|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/123 |
7.1.2026 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/1735 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (NZIA)
(C/2026/123)
L-iskop ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tagħti gwida prattika lill-Istati Membri li jistabbilixxu skemi ġodda jew jaġġornaw skemi eżistenti li jinċentivaw ix-xiri ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti skont l-Artikolu 28 tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (NZIA, Net-Zero Industry Act). Din ma tkoprix id-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku u l-irkant skont l-NZIA. Din il-gwida ma hijiex legalment vinkolanti. Filwaqt li kultant tagħmel parafrażi tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE, ma hijiex maħsuba biex tbiddel b’xi mod id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-NZIA jew fi strumenti vinkolanti oħra. Din il-gwida hija mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u għall-prinċipju tas-sussidjarjetà.
LISTA TA’ ABBREVJAZZJONIJIET
|
NM |
Nomenklatura Magħquda |
|
ŻEE |
Żona Ekonomika Ewropea |
|
UE |
Unjoni Ewropea |
|
EV (Electric Vehicle) |
Vettura elettrika |
|
EVSE (Electric Vehicle Supply Equipment) |
Tagħmir tal-provvista tal-vetturi elettriċi |
|
GWP (Global Warming Potential) |
Potenzjal ta’ tisħin globali |
|
SA |
Sistema Armonizzata |
|
JRC (Joint Research Centre) |
Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea |
|
NZIA (Net-Zero Industry Act) |
Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti |
|
NZT (Net-Zero Technology) |
Teknoloġija b’emissjonijiet żero netti |
|
PV (Photovoltaic) |
Fotovoltajku |
WERREJ
|
I. |
Introduzzjoni | 3 |
|
II. |
Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28 tal-NZIA | 3 |
|
III. |
Eliġibbiltà tal-iskemi u kumpens finanzjarju addizzjonali | 5 |
|
A. |
L-eliġibbiltà għall-iskema ssir soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet | 5 |
|
B. |
Għoti ta’ kumpens finanzjarju addizzjonali | 6 |
|
IV. |
Valutazzjoni tal-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti | 7 |
|
A. |
Għoti ta’ punteġġ għall-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti | 8 |
|
1. |
Sistemi ta’ għoti ta’ punteġġ | 8 |
|
2. |
Diversi teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti koperti minn skema waħda | 8 |
|
B. |
Valutazzjoni tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti skont l-erba’ kriterji | 8 |
|
1. |
Kriterju tar-reżiljenza | 9 |
|
2. |
Kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali | 12 |
|
3. |
Kriterju tal-innovazzjoni | 12 |
|
4. |
Kriterju tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija | 13 |
|
C. |
Eżempji illustrattivi ta’ valutazzjoni tal-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza | 14 |
|
1. |
Eżempju għas-sistemi PV solari | 14 |
|
2. |
Eżempju għall-pompi tas-sħana | 15 |
|
3. |
Eżempju għas-sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq | 16 |
|
V. |
Trasparenza, nondiskriminazzjoni u aċċess għall-informazzjoni | 17 |
|
A. |
Proċess miftuħ, mhux diskriminatorju u trasparenti | 17 |
|
B. |
Disponibbiltà tal-informazzjoni | 18 |
|
Anness I: |
Intestaturi tas-SA biex jiġu ddeterminati r-regoli tal-oriġini għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti rilevanti għall-Artikolu 28 tal-NZIA | 21 |
|
Anness II: |
Eżempji ta’ rekwiżiti minimi eżistenti dwar is-sostenibbiltà ambjentali | 21 |
|
Anness III: |
Eżempji ta’ karatteristiċi innovattivi | 23 |
|
Anness IV: |
Eżempji ta’ integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija | 26 |
I. INTRODUZZJONI
Ir-Regolament (UE) 2024/1735 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (minn hawn ’il quddiem “l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti” jew “l-NZIA”) (1) jistabbilixxi qafas legali mmirat lejn it-tisħiħ tal-ekosistema tal-manifattura għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti fl-Unjoni Ewropea (UE). B’mod partikolari, biex jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-UE fuq teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-ktajjen tal-provvista tagħhom u biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija tal-UE, l-Artikolu 5 tal-NZIA jistabbilixxi għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri l-objettivi li tintlaħaq kapaċità tal-manifattura ta’ mill-inqas: 40 % tal-ħtiġijiet ta’ varar annwali tal-UE ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti sal-2030; u 15 % tal-produzzjoni dinjija ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti sal-2040.
L-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-konsumaturi huma parti essenzjali mid-domanda tal-UE għal prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti. Skemi ta’ appoġġ pubbliku li jinċentivaw ix-xiri ta’ prodotti bħal dawn mill-unitajiet domestiċi, min-negozji u mill-konsumaturi, b’mod partikolari għal unitajiet domestiċi vulnerabbli b’introjtu baxx u medju inferjuri (minn hawn ’il quddiem imsejħa “skemi”), huma għodod importanti biex jintlaħqu l-miri klimatiċi u l-objettivi tan-newtralità klimatika tal-UE stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”). Sabiex jiġi żgurat li l-isforzi tad-dekarbonizzazzjoni tal-UE jkunu reżiljenti, sikuri u kapaċi jadattaw għall-isfidi futuri, huwa kruċjali li dawn l-iskemi mhux biss jiffaċilitaw l-aċċess għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti iżda jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tas-sostenibbiltà u tar-reżiljenza tal-provvista ta’ teknoloġiji bħal dawn.
Għal dan l-għan, l-Artikolu 28 tal-NZIA jistabbilixxi obbligi ġodda għall-awtoritajiet pubbliċi li joħolqu skemi ġodda jew jaġġornaw skemi eżistenti li jibbenefikaw lill-unitajiet domestiċi, lill-kumpaniji jew lill-konsumaturi fix-xiri ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti. Dawn l-obbligi għandhom l-għan li jippromwovu x-xiri mill-benefiċjarji ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti “b’kontribut għoli għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza”.
L-NZIA daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2024, u l-Artikolu 28 tiegħu huwa applikabbli mit-30 ta’ Diċembru 2025 (2). Din il-Komunikazzjoni tipprovdi gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 lill-awtoritajiet pubbliċi.
II. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 28 TAL-NZIA
L-Artikolu 28 tal-NZIA jkopri skemi li jissodisfaw b’mod kumulattiv it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
L-iskema tibbenefika lill-unitajiet domestiċi, lill-kumpaniji jew lill-konsumaturi (minn hawn ’il quddiem imsejħa kollettivament “konsumaturi”). |
|
(b) |
L-iskema tiġi aġġornata jew tinħoloq wara d-data li fiha jsir applikabbli l-Artikolu 28 tal-NZIA, jiġifieri wara t-30 ta’ Diċembru 2025 (f’konformità mal-Artikolu 49 tal-NZIA). Skema titqies bħala “aġġornata” għall-fini tal-Artikolu 28 tal-NZIA meta tgħaddi minn kwalunkwe modifika li tkun teħtieġ approvazzjoni ġdida tal-iskema minn awtorità jew minn leġiżlatur. Dan jinkludi bidliet sinifikanti fil-baġit allokat, fl-ambitu, fil-kriterji ta’ eliġibbiltà jew fil-proċess ta’ applikazzjoni. Ikopri wkoll it-tiġdid, l-estensjonijiet jew kwalunkwe bidla sinifikanti biżżejjed biex tkun meħtieġa approvazzjoni ġdida tal-iskema minn awtorità jew leġiżlatur. |
|
(c) |
L-iskema tinċentiva x-xiri tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1178 dwar il-lista ta’ prodotti finali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom (3). Filwaqt li x-xiri ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għandu jkun fost l-elementi ewlenin koperti mill-iskema, dan ma għandux għalfejn ikun l-uniku element kopert mill-iskema. Skema b’ambitu usa’, li testendi lil hinn milli sempliċement tinċentiva x-xiri ta’ prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, xorta tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28 tal-NZIA dment li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema jinkludi b’mod espliċitu kategorija speċifika ta’ appoġġ għax-xiri ta’ dak il-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti. F’każijiet bħal dawn, l-Artikolu 28 tal-NZIA għandu jkun applikabbli esklużivament għax-xiri tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti. Pereżempju, l-appoġġ għax-xiri ta’ pompa tas-sħana pprovdut permezz ta’ skema ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-enerġija li tinkludi appoġġ iddedikat għall-pompi tas-sħana huwa kopert skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. Barra minn hekk, l-Artikolu 28 tal-NZIA jkopri biss dawk l-iskemi li jimmiraw ix-xiri ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, u mhux l-installazzjoni, l-użu jew l-operat tagħhom. Għalhekk, l-iskemi mmirati biex itaffu n-nefqiet operazzjonali (OpEx, operational expenditures) relatati mal-użu ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti mhumiex koperti mill-Artikolu 28. Bl-istess mod, lanqas ma huma koperti l-iskemi fejn il-livell ta’ appoġġ jiġi kkalkolat abbażi ta’ taħlita kemm tan-nefqiet kapitali (CapEx, capital expenditures) kif ukoll tal-OpEx. Barra minn hekk, l-iskemi li jimmiraw biss l-installazzjoni ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti ma humiex koperti mill-Artikolu 28 tal-NZIA. B’mod simili, fi skemi li jimmiraw kemm ix-xiri kif ukoll l-installazzjoni ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, il-kostijiet tal-installazzjoni ma humiex koperti mill-Artikolu 28, li jfisser li l-kostijiet tal-installazzjoni jistgħu jiġu appoġġati anke jekk il-prodott finali ma jkollux kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. |
Eżempju 1:
Skemi li jinċentivaw ix-xiri ta’ sistemi fotovoltajċi (PV) solari – prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti skont it-tifsira tal-NZIA – billi joffru ħlas ta’ darba bbażat fuq il-potenza nominali tas-sistema huma koperti mill-Artikolu 28 tal-NZIA. B’kuntrast ma’ dan, skemi li jippremjaw il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet huma għajnuna operatorja aktar milli għajnuna għall-investiment. Dawn ma humiex koperti mill-Artikolu 28 tal-NZIA.
Eżempju 2:
Skemi li jinċentivaw il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, bħal tariffi “feed-in”, ma jikkwalifikawx bħala għajnuna għax-xiri u, għalhekk, ma humiex koperti mill-Artikolu 28 tal-NZIA. Dan għaliex jikkostitwixxu mekkaniżmi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet/għajnuna operatorja, peress li jippremjaw il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli nnifisha aktar milli jappoġġaw ix-xiri tal-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jipproduċi l-enerġija.
Eżempju 3:
Skemi li jinċentivaw ir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija u jidentifikaw ix-xiri ta’ pompi tas-sħana – li huma prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti – bħala wieħed mill-elementi ta’ kost li jikkwalifikaw għall-appoġġ skont l-iskema huma koperti mill-Artikolu 28 tal-NZIA. Fil-fatt, skema li tappoġġa r-rinnovazzjonijiet tal-enerġija tista’ tidentifika diversi kategoriji ta’ kostijiet appoġġati mill-iskema u xi drabi tipprovdi ammonti massimi ta’ kumpens għal kull wieħed mill-elementi ta’ kost identifikati. Skema bħal din tkun koperta mill-Artikolu 28 tal-NZIA dment li x-xiri ta’ pompa tas-sħana (jew kwalunkwe prodott finali ieħor ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti) ikun waħda minn dawk il-kategoriji ta’ kost.
Għalkemm ix-xiri tal-pompa tas-sħana ma huwiex l-uniku fokus tar-rinnovazzjonijiet tal-enerġija, kull meta x-xiri tal-pompa tas-sħana jkun element espliċitu tal-iskema ta’ rinnovazzjoni, dan jippermetti li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet apposta għall-appoġġ għax-xiri tal-pompa tas-sħana. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 ikunu japplikaw għall-pompa tas-sħana iżda mhux għal kwalunkwe tagħmir ieħor li, filwaqt li jista’ jikkontribwixxi għat-titjib tal-enerġija tal-bini, ma jitqiesx bħala teknoloġija b’emissjonijiet żero netti fil-kuntest tal-NZIA.
Eżempju 4:
Skemi li jinċentivaw ix-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet żero huma koperti mill-Artikolu 28 tal-NZIA. Għalkemm il-vetturi b’emissjonijiet żero fihom infushom ma humiex prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti skont it-tifsira tal-NZIA, huma mgħammra b’sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq, li huma prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti skont it-tifsira tal-NZIA. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ propulsjoni elettrika ma jistgħux jinxtraw separatament minn vettura elettrika (bħala prodott indipendenti). Fl-aħħar nett, is-sistema ta’ propulsjoni elettrika tirrappreżenta sehem kbir mill-kost ta’ vettura elettrika.
L-iskemi koperti mill-Artikolu 28 tal-NZIA jistgħu jieħdu diversi forom, inklużi – iżda mhux biss – għotjiet, ribassi, self aġevolat (b’rati tal-imgħax aktar baxxi minn dawk tas-suq), inċentivi fiskali (bħal krediti ta’ taxxa, tnaqqis tat-taxxa, eżenzjonijiet mit-taxxa u deprezzament aċċellerat) u skemi ta’ “lokazzjoni soċjali” maħsuba biex jiffaċilitaw l-aċċess għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju. Madankollu, irrispettivament mill-forma tagħhom, dawn l-iskemi kollha jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Jekk dan ikun il-każ, iridu jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-iskemi għandhom jikkonformaw ukoll mal-obbligi internazzjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-iskemi jistgħu japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT biss f’konformità mad-Direttiva dwar il-VAT (4).
III. ELIĠIBBILTÀ TAL-ISKEMI U KUMPENS FINANZJARJU ADDIZZJONALI
Biex jikkonformaw mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 28 tal-NZIA, li jirrikjedi li l-iskemi li jinċentivaw ix-xiri ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti jkunu mfassla biex jippromwovu prodotti b’kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi rregolati bid-dritt pubbliku jew l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità jew awtoritajiet jew minn tali korp jew korpi rregolati bid-dritt pubbliku (minn hawn ’il quddiem imsejħa “awtoritajiet pubbliċi”) li jfasslu jew jaġġornaw skema għandhom żewġ għażliet – li jintwerew fl-Illustrazzjoni 1. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu:
|
— |
Jagħmlu l-eliġibbiltà tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti taħt l-iskema kondizzjonali għall-kontribut tagħhom għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza; jew |
|
— |
Jagħtu kumpens finanzjarju proporzjonat addizzjonali għal prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li juru kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. Dan l-ammont jiġi pprovdut minbarra l-kumpens finanzjarju bażiku pprovdut skont l-iskema, u b’hekk ikompli jnaqqas il-kost tal-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għall-konsumatur (5). |
|
Illustrazzjoni 1: |
Għażliet għall-promozzjoni tax-xiri ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti b’kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza (il-Kummissjoni Ewropea) |
|
Nota: |
“Eliġibbli” u “mhux eliġibbli” jirreferu għall-iskema ta’ appoġġ. |
A. L-eliġibbiltà għall-iskema ssir soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet
Skont l-Artikolu 28 tal-NZIA, awtorità pubblika tista’ tiddeċiedi li tagħmel l-eliġibbiltà tal-iskemi ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti kondizzjonali għall-kontribut tagħhom għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. Dan ifisser li l-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti taħt skema koperta mill-Artikolu 28 tal-NZIA (ara l-Kapitolu II) ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw mill-iskema biss jekk juru kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza.
L-Artikolu 28(1) jiddikjara wkoll li għandha tiġi kkunsidrata l-aċċessibbiltà tal-iskemi għaċ-ċittadini li jgħixu fil-faqar enerġetiku. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà tal-iskemi tagħhom ma jeskludux liċ-ċittadini vulnerabbli milli jaċċessaw prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jkunu sostenibbli u reżiljenti.
B. Għoti ta’ kumpens finanzjarju addizzjonali
L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħżlu li jipprovdu kumpens finanzjarju proporzjonat addizzjonali għax-xiri ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti b’kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. F’dan il-każ, il-konsumaturi huma intitolati għall-benefiċċji tal-iskema irrispettivament mill-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jixtru. Madankollu, bħala parti mill-iskema, il-benefiċjarji li jixtru prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti b’kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza huma intitolati għal kumpens finanzjarju addizzjonali.
L-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu meta jiġi deċiż jekk għandux jingħata kumpens finanzjarju addizzjonali:
|
— |
Għandu jingħata biss lil dawk il-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u ta’ reżiljenza fl-Artikolu 28(4) tal-NZIA. |
|
— |
Għandu jiġi pprovdut flimkien mal-kumpens finanzjarju “bażiku” tal-iskema. |
|
— |
Għandu jirriżulta fi tnaqqis ulterjuri fil-kost tal-prodotti finali lill-konsumaturi li jixtruhom. |
|
— |
Għandu jingħata biss għal prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti. Jekk l-iskema tkopri ambitu usa’ ta’ prodotti jew ta’ servizzi mill-prodott(i) finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, il-kumpens finanzjarju addizzjonali għandu jkun strettament limitat għall-prodott(i) finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (dment li jkollhom kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza). Pereżempju, jekk skema tinċentiva rinnovazzjonijiet tal-enerġija u tinkludi b’mod espliċitu kategorija speċifika ta’ appoġġ għax-xiri ta’ pompa tas-sħana, il-benefiċċji bażiċi tal-iskema jkunu relatati mal-proġett ta’ rinnovazzjoni kollu kemm hu (inklużi l-pompa tas-sħana, l-iżolament, eċċ.), filwaqt li l-kumpens finanzjarju addizzjonali għandu jkun marbut mal-pompa tas-sħana u jiġi kkalkolat biss abbażi tal-kost tal-pompa tas-sħana għall-konsumatur. |
|
— |
Jekk il-proġett li jibbenefika mill-iskema jinkludi diversi prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, għandu jingħata kumpens finanzjarju addizzjonali għal kull prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti b’kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. |
L-awtoritajiet pubbliċi għandhom xi flessibbiltà meta jiddeterminaw l-ammont tal-kumpens finanzjarju addizzjonali, iżda dan dejjem għandu jkun proporzjonat u jikkunsidra l-faqar enerġetiku. Barra minn hekk, l-Artikolu 28(2) tal-NZIA jistabbilixxi limiti massimi speċifiċi għall-kumpens finanzjarju addizzjonali f’ċerti każijiet.
|
— |
Fir-rigward tal-proporzjonalità, il-kumpens finanzjarju addizzjonali dejjem għandu jkun proporzjonat għall-kost tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għall-konsumatur. Dan ifisser li l-ammont tal-kumpens finanzjarju addizzjonali jista’ ma jkunx negliġibbli jew eċċessiv meta mqabbel mal-kost tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għall-konsumatur. Jekk l-ammont ikun baxx wisq, jista’ jkun li dan ma jipprovdix inċentiv suffiċjenti biex il-benefiċjarji jitħeġġu jixtru prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti b’ kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. Min-naħa l-oħra, jekk l-ammont ikun eċċessiv, dan jista’ jwassal għal sussidjar żejjed, u joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi u distorsjoni tas-suq. |
|
— |
Fir-rigward tal-faqar enerġetiku, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kumpens finanzjarju addizzjonali ogħla liċ-ċittadini li jgħixu fil-faqar enerġetiku, meta mqabbla ma’ konsumaturi oħra. Madankollu, dak il-kumpens ogħla dejjem għandu jikkonforma mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità kif imsemmi fil-punt preċedenti. |
|
— |
Fir-rigward tal-limiti massimi, hemm tliet xenarji possibbli:
|
L-Illustrazzjoni 2 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-implikazzjonijiet għall-kost tal-prodott finali tat-tliet għażliet għall-għoti tal-kumpens finanzjarju addizzjonali.
|
Illustrazzjoni 2: |
Xenarji għal-limiti massimi tal-kumpens finanzjarju addizzjonali (il-Kummissjoni Ewropea) |
|
Nota: |
“eliġibbli” u “mhux eliġibbli” jirreferu għal jekk il-prodott finali jissodisfax il-kriterji biex jingħata l-kumpens finanzjarju addizzjonali. |
IV. VALUTAZZJONI TAL-KONTRIBUT GĦAS-SOSTENIBBILTÀ U GĦAR-REŻILJENZA TAL-PRODOTTI FINALI TA’ TEKNOLOĠIJA B’EMISSJONIJIET ŻERO NETTI
Kif diskuss fil-kapitolu preċedenti, l-eliġibbiltà tal-konsumaturi biex jibbenefikaw minn skemi jew minn kumpens finanzjarju addizzjonali hija kundizzjonali għax-xiri ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li għandhom kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. L-Artikolu 28(4) tal-NZIA jiddikjara li dan il-kontribut għandu jkun ibbażat fuq il-kontribut tagħhom għar-reżiljenza …, u tal-inqas wieħed minn dawn li ġejjin: (a) is-sostenibbiltà ambjentali …; (b) il-kontribut għall-innovazzjoni …; (c) il-kontribut għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Dan il-kapitolu jipprovdi linji gwida dwar kif jista’ jingħata punteġġ għall-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (it-Taqsima A) u kif jista’ jiġi vvalutat kull wieħed mill-kriterji (it-Taqsima B). Jagħti wkoll xi eżempji (it-Taqsima C).
A. Għoti ta’ punteġġ għall-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti
Sabiex jivvalutaw il-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza ta’ prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jistabbilixxu sistema ta’ għoti ta’ punteġġ u minimu meħtieġ. Il-minimu meħtieġ huwa l-marka minima meħtieġa biex prodott finali jissodisfa l-kriterji. Dan il-punteġġ jiżgura li l-prodotti finali li jagħmlu kontributi sinifikanti għar-reżiljenza u għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-innovazzjoni jew għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija biss ikunu eliġibbli taħt skemi jew jikkwalifikaw għal kumpens finanzjarju addizzjonali.
1. Sistemi ta’ għoti ta’ punteġġ
Fir-rigward tas-sistema ta’ għoti ta’ punteġġ, l-awtoritajiet pubbliċi jżommu l-flessibbiltà fid-determinazzjoni ta’ kif jingħataw il-punteġġi għall-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti.
Possibbiltà minnhom hija li tintuża sistema li biha prodott jgħaddi jew ma jgħaddix. Meta jużaw din is-sistema, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jistabbilixxu minimu meħtieġ għal kull kriterju vvalutat u l-konsumaturi għandhom ikunu eliġibbli għall-iskema jew għal kumpens finanzjarju addizzjonali biss jekk il-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti mixtri jikseb il-minimu meħtieġ għal kull wieħed mill-kriterji vvalutati.
Pereżempju, jekk awtorità pubblika tiddeċiedi li tagħti kumpens finanzjarju addizzjonali lis-sistemi PV abbażi tal-kriterji tar-reżiljenza u tas-sostenibbiltà ambjentali, din ikollha tiddetermina kif tivvaluta dawk il-kriterji (ara t-Taqsima B) u tistabbilixxi minimu meħtieġ għal kull wieħed minn dawk il-kriterji. Huma biss ix-xerrejja tas-sistemi PV li jiksbu l-minimu meħtieġ għall-kriterju tar-reżiljenza u għall-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali li jkunu intitolati għall-kumpens addizzjonali.
Din is-sistema binarja hija sempliċi biex tiġi implimentata u tinftiehem. Għalkemm jista’ ma jinkludix sfumaturi fil-livelli differenti ta’ kontribut għar-reżiljenza, għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-innovazzjoni jew għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, l-istabbiliment ta’ minimu meħtieġ separat għal kull kriterju jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet ta’ kull kriterju meta jevalwawhom. Barra minn hekk, dan jiżgura li jinkiseb kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza – kif meħtieġ mill-Artikolu 28(1) – u jevita li prestazzjoni eċċellenti f’wieħed mill-kriterji tippermetti li l-prodotti jkollhom kontribut dgħajjef għal kriterji oħra. Barra minn hekk, l-iffissar ta’ minimu meħtieġ separat għal kull kriterju jikkontribwixxi biex il-proċess tal-għoti ta’ punteġġ ikun ċar u trasparenti, kif meħtieġ mill-Artikolu 28(3) tal-NZIA. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jużaw is-sistema ta’ għoti ta’ punteġġ li biha prodott jgħaddi jew ma jgħaddix.
Madankollu, jistgħu jintużaw sistemi oħra ta’ għoti ta’ punteġġ. Pereżempju, biex jitqies sa liema punt il-prodotti finali jissodisfaw il-kriterji vvalutati.
Fi kwalunkwe każ, kif spjegat aktar fit-Taqsima V.A ta’ dan id-dokument ta’ gwida, is-sistemi ta’ għoti ta’ punteġġ u l-punteġġi minimi għandhom ikunu stabbiliti b’mod ċar, trasparenti u oġġettiv, u b’hekk jinħoloq qafas sempliċi għall-partijiet ikkonċernati biex jifhmu u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iskema.
2. Diversi teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti koperti minn skema waħda
F’xi każijiet, skema koperta mill-Artikolu 28 tal-NZIA tista’ tinċentiva x-xiri ta’ diversi prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti fl-istess ħin. Pereżempju, skema tista’ tappoġġa rinnovazzjoni tal-enerġija li tinvolvi l-installazzjoni ta’ sistema PV solari bil-batteriji u ta’ pompa tas-sħana. F’każijiet bħal dawn, il-kontribut għar-reżiljenza u għas-sostenibbiltà għandu jiġi vvalutat separatament għal kull prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti kopert mill-iskema, u huma biss il-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jissodisfaw il-kriterji u jiksbu l-minimu meħtieġ li jkunu eliġibbli għall-iskema jew għall-kumpens finanzjarju addizzjonali.
B. Valutazzjoni tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti skont l-erba’ kriterji
Skont l-Artikolu 28(4) tal-NZIA, il-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza ta’ prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għandu jiġi evalwat abbażi tal-kontribut tal-prodott għar-reżiljenza (kriterju obbligatorju) u għal mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin: is-sostenibbiltà ambjentali, l-innovazzjoni u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Madankollu, dan ma jżommx lill-awtoritajiet pubbliċi milli jużaw kriterji addizzjonali mhux relatati mal-prezz bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà skont l-iskemi jew għall-għoti ta’ kumpens finanzjarju addizzjonali, f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Din it-taqsima tipprovdi gwida dettaljata dwar il-valutazzjoni ta’ kull wieħed mill-erba’ kriterji: ir-reżiljenza (kriterju obbligatorju), is-sostenibbiltà ambjentali, l-innovazzjoni u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Sabiex jiġi żgurat li l-proċess ta’ valutazzjoni jibqa’ rilevanti u effettiv fid-dawl tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi u tal-iżviluppi tal-politika li dejjem jevolvu, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jirrieżaminawh u jaġġornawh regolarment, filwaqt li jaraw, pereżempju, liema karatteristiċi ambjentali tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti jixtiequ jivvalutaw, jew liema karatteristiċi għandhom jitqiesu bħala innovattivi.
1. Kriterju tar-reżiljenza
F’konformità mal-Artikolu 28(4) tal-NZIA, il-valutazzjoni tal-kontribut għar-reżiljenza għandha tqis il-proporzjon tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti jew il-komponenti speċifiċi ewlenin tiegħu li joriġinaw minn pajjiż terz li jammonta għal aktar minn 50 % tal-provvista ta’ dik it-teknoloġija speċifika b’emissjonijiet żero netti fl-Unjoni.
Kull sena, il-Kummissjoni se toħroġ komunikazzjoni dedikata li tagħti informazzjoni aġġornata dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni li toriġina minn pajjiżi terzi differenti (jiġifieri mhux tal-UE) għall-aktar sena reċenti disponibbli (7). Id-data dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni għal prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti jew għal komponent speċifiku ewlieni pprovdut f’tali Komunikazzjoni għandha sservi bħala l-uniku punt ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-kontribut għar-reżiljenza skont l-Artikolu 28 tal-NZIA.
Għal prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti partikolari, il-kontribut għar-reżiljenza għandu jiġi evalwat kif ġej:
|
— |
Jekk l-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni ma tipprovdix l-ishma tal-provvista tal-Unjoni għall-prodott finali jew għal xi wieħed mill-komponenti speċifiċi ewlenin tiegħu, ma jkunx jista’ jiġi vvalutat il-kontribut għar-reżiljenza. Għalhekk, il-kriterju tar-reżiljenza għandu jitqies bħala ssodisfat u l-valutazzjoni tal-prodott finali għandha tiffoka fuq il-kriterji l-oħra (is-sostenibbiltà ambjentali, l-innovazzjoni u/jew l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija). |
|
— |
Jekk fl-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni l-ebda pajjiż terz ma jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista tal-prodott finali jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti speċifiċi ewlenin tiegħu fl-UE, allura l-kriterju tar-reżiljenza għandu jitqies bħala ssodisfat u l-valutazzjoni tal-prodott finali għandha tiffoka fuq il-kriterji l-oħra (is-sostenibbiltà ambjentali, l-innovazzjoni u/jew l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija). |
|
— |
Jekk fl-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni pajjiż terz jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista ta’ prodott finali fl-UE, il-punteġġ mogħti lill-prodott finali għall-kontribut għar-reżiljenza tiegħu għandu jirrifletti l-proporzjon ta’ komponenti speċifiċi ewlenin li joriġinaw mill-pajjiż terz inkwistjoni. Dan jista’ jsir b’diversi modi. |
Approċċ A (ibbażat fuq kriterji mhux tal-prezz fl-irkantijiet). Possibbiltà waħda hija li jiġu riflessi r-rekwiżiti għall-komponenti speċifiċi ewlenin stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(a)-(f) tal-att ta’ implimentazzjoni tal-NZIA li jispeċifika l-kriterji tal-prekwalifikazzjoni u tal-aġġudikazzjoni għall-irkantijiet għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (8). Dan l-approċċ huwa partikolarment adattat għal sistemi ta’ għoti ta’ punteġġ li bihom prodott jgħaddi jew ma jgħaddix. Pereżempju, il-Komunikazzjoni tal-2025 dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni tidentifika li 79 % tal-provvista tal-Unjoni ta’ sistemi PV solari tiddependi fuq pajjiż terz wieħed. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-approċċ deskritt fl-att ta’ implimentazzjoni għall-irkantijiet tkun tfisser li sistema PV solari tikseb il-minimu meħtieġ għall-kriterju tar-reżiljenza skont l-Artikolu 28 tal-NZIA biss jekk is-sistema PV ma tkunx assemblata f’dak il-pajjiż terz u tal-anqas erba’ komponenti speċifiċi ewlenin użati, inklużi bilfors iċ-ċellola fotovoltajka, il-modulu fotovoltajku u l-invertitur fotovoltajku, ma jkunux oriġinaw minn dak il-pajjiż terz.
Approċċ B (ibbażat fuq il-kalkolu). Possibbiltà oħra hija li tiġi kkalkolata r-reżiljenza kif spjegat fil-punt ta’ hawn taħt.
|
— |
Jekk, fl-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni, l-ebda pajjiż terz ma jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista ta’ kwalunkwe prodott finali, iżda pajjiż terz jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti speċifiċi ewlenin tiegħu fl-UE, il-punteġġ mogħti lill-prodott finali għall-kontribut għar-reżiljenza tiegħu għandu jirrifletti l-proporzjon ta’ komponenti speċifiċi ewlenin li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz. Pereżempju, il-kontribut għar-reżiljenza jista’ jiġi kkalkolat kif ġej: |
Fejn, għal prodott finali partikolari ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti:
|
N 3rd country, main spec. comp |
huwa n-numru attwali ta’ komponenti speċifiċi ewlenin inklużi fil-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jkun qed jiġi kkunsidrat għall-inklużjoni skont l-iskema li joriġinaw mill-pajjiż terz li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-Unjoni, skont l-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni; u |
|
N dep, main spec. comp |
huwa n-numru ta’ komponenti speċifiċi ewlenin inklużi fil-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li għalih pajjiż terz jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-UE, skont l-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni. |
Eżempju ta’ kif jiġi kkalkolat il-kontribut għar-reżiljenza
Biex tintwera l-applikazzjoni prattika tal-kontribut għar-reżiljenza, ikkunsidra t-tliet eżempji li ġejjin ta’ sistemi termali solari li huma kkunsidrati taħt skema. Għall-finijiet ta’ dan l-eżempju, se nassumu li t-tliet sistemi termali solari (jiġifieri l-prodott finali) kollha joriġinaw minn pajjiż terz li jirrappreżenta anqas minn 50 % tal-provvista ta’ sistemi termali solari fl-UE, skont l-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni. Se nassumu wkoll li s-sistemi termali solari fihom tliet komponenti speċifiċi ewlenin (kollettur termali solari, assorbitur termali solari u ħġieġ solari) (9) u li juru l-karatteristiċi indikati fit-Tabella 1:
Tabella 1
Eżempju ta’ sistemi termali solari b’karatteristiċi ipotetiċi
|
Sistema PV |
Karatteristiċi |
|
Sistema termali solari A |
Kemm il-kolletturi termali solari kif ukoll l-assorbituri termali solari joriġinaw minn pajjiż terz li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-Unjoni ta’ dawk il-komponenti. |
|
Sistema termali solari B |
Il-ħġieġ solari biss joriġina minn pajjiż terz li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista ta’ assorbituri termali solari fl-Unjoni. |
|
Sistema termali solari C |
L-ebda wieħed mill-komponenti speċifiċi ewlenin ma joriġina minn pajjiż terz li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista ta’ dawk il-komponenti fl-Unjoni. |
Jekk wieħed jassumi li, skont l-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni, hemm tliet komponenti speċifiċi ewlenin li għalihom pajjiż terz jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista – jiġifieri kolletturi termali solari, assorbituri termali solari u ħġieġ solari – il-kontribut għar-reżiljenza jista’ jiġi kkalkolat kif muri fit-Tabella 2:
Tabella 2
Eżempju ta’ kif il-kontribut għar-reżiljenza jiġi kkalkolat għal tliet sistemi termali solari ipotetiċi
|
|
Sistema termali solari A |
Sistema termali solari B |
Sistema termali solari C |
|
Kalkolu tal-kontribut għar-reżiljenza |
|
|
|
|
— |
Għas-Sistema termali solari A, żewġ komponenti speċifiċi ewlenin (jiġifieri l-kolletturi termali solari u l-assorbituri termali solari) joriġinaw minn pajjiż terz li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-Unjoni ta’ dawk il-komponenti. It-tielet komponent speċifiku ewlieni (jiġifieri l-ħġieġ solari) joriġina minn pajjiż terz li ma jirrappreżentax aktar minn 50 % tal-provvista fl-Unjoni (madankollu pajjiż terz ieħor – li l-ħġieġ solari ma joriġinax minnu – jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-Unjoni). Għalhekk, il-kontribut għar-reżiljenza huwa ta’ 33 %. |
|
— |
Għas-Sistema termali solari B, komponent speċifiku ewlieni wieħed joriġina minn pajjiż terz li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-Unjoni. Iż-żewġ komponenti l-oħra joriġinaw minn pajjiż terz ieħor li ma huwiex dak li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-Unjoni. Għalhekk, il-kontribut għar-reżiljenza huwa ta’ 67 %. |
|
— |
Għas-Sistema termali solari C, l-ebda wieħed mill-komponenti speċifiċi ewlenin ma joriġina minn pajjiż terz li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-Unjoni. Għalhekk, il-kontribut għar-reżiljenza huwa ta’ 100 %. |
Determinazzjoni u prova tal-oriġini ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti
L-Artikolu 28(4), l-aħħar subparagrafu, tal-NZIA jipprevedi li: Għall-finijiet tal-kontribut għar-reżiljenza …, il-pajjiż tal-oriġini għandu jiġi ddeterminat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dan ir-regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-operazzjonijiet doganali fl-UE, li jinkludu l-kunċett ta’ regoli tal-oriġini biex jiġi identifikat il-post tal-oriġini ta’ prodott. Ir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini huma indikati fit-“Table of list rules conferring non-preferential origin on products (following the classification in the CN)” tal-Kummissjoni Ewropea (10). L-Anness I juri l-intestaturi tas-SA assoċjati mat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti li huma l-aktar rilevanti għall-Artikolu 28 tal-NZIA. Dawn l-intestaturi jistgħu jiġu kontroreferenzjati mat-tabella tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġu ddeterminati r-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali applikabbli skont il-Kodiċijiet Doganali tal-Unjoni.
