European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4845

15.9.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11903 – CM / BUNGE / BTZ)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4845)

1.   

Fis-7 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CM Holding A/S (“CM”, id-Danimarka),

—

Bunge Global SA (“Bunge”, l-Iżvizzera),

—

Bałtycki Terminal Zbożowy (“BTZ”, il-Polonja).

CM u Bunge se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BTZ.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

CM hija attiva fis-senserija ta’ komoditajiet agrikoli, tbaħħir ta’ merkanzija xotta bl-ingrossa, żvilupp ta’ software diġitali relatat mal-industrija agrikola u l-operat ta’ terminals tal-portijiet fl-Ewropa,

—

Bunge hija kumpanija tal-industrija agrikola prinċipalment attiva fil-bejgħ ta’ grixa taż-żrieragħ żejtnin, żjut kif ukoll ta’ żjut veġetali oħra. Bunge tbigħ ukoll ħbub, inklużi qamħirrum, qamħ, xgħir u prodotti tal-maċinazzjoni, bħad-dqiq tal-qamħ, kif ukoll żrieragħ żejtnin mhux ipproċessati u prodotti oħra bħaz-zokkor,

—

BTZ huwa terminal tal-merkanzija xotta bl-ingrossa fil-Port ta’ Gdynia li jimmaniġġa firxa ta’ oġġetti xotti bl-ingrossa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11903 — CM / BUNGE / BTZ

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4845/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)