|
17.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/63
tas-26 ta' Settembru 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/571 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-15 ta' Mejju 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 65(8)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti organizzazzjonali għall-fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-data, inklużi tal-fornituri tat-tape konsolidat (CTPs) għall-istrumenti tal-ekwità. Peress li d-dettalji li jispeċifikaw l-arranġamenti tal-pubblikazzjoni tat-tape konsolidat għall-istrumenti mhux tal-ekwità, bħal bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi huma relatati mill-qrib mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571, jixraq li jkun speċifikat ukoll l-ambitu tat-tape konsolidat għall-istrumenti mhux tal-ekwità fl-istess Regolament Delegat u għalhekk li jiġi emendat ir-Regolament Delegat (UE) 2017/571. |
|
(2) |
Biex ikun stabbilit qafas li jipprovdi inċentivi kummerċjali biex jiġi operat tape konsolidat għal strumenti mhux tal-ekwità, is-CTPs għandhom jitħallew joperaw tape konsolidat li jkopri biss klassi waħda ta' assi jew diversi klassijiet ta' assi. |
|
(3) |
Is-CTPs għandhom jiżguraw li jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar tranżazzjonijiet li tkopri mill-inqas 80 fil-mija tal-volum totali u l-għadd ta' tranżazzjonijiet ippubblikati fis-sitt xhur preċedenti għal kull klassi rilevanti ta' assi permezz ta' arranġamenti approvati ta' pubblikazzjoni (APAs) u taċ-ċentri tan-negozjar. Dan l-approċċ jiżgura li s-CTPs jippubblikaw informazzjoni li tkun sinifikanti mill-perspettiva tal-utenti filwaqt li jiġu evitati spejjeż għoljin li jirriżultaw mill-inklużjoni tal-informazzjoni kollha ppubblikata mill-APAs u miċ-ċentri tan-negozjar kollha. |
|
(4) |
Is-CTPs għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jissodisfaw il-proporzjonijiet ta' kopertura stabbiliti f'dan ir-Regolament fil-każ li jkunu jeħtieġu jżidu ċentri tan-negozjar u APAs ġodda fl-istream tad-data tagħhom. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet marbuta mas-CTPs mhux tal-ekwità u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE jibdew japplikaw mill-istess data. Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi tar-reġim il-ġdid, huwa meħtieġ li l-ewwel perjodu biex jiġu ddeterminati l-proporzjonijiet tal-kopertura li jridu jintlaħqu mis-CTP, ikopri l-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2019. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/571 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu 15 a li ġej: “Artikolu 15a Il-kamp ta' applikazzjoni tat-tejp ikkonsolidat għall-bonds, għall-prodotti finanzjarji strutturati, għall-kwoti tal-emissjonijiet u għad-derivattivi 1. CTP għandu jinkludi fl-istream tad-dejta elettronika tiegħu d-dejta ta' klassi waħda jew aktar minn dawn il-klassijiet ta' assi li ġejjin:
2. CTP għandu jinkludi fl-istream tad-dejta elettronika tiegħu d-dejta li saret pubblika skont l-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li jissodisfaw dawn iż-żewġ proporzjonijiet ta' kopertura:
Għall-finijiet tal-punt (b), il-volum tat-tranżazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati skont il-kejl tal-volum speċifikat fit-Tabella 4 tal-Anness II mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (*1). 3. CTP għandu jivvaluta l-proporzjonijiet ta' kopertura stabbiliti fil-paragrafu 2 kull sitt xhur, abbażi ta' dejta li tkopri fis-6 xhur ta' qabel. Il-perjodi tal-valutazzjoni għandhom jibdew fl-1 ta' Jannar u fl-1 ta' Lulju ta' kull sena. L-ewwel perjodu għandu jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena 2019. 4. CTP għandu jiżgura li jilħaq il-proporzjonijiet minimi ta' kopertura stabbiliti fil-paragrafu 2 mill-aktar fis possibbli, u f'kwalunkwe każ mhux aktar tard minn:
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 229).” " |
|
(2) |
L-Artikolu 21 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 21 Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018. Madankollu, l-Artikolu 15a(4) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 u l-Artikoli 14(2), 15(1), (2) u (3), u 20(b) għandhom japplikaw mit-3 ta' Settembru 2019.” |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/571 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u l-pubblikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għal fornituri tas-servizzi ta' rapportar tad-dejta (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 126).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).