L-operaturi ekonomiċi, inklużi l-manifatturi u l-bejjiegħa, għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet doganali bħala d-dokumentazzjoni ewlenija biex juru l-konformità mal-kriterju tar-reżiljenza. Għall-oriġini mhux preferenzjali, japplika l-prinċipju ta’ evidenza libera, li jfisser li tista’ tintuża firxa wiesgħa ta’ dokumenti u ta’ evidenza affidabbli biex jiġi pprovat il-post tal-manifattura jew tal-assemblaġġ ta’ prodott kif iddikjarat fid-dikjarazzjonijiet doganali. Dawn id-dokumenti jistgħu jinkludu fatturi, numri tal-ID tal-prodott, numri jew kodiċijiet tas-serje, nameplates, ċertifikati tal-oriġini, poloz ta’ kargu u dokumenti oħra tat-trasport, listi ta’ materjali, dikjarazzjonijiet tal-fornituri, noti ta’ konsenja, kuntratti mal-fornituri, ċertifikati ta’ spezzjonijiet fil-fabbrika jew sistemi ta’ eżekuzzjoni tal-manifattura.
Filwaqt li l-kontribut għar-reżiljenza jista’ jeħtieġ li jiġi vverifikat għal kull komponent speċifiku ewlieni ta’ prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (f’diversi livelli tal-katina tal-valur tiegħu), id-dikjarazzjonijiet doganali jipprovdu biss informazzjoni dwar l-oriġini tal-komponenti speċifiċi ewlenin importati fl-UE, u mhux dwar komponenti speċifiċi ewlenin oħra, pereżempju dawk f’livell sussegwenti tal-katina tal-valur, jew dawk prodotti fl-UE. Għal din ir-raġuni – u b’mod simili għar-rekwiżit fl-Artikolu 16(5) tal-att ta’ implimentazzjoni tal-NZIA li jispeċifika l-kriterji tal-prekwalifikazzjoni u tal-aġġudikazzjoni għall-irkantijiet – id-dokumentazzjoni doganali għandha tiġi pprovduta fejn disponibbli u tista’ tiġi ssupplimentata b’dokumenti rilevanti oħra li juru l-oriġini jew il-post tal-assemblaġġ tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u tal-komponenti speċifiċi ewlenin f’konformità mar-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali tagħhom. Pereżempju, fil-każ ta’ modulu fotovoltajku, id-dikjarazzjoni doganali tipprovdi informazzjoni biss dwar l-oriġini tal-modulu fotovoltajku nnifsu. Sabiex tiġi ddeterminata l-oriġini tal-komponenti speċifiċi ewlenin sottostanti (jiġifieri ħġieġ solari, ċelloli fotovoltajċi, wejfers solari, l-ingotti tas-siliċju ta’ grad fotovoltajku u l-polisiliċju ta’ grad fotovoltajku) huma neċessarji dokumenti oħra fost dawk elenkati hawn fuq.
Jekk offerent jonqos milli jipproduċi dokument rilevanti li juri l-oriġini jew il-post tal-assemblaġġ ta’ prodott finali jew ta’ komponent speċifiku ewlieni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw awtomatikament li dawk il-prodotti finali jew il-komponenti speċifiċi ewlenin joriġinaw jew ikunu assemblati f’pajjiż li fuqu l-UE għandha dipendenza għolja.
2. Kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali
Skont l-Artikolu 28(4)(a) tal-NZIA, prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti jissodisfa l-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali meta jmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi fid-dritt applikabbli.
Sabiex tiġi evalwata s-sostenibbiltà ambjentali ta’ prodott finali, huwa rakkomandat li jintużaw metodoloġiji eżistenti kull meta jkun possibbli. L-użu ta’ approċċi stabbiliti jevita l-ħtieġa għal testijiet ġodda u għal dokumentazzjoni addizzjonali, li jistgħu jieħdu ħafna ħin u li jużaw ħafna riżorsi, li għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet pubbliċi. Dan l-approċċ pragmatiku jippermetti lill-benefiċjarji potenzjali japplikaw għall-iskemi mingħajr ma jaffaċċjaw piżijiet żejda li kieku jistgħu jiskoraġġuhom milli japplikaw.
L-Anness II jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ rekwiżiti eżistenti dwar is-sostenibbiltà ambjentali fid-dritt tal-UE li jistgħu jintużaw biex jiġi vvalutat il-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħżlu li jivvalutaw wieħed jew aktar minn dawn ir-rekwiżiti. Il-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà ambjentali li jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti minimi għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżit dwar is-sostenibbiltà ambjentali skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. Fil-prattika, dan ifisser li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu l-minimu meħtieġ jew punteġġ ogħla lil prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà ambjentali li huma ferm aħjar minn dawk mitluba mir-rekwiżiti minimi eżistenti. Għalhekk, għal kull karatteristika ta’ sostenibbiltà ambjentali li awtorità pubblika trid tivvaluta, din għandha tistabbilixxi limitu li jiddefinixxi x’inhuwa “ferm aħjar” mir-rekwiżiti minimi eżistenti.
Il-lista tar-rekwiżiti eżistenti dwar is-sostenibbiltà ambjentali pprovduti fl-Anness II ma hijiex eżawrjenti, jiġifieri l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħżlu wkoll li jivvalutaw karatteristiċi oħra bbażati fuq rekwiżiti minimi oħra dwar is-sostenibbiltà ambjentali fid-dritt nazzjonali u tal-UE eżistenti. Fin-nuqqas ta’ rekwiżiti minimi rilevanti tal-UE dwar is-sostenibbiltà ambjentali, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jużaw rekwiżiti minimi nazzjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe rekwiżit rilevanti, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jiddefinixxu r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali abbażi ta’ metodoloġiji eżistenti bħall-qafas tat-tikkettar tal-enerġija stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1369 (11) jew fl-istandards Ewropej. Dan jimmassimizza l-armonizzazzjoni madwar l-Istati Membri.
3. Kriterju tal-innovazzjoni
Skont l-Artikolu 28(4)(b) tal-NZIA, prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jikkontribwixxi għall-innovazzjoni huwa wieħed li [jipprovdi] soluzzjonijiet kompletament ġodda jew [itejjeb] soluzzjonijiet komparabbli tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. L-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju tal-innovazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi għandha l-għan li tinċentiva prodotti finali innovattivi ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jtejbu l-istandards ta’ prestazzjoni jew jintroduċu kunċetti rivoluzzjonarji, u b’hekk iwasslu benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u/jew soċjali addizzjonali.
L-użu tal-kriterju tal-innovazzjoni għandu jintroduċi rekwiżit biex il-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti jew juru grad sinifikanti ta’ novità jew itejbu b’mod konsiderevoli l-prestazzjoni tat-teknoloġija meta mqabbla mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. Fiż-żewġ każijiet, il-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għandu juri livell ta’ titjib fl-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jmur lil hinn mill-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tat-teknoloġiji u tas-soluzzjonijiet li diġà huma disponibbli fis-suq. Dan jista’ jinkludi avvanzi fil-materjali, fid-disinn, fl-effiċjenza jew fil-funzjonalità li jwasslu għal prestazzjoni mtejba jew għal impatt ambjentali mnaqqas tat-teknoloġija. L-Anness III jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ karatteristiċi innovattivi li, fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din il-gwida, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jikkunsidraw suffiċjenti biex jissodisfaw il-kriterju tal-innovazzjoni.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jistabbilixxu wkoll rekwiżiti relatati mal-maturità tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u jeħtieġu li l-manifattur tat-teknoloġija jxerred l-għarfien dwar l-innovazzjoni jew joffri liċenzji għar-riżultati tar-riċerka u proġetti ta’ żvilupp li huma protetti bid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali bi prezz tas-suq u fuq bażi mhux esklużiva u mhux diskriminatorja għall-użu mill-partijiet interessati fiż-ŻEE. Dan huwa partikolarment rilevanti għal skemi li jiffokaw purament fuq il-promozzjoni tal-innovazzjoni – għall-kuntrarju ta’ skemi fejn l-innovazzjoni ma hijiex il-mutur ewlieni għall-appoġġ iżda hija parti mill-objettiv usa’ tal-iskema.
Għall-valutazzjoni tal-kontribut għall-innovazzjoni ta’ prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi li tissostanzja l-pretensjonijiet ta’ innovazzjoni. Din tista’ tinkludi privattivi jew dokumentazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali, rapporti dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, speċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodott u riżultati tat-testijiet tal-prestazzjoni biex tiġi vvalidata l-effettività tat-teknoloġija.
Il-livell ta’ maturità tal-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għandu jiġi vvalutat, fejn rilevanti, permezz ta’ metodi kredibbli u stabbiliti bħar-referenza għal livell ta’ tħejjija teknoloġika.
4. Kriterju tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija
Skont l-Artikolu 3(30) tal-NZIA, integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tfisser soluzzjonijiet għall-ippjanar u t-tħaddim tas-sistema tal-enerġija kollha kemm hi, li tinkludi diversi vetturi tal-enerġija, infrastrutturi u setturi tal-konsum, billi jinħolqu rabtiet aktar b’saħħithom bejniethom bl-objettiv li jingħataw servizzi tal-enerġija ħielsa mill-fjuwils fossili, flessibbli, affidabbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, u bl-inqas spiża possibbli għas-soċjetà, l-ekonomija u l-ambjent.
Għalhekk, il-valutazzjoni tal-kontribut ta’ prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija għandha tikkunsidra aspetti relatati mal-ippjanar u mat-tħaddim tas-sistema tal-enerġija, flimkien ma’ karatteristiċi li jtejbu l-interoperabbiltà, il-flessibbiltà temporali, is-servizzi tal-grilja jew il-kapaċitajiet ta’ ħżin.
Peress li l-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti mixtrija skont l-Artikolu 28 tal-NZIA jintużaw mill-unitajiet domestiċi, mill-kumpaniji jew mill-konsumaturi, informazzjoni speċifika għall-proġett bħall-post jew il-konnessjonijiet bejn il-vetturi tal-enerġija tista’ ma tkunx magħrufa fil-punt tal-bejgħ. Għalhekk, il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq kriterji fuq in-naħa tal-prodott.
Pereżempju, l-impatt ta’ prodott fuq l-ippjanar u fuq it-tħaddim tal-grilja tal-elettriku jista’ jiġi evalwat permezz ta’ metriċi li jkejlu l-funzjonalitajiet tar-rispons għad-domanda, bħall-ħin tar-rispons għal domandi tal-enerġija varjabbli, kapaċitajiet ta’ trażżin tal-quċċata tad-domanda u sistemi integrati ta’ ġestjoni tal-enerġija li jtejbu l-effiċjenza ġenerali tas-sistema tal-enerġija. Barra minn hekk, għandha tiġi vvalutata l-interoperabbiltà ma’ teknoloġiji u ma’ apparati oħra, inkluża l-kapaċità li jkun hemm konnessjoni faċli ma’ diversi vetturi tal-enerġija, biex jiġi ddeterminat il-potenzjal ta’ integrazzjoni tal-prodott. Il-flessibbiltà temporali u l-kapaċitajiet ta’ ħżin jistgħu jiġu evalwati billi tiġi eżaminata l-kapaċità tal-prodott li jaġġusta l-potenza tal-output skont iċ-ċikli tad-domanda u li jirrispondi għas-sinjali tal-grilja f’ħin reali. Sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor, din il-valutazzjoni għandha tinkludi t-teknoloġiji kollha li kapaċi jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati tas-sistema tal-enerġija.
L-Anness IV jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ karatteristiċi tal-prodotti li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jqisu suffiċjenti biex jissodisfaw il-kriterju tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.
Għall-valutazzjoni tal-kontribut għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija ta’ prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi li tissostanzja l-pretensjoni dwar l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Din tista’ tinkludi skedi tekniċi tad-data li jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-prodott, inklużi speċifikazzjonijiet relatati mar-rispons għad-domanda u mal-kapaċitajiet ta’ trażżin tal-quċċata tad-domanda, mal-interoperabbiltà u mal-kapaċità ta’ ħżin. Testijiet jew simulazzjonijiet f’laboratorju indipendenti jistgħu jivverifikaw il-funzjonalità u l-metriċi tal-prestazzjoni tal-prodott.
C. Eżempji illustrattivi ta’ valutazzjoni tal-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza
1. Eżempju għas-sistemi PV solari
F’dan l-eżempju nikkunsidraw skema li tinċentiva x-xiri ta’ sistemi PV solari. L-awtorità pubblika inkarigata mill-iskema ddeċidiet li tagħmel l-eliġibbiltà għall-iskema kondizzjonali għall-kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza tas-sistemi PV, u li tkejjel dan il-kontribut billi tivvaluta l-kriterju tar-reżiljenza, il-kriterju tal-innovazzjoni u l-kriterju tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. L-awtorità pubblika tiddeċiedi li tuża sistema ta’ għoti ta’ punteġġ li biha prodott jgħaddi jew ma jgħaddix. Din tistabbilixxi wkoll il-metodu ta’ valutazzjoni indikat hawn taħt:
|
— |
Ir-reżiljenza tas-sistemi PV tiġi vvalutata skont l-Approċċ A stabbilit fit-Taqsima IV.B.1 (ibbażat fuq kriterji mhux tal-prezz fl-irkantijiet). Il-Komunikazzjoni tal-2025 dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni tidentifika dipendenza għolja fuq pajjiż terz wieħed għas-sistemi PV solari (jiġifieri l-prodott finali) kif ukoll għal diversi mill-komponenti speċifiċi ewlenin tiegħu (il-moduli fotovoltajċi, iċ-ċelloli fotovoltajċi, l-invertituri fotovoltajċi u l-wejfers solari). Għalhekk, is-sistemi PV solari jiksbu l-minimu meħtieġ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
— |
L-innovazzjoni tas-sistemi PV solari tiġi vvalutata b’referenza għall-Anness III ta’ dan id-dokument. Is-sistemi PV solari jiksbu l-minimu meħtieġ biss jekk ikollhom tal-inqas waħda mill-karatteristiċi innovattivi fit-Tabella 11. |
|
— |
L-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tas-sistemi PV solari tiġi vvalutata b’referenza għall-Anness IV ta’ dan id-dokument. Is-sistemi PV solari jiksbu l-minimu meħtieġ biss jekk ikollhom tal-inqas waħda mill-karatteristiċi tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija fit-Tabella 12. |
Ejjew nikkunsidraw tliet sistemi PV solari, li l-karatteristiċi tagħhom huma murija fit-Tabella 3:
Tabella 3
Lista ta’ sistemi PV b’karatteristiċi ipotetiċi
|
Sistema PV A |
|
||||||
|
Sistema PV B |
|
||||||
|
Sistema PV C |
|
It-Tabella 4 turi kif tiġi vvalutata l-eliġibbiltà ta’ dawk it-tliet sistemi PV solari għall-iskema.
Tabella 4
Valutazzjoni tal-eliġibbiltà tas-sistemi PV solari skont skema
|
|
Sistema PV A |
Sistema PV B |
Sistema PV C |
|
Reżiljenza |
Ma għaddietx |
Ma għaddietx |
Għaddiet |
|
Innovazzjoni |
Ma għaddietx |
Ma għaddietx |
Għaddiet |
|
Integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija |
Għaddiet |
Għaddiet |
Għaddiet |
|
Eliġibbiltà għall-iskema |
Mhux eliġibbli |
Mhux eliġibbli |
Eliġibbli |
2. Eżempju għall-pompi tas-sħana
F’dan l-eżempju, se nħarsu lejn skema li tinċentiva x-xiri ta’ pompi tas-sħana. L-awtorità pubblika inkarigata mill-iskema ddeċidiet li tagħti kumpens finanzjarju addizzjonali għax-xiri ta’ pompi tas-sħana li għandhom kontribut għolja għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. Dan il-kontribut jitkejjel billi jiġu vvalutati l-kriterju tar-reżiljenza u l-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali. L-awtorità pubblika tiddeċiedi li tuża sistema ta’ għoti ta’ punteġġ li biha prodott “jgħaddi jew ma jgħaddix” u tistabbilixxi l-metodu ta’ valutazzjoni u l-minimi meħtieġa li ġejjin:
|
— |
Ir-reżiljenza tal-pompi tas-sħana tiġi vvalutata skont il-metodu ta’ kalkolu pprovdut fit-Taqsima B.1 ta’ dan id-dokument. Peress li l-Komunikazzjoni tal-2025 dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni ma tidentifika l-ebda dipendenza għolja la għall-pompi tas-sħana u lanqas għall-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom, il-pompi tas-sħana kollha jiksbu l-minimu meħtieġ għall-kriterju tar-reżiljenza. |
|
— |
Is-sostenibbiltà ambjentali tal-pompi tas-sħana hija vvalutata abbażi tal-effiċjenza enerġetika tagħhom f’konformità mar-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija (12). L-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal prodott speċifikat f’att delegat, dawk l-inċentivi għandhom iżommu fil-mira l-ogħla żewġ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika popolati b’mod sinifikanti, jew klassijiet ogħla kif stabbilit f’dak l-att delegat. Jekk wieħed jassumi li l-ogħla żewġ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika popolati b’mod sinifikanti għall-pompi tas-sħana huma A++ u A+++, il-minimu meħtieġ huwa stabbilit għal A++. |
Ejjew nikkunsidraw tliet pompi tas-sħana, li l-karatteristiċi tagħhom huma murija fit-Tabella 5:
Tabella 5
Lista ta’ pompi tas-sħana b’karatteristiċi ipotetiċi
|
Pompa tas-sħana A |
|
||
|
Pompa tas-sħana B |
|
||
|
Pompa tas-sħana C |
|
It-Tabella 6 turi kif tiġi vvalutata l-eliġibbiltà ta’ dawk it-tliet pompi tas-sħana għal kumpens finanzjarju addizzjonali.
Tabella 6
Eżempju ta’ valutazzjoni tal-eliġibbiltà għal kumpens finanzjarju addizzjonali għall-pompi tas-sħana
|
|
Sistema A |
Sistema B |
Sistema C |
|
Kriterju tar-reżiljenza |
L-ebda dipendenza → Għaddiet |
L-ebda dipendenza → Għaddiet |
L-ebda dipendenza → Għaddiet |
|
Kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali |
A < A++ → Ma għaddietx |
A++ = A++ → Għaddiet |
A+++ > A++ → Għaddiet |
|
Eliġibbiltà għal kumpens finanzjarju addizzjonali |
Mhux eliġibbli |
Eliġibbli |
Eliġibbli |
3. Eżempju għas-sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq
Fit-tielet eżempju nikkunsidraw skema li tinċentiva x-xiri ta’ sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq. L-awtorità pubblika inkarigata mill-iskema ddeċidiet li tagħti kumpens finanzjarju addizzjonali għax-xiri ta’ sistemi ta’ propulsjoni elettrika b’kontribut għoli għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza. Dan il-kontribut jitkejjel billi jiġu vvalutati l-kriterju tar-reżiljenza u l-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali. L-awtorità pubblika tiddeċiedi li tuża sistema ta’ għoti ta’ punteġġ li biha prodott “jgħaddi jew ma jgħaddix” u tistabbilixxi l-metodu ta’ valutazzjoni u l-minimi meħtieġa indikati hawn taħt:
|
— |
Ir-reżiljenza tas-sistemi ta’ propulsjoni elettrika tiġi vvalutata skont l-approċċ ibbażat fuq il-kalkolu stabbilit fit-Taqsima B.1 ta’ dan id-dokument. Għal dan l-eżempju, nassumu li, skont l-aħħar verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni, pajjiż terz wieħed jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-provvista fl-UE tas-sistemi ta’ propulsjoni elettrika u ta’ erbgħa mill-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom. Il-minimu meħtieġ huwa stabbilit għal 30 %. |
|
— |
Is-sostenibbiltà ambjentali tas-sistemi ta’ propulsjoni elettrika hija vvalutata abbażi tal-preżenza ta’ sustanzi perikolużi fil-pakkett ta’ batteriji tat-trasport. L-awtorità pubblika tiddeċiedi li s-sistemi ta’ propulsjoni elettrika jiksbu l-minimu meħtieġ jekk is-sehem perċentwali tal-merkurju jkun mill-inqas 30 % inqas mill-massimu permess skont ir-Regolament dwar il-Batteriji, jiġifieri massimu ta’ 0,00035 %. |
Ejjew nikkunsidraw tliet sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq, li l-karatteristiċi tagħhom huma murija fit-Tabella 7:
Tabella 7
Lista ta’ sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq b’karatteristiċi ipotetiċi
|
Sistema A |
|
||||
|
Sistema B |
|
||||
|
Sistema C |
|
It-Tabella 8 turi kif tiġi vvalutata l-eliġibbiltà ta’ dawk it-tliet sistemi ta’ propulsjoni elettrika għal kumpens finanzjarju addizzjonali:
Tabella 8
Eżempju ta’ valutazzjoni tal-eliġibbiltà għal kumpens finanzjarju addizzjonali ta’ sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq
|
|
Sistema A |
Sistema B |
Sistema C |
|
Kriterju tar-reżiljenza |
→ Ma għaddietx |
→ Għaddiet |
→ Għaddiet |
|
Kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali |
0,001 % > 0,00035 % → Ma għaddietx |
0,00025 % < 0,00035 % → Għaddiet |
0,0005 % > 0,00035 % → Ma għaddietx |
|
Eliġibbiltà għal kumpens finanzjarju addizzjonali |
Mhux eliġibbli |
Eliġibbli |
Mhux eliġibbli] |
V. TRASPARENZA, NONDISKRIMINAZZJONI U AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI
L-Artikolu 28(3) u (5) tal-NZIA jistabbilixxi rekwiżiti dwar it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni. Dan il-kapitolu jipprovdi gwida dwar kif dawn għandhom jiġu implimentati.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati u jiżguraw komunikazzjoni tajba magħhom meta japplikaw l-Artikolu 28 tal-NZIA. Pereżempju, biex jikkomunikaw liema skemi qed jippjanaw li joħolqu u/jew jaġġornaw, kif se jikkalkolaw il-kontribut għar-reżiljenza, liema karatteristiċi tas-sostenibbiltà ambjentali, tal-innovazzjoni jew tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija se jivvalutaw, u liema sistemi ta’ għoti ta’ punteġġ u minimi meħtieġa għandhom l-għan li jistabbilixxu. Dan jgħin biex tiżdied iċ-ċertezza legali u jiġi mmassimizzat il-potenzjal tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tal-NZIA biex it-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti tal-Ewropa jsiru aktar sostenibbli u reżiljenti.
A. Proċess miftuħ, mhux diskriminatorju u trasparenti
F’konformità mal-Artikolu 28(3) ta’ NZIA, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jivvalutaw il-kontribut għar-reżiljenza u s-sostenibbiltà tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti disponibbli fis-suq abbażi ta’ proċess miftuħ, mhux diskriminatorju u trasparenti. Il-linji gwida li ġejjin japplikaw għal din il-valutazzjoni:
Ftuħ
Skont l-Artikolu 28(3) tal-NZIA, kwalunkwe prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għandu jkun intitolat li japplika biex jissieħeb fl-iskema fi kwalunkwe ħin. Il-manifatturi ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti jew il-konsumaturi li jixtruhom għandhom ikunu jistgħu jikkuntattjaw lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mill-iskemi fi kwalunkwe ħin biex jippreżentaw evidenza li l-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti jissodisfa r-rekwiżiti tal-iskema u għandhom jagħtu aċċess għall-benefiċċji mill-iskema.
Nondiskriminazzjoni
L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ifasslu u jimplimentaw skemi skont l-Artikolu 28 tal-NZIA bl-użu ta’ kriterji u ta’ metodoloġiji trasparenti u oġġettivi. L-iskemi ma għandhomx jitfasslu jew jiġu implimentati b’tali mod li jkunu ta’ benefiċċju biss għal kumpaniji speċifiċi, b’mod partikolari kumpaniji nazzjonali. Il-prodotti finali kollha ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li japplikaw biex jingħaqdu mal-iskema għandhom jingħataw l-istess trattament u jiġu vvalutati bl-istess mod sakemm ma jkunx ġustifikat oġġettivament.
Trasparenza
L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli minn skema għandhom jippubblikaw il-kriterji u l-proċeduri ta’ valutazzjoni meta jniedu l-iskema. Dan għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
— |
Liema kriterji se jitqiesu (jiġifieri r-reżiljenza, is-sostenibbiltà ambjentali, l-innovazzjoni jew l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija); |
|
— |
Liema karatteristiċi tal-prodott finali se jintużaw biex jiġi vvalutat kull wieħed mill-kriterji (eż. l-effiċjenza enerġetika tista’ tintuża biex jiġi vvalutat il-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali); |
|
— |
Liema sistema ta’ għoti ta’ punteġġi se tintuża (għadda/ma għaddiex jew skala gradata); |
|
— |
Liema minimi meħtieġa se jintużaw. |
B. Disponibbiltà tal-informazzjoni
L-Artikolu 28(5) tal-NZIA jiddikjara li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jippubblikaw fuq sit web uniku b’aċċess liberu l-informazzjoni kollha relatata mal-iskemi [...] għal kull prodott finali tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti rilevanti. Is-sit web għandu jiżgura t-trasparenza u l-prevedibbiltà billi jipprovdi informazzjoni komprensiva dwar l-iskemi, kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-konsumaturi.
|
— |
Għall-operaturi ekonomiċi, għandu jinkludi deskrizzjoni tal-iskema, il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċedura ta’ valutazzjoni (kif imsemmi fit-Taqsima V.A ta’ dan id-dokument), kif ukoll informazzjoni dwar kif għandhom jippreżentaw l-evidenza biex juru li l-prodott finali tagħhom jikkonforma mar-rekwiżiti skont l-iskema u għandu jagħti d-dritt lix-xerrejja biex jibbenefikaw mill-eliġibbiltà skont l-iskema jew minn kumpens finanzjarju addizzjonali. , . Jista’ jinkludi wkoll informazzjoni li tiggwidahom dwar kif juru li l-prodotti tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti. |
|
— |
Għall-konsumaturi, is-sit web għandu jinkludi d-deskrizzjoni tal-iskema kif ukoll lista aġġornata tal-prodotti finali kollha ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li jagħmluhom eliġibbli għall-iskema jew għal kumpens finanzjarju addizzjonali. Dan jiżgura ċ-ċertezza legali u l-faċilità tal-użu għall-konsumaturi. Għandu wkoll jippermetti lill-konsumaturi jippreżentaw evidenza huma stess f’każ li l-prodott finali li biħsiebhom jixtru ma jkunx (għadu) fuq il-lista u jipprovdi informazzjoni dwar kif jagħmlu dan. |
Is-sit web għandu jkun aċċessibbli liberament u jipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt għal aktar appoġġ kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-konsumaturi.
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724, ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj.
(2) L-Artikolu 49(4) tal-NZIA.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1178 tat-23 ta’ Mejju 2025 dwar l-istabbiliment ta’ regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ prodotti finali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kontribut għar-reżiljenza.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud; Ara b’mod partikolari l-Artikolu 98 u l-Anness III tad-Direttiva.
(5) L-appoġġ totali, inkluż il-kumpens finanzjarju proporzjonat addizzjonali, ma jistax jaqbeż l-intensità massima tal-għajnuna permessa skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
(6) Il-kost tal-prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti għall-konsumatur jista’ jinkludi biss il-kost tat-tagħmir, jew jista’ jinkludi wkoll kostijiet oħrajn (eż. il-kostijiet tat-trasport u tal-installazzjoni), skont l-ambitu tal-kostijiet koperti mill-iskema.
(7) Il-Komunikazzjoni tal-2025 tinstab hawnhekk: EUR-Lex - 52025XC03236 - MT - EUR-Lex.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1176 tat-23 ta’ Mejju 2025 li jispeċifika l-kriterji tal-prekwalifikazzjoni u tal-aġġudikazzjoni għall-irkantijiet għall-varar tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ĠU L, 2025/1176, 18.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1176/oj.
(9) Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1178, it-teknoloġiji termali solari jista’ jkollhom erba’ komponenti speċifiċi ewlenin – jiġifieri kolletturi termali solari, assorbituri termali solari, ħġieġ solari u trackers termali solari. Madankollu, mhux il-komponenti speċifiċi ewlenin kollha jintużaw f’kull prodott finali. L-eżempju jassumi li t-trackers termali ma jintużawx, u b’hekk id-denominatur tal-ekwazzjoni fit-Tabella 3 huwa 3 u mhux 4.
(10) Il-Kummissjoni Ewropea, Table of list rules conferring non-preferential origin on products (following the classification in the CN), https://taxation-customs.ec.europa.eu/table-list-rules-conferring-non-preferential-origin-products-following-classification-cn_mt.
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE, ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1-23.
(12) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE.
ANNESS I
INTESTATURI TAS-SA BIEX JIĠU DDETERMINATI R-REGOLI TAL-ORIĠINI GĦAL TEKNOLOĠIJI B’EMISSJONIJIET ŻERO NETTI RILEVANTI GĦALL-ARTIKOLU 28 TAL-NZIA
It-Tabella 9 tippreżenta ħarsa ġenerali komprensiva tal-intestaturi tas-SA assoċjati mat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti li huma l-aktar rilevanti għall-Artikolu 28 tal-NZIA, li ladarba tiġi kontroreferenzjata mat-“Table of list rules conferring non-preferential origin on products (following the classification in the CN)” tal-Kummissjoni Ewropea, tipprovdi r-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali applikabbli għal dawn it-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti (1). Din l-informazzjoni sservi bħala referenza kruċjali għall-partijiet ikkonċernati li jfittxu li jifhmu kif jiddeterminaw l-oriġini ta’ dawn it-teknoloġiji fl-UE.
Tabella 9
Intestaturi tas-SA assoċjati ma’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u ma’ komponenti speċifiċi ewlenin rilevanti għall-Artikolu 28 tal-NZIA
|
Prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti |
Komponenti |
Intestatura tas-SA |
|
Sistemi PV solari |
Polisiliċju ta’ grad fotovoltajku |
2804 |
|
Ingotti tas-siliċju ta’ grad fotovoltajku jew l-ekwivalenti |
2804 |
|
|
Wejfers solari jew l-ekwivalenti |
3818 |
|
|
Ċelloli fotovoltajċi jew ekwivalenti |
ex 8541 (a) |
|
|
Ħġieġ solari |
7005 |
|
|
ex7006 (b) |
||
|
7007 |
||
|
Moduli fotovoltajċi |
ex 8541 (a) |
|
|
Invertituri fotovoltajċi |
8504 |
|
|
Trackers fotovoltajċi u l-istrutturi tal-immuntar speċifiċi tagħhom |
8479 |
|
|
Sistemi termali solari |
Kolletturi termali solari (inkluż kolletturi pjani, f’tubi evakwati, b’sistemi konċentranti u b’ċirkolazzjoni tal-arja) |
8419 |
|
Assorbituri termali solari |
8419 |
|
|
Ħġieġ solari |
7005 |
|
|
ex7006 (b) |
||
|
7007 |
||
|
Trackers termali solari u l-istrutturi tal-immuntar speċifiċi tagħhom |
8479 |
|
|
Batteriji |
Pakketti ta’ batteriji |
8507 |
|
Moduli tal-batteriji |
8507 |
|
|
Ċelloli tal-batteriji |
8507 |
|
|
Materjali katodiċi attivi |
2842 |
|
|
2841 |
||
|
Materjali anodiċi attivi |
3801 10 |
|
|
Elettroliti |
2826 |
|
|
Separaturi |
8507 |
|
|
Kolletturi tal-kurrent (inkluż fojls irqaq tar-ram, tal-aluminju, tan-nikil u tal-karbonju) |
7410 |
|
|
7607 11 |
||
|
7607 19 |
||
|
ex7506 (a) |
||
|
Sistemi ta’ ġestjoni tal-batteriji (BMS, Battery Management Systems) |
8537 |
|
|
Pompi tas-Sħana |
Pompi tas-sħana |
8418 |
|
Valvi b’erba’ żbokki |
8481 |
|
|
Kompressuri tat-tip spirali/kompressuri rotatorji tal-pompi tas-sħana |
8414 |
|
|
Tagħmir tal-Provvista tal-EVs |
Tagħmir tal-Provvista tal-EVs |
8504 |
|
8537 |
||
|
Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq u off-road |
Muturi elettriċi ta’ propulsjