-suq tax-xogħol fir-Rumanija, fejn ħafna ħaddiema għandhom kuntratti <HT TYPE="ITALIC">ma’ diversi persuni li jimpjegaw</HT>, ma għandhiex tiġi affrontata jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, kif nissuġġerixxi jien, li t-tieni domanda preliminari hija inammissibbli sa fejn tirrigwarda każijiet ta’ kuntratti konklużi ma’ diversi persuni li jimpjegaw.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni talba fformulata mill-Gvern Rumen, jidhirli li t-talba tista’ tiġi miċħuda, minħabba li l-konsegwenzi finanzjarji li jistgħu jirriżultaw għal Stat Membru minn deċiżjoni preliminari ma jiġġustifikawx fihom innifishom il-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effetti ta’ din id-deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Transportes Jordi Besora</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑82/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:108">EU:C:2014:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza hemm iċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-talba tal-ASE, li titressaq jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 inkwistjoni għandhomx jiġu applikati <HT TYPE="ITALIC">għall-ħaddiem</HT>, jidhirli li tista’ tiġi miċħuda minħabba li ma hija motivata bl-ebda mod<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Schuch-Ghannadan</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑274/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:828">EU:C:2019:828</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tielet domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Bit-tielet domanda l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fil-każ ta’ applikazzjoni għal kull ħaddiem tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 li jistabbilixxu perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u perijodu massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa, organu pubbliku li jaġixxi f’isem l-Istat jistax jinvoka l-effett dirett tal-Artikoli 3 u 6(b) tad-Direttiva 2003/88 fil-konfront ta’ persuna li timpjega li ma hijiex konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Naqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub, tafferma li risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għal din id-domanda ma hijiex iġġustifikata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Osservazzjonijiet bil-miktub, punti 67 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Minn dak li jista’ jinftiehem mill-proċess, fil-fatt, il-kawża prinċipali tirrigwarda applikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> tal-prinċipju tal-effett dirett bejn żewġ istituzzjonijiet pubbliċi tal-Istat Rumen. Iktar minn hekk, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali Rumena, l-Artikolu 135(1) tal-Kodiċi dwar ix-Xogħol jipprevedi li kull impjegat għandu dritt għal perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ 12‑il siegħa bejn jumejn ta’ xogħol u li l-limitu impost mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88 huwa ta’ 11‑il siegħa ta’ mistrieħ minimu kuljum. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tillimita l-ħin tax-xogħol għal 12‑il siegħa kuljum, hija iktar protettiva mid-dispożizzjonijiet tad-direttiva. Il-prinċipju tal-effett dirett jippermetti lil individwi jinvokaw direttament in-normi stabbiliti minn direttiva fil-kuntest ta’ rikors kontra Stat Membru fejn din id-direttiva ma tkunx ġiet trasposta fl-ordinament nazzjonali jew fejn it-traspożizzjoni tagħha ma tkunx korretta. Madankollu, f’din il-kawża, ma hemm l-ebda kontestazzjoni ta’ norma nazzjonali inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni (f’dan il-każ id-Direttiva 2003/88).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tal-effett dirett tqum, jiġifieri, biss fil-każ fejn ma tkun possibbli ebda interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali konformi mad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Bauer u Willmeroth</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑569/16 u C‑570/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:871">EU:C:2018:871</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’din il-kawża, jidhirli li ma hemmx għalfejn jiġi deċiż li l-OI POCU MEN ma setax jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt Rumen interpretati b’mod koerenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/88. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan, iżda ma narax ostakoli għall-interpretazzjoni konformi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-qorti nazzjonali tikkonkludi li ma hijiex possibbli interpretazzjoni konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, din ikollha tikkonstata jekk jeżistux il-kundizzjonijiet sabiex jiġi invokat l-effett dirett tad-dispożizzjonijiet inklużi fid-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Kif huwa magħruf, fl-ewwel lok, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 u 6(b) tad-Direttiva 2003/88 ikunu inkundizzjonati u suffiċjentement ċari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑243/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:609">EU:C:2010:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-istess raġunament, fil-fehma tiegħi, huwa validu anki għall-Artikolu 3 tal-istess direttiva.</P></NOTE>. Dwar dan l-ewwel punt ma jidhirlix li jista’ jkun hemm ħafna dubji minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha opportunità tafferma dan b’riferiment għall-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minħabba li huwa ċar mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-OI POCU MEN huwa istituzzjoni pubblika li topera f’isem l-Istat, huwa neċessarju li l-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-ASE hija organu, irrispettivament mill-forma ġuridika tiegħu, inkarigat, permezz ta’ att tal-awtorità pubblika, li jwettaq, taħt il-kontroll ta’ din tal-aħħar, servizz ta’ interess pubbliku u li, għal dan l-għan, għandu setgħat ta’ deroga fir-rigward tar-regoli applikabbli fir-rapporti bejn persuni privati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dominguez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑282/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:33">EU:C:2012:33</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Portgás</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑425/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:829">EU:C:2013:829</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-qari tal-proċess ma jħallix spazju għal ħafna dubji dwar in-natura pubblika tal-ASE iżda madankollu din hija konstatazzjoni ta’ fatt li trid issir mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja mit-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li huwa ddefinit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88, għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>kwalunkwe perjodu li matulu l-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> abbażi tal-kuntratti kollha ta’ xogħol konklużi minn dan il-ħaddiem mal-istess persuna li timpjega.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti imposti fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88/KE (obbligu li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal perijodu minimu ta’ serħan kuljum ta’ 11‑il siegħa konsekuttivi f’perijodu ta’ 24 siegħa) u mill-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE (iffissar tat-tul medju ta’ xogħol fil-ġimgħa għal-limitu massimu ta’ 48 siegħa, inklużi s-sigħat ta’ sahra) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistabbilixxu limiti fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi mal-istess persuna li timpjega.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali, meta tikkonstata l-qbiż possibbli tal-limiti previsti mill-Artikoli 3 u 6(b) tad-Direttiva 2003/88, għandha tivverifika n-natura ssubordinata tal-prestazzjonijiet tal-kuntratt, b’mod li tintegra l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> fid-dritt tal-Unjoni, it-twettiq effettiv tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>sigħat tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> fil-kunċett tad-dritt tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-derogi previsti mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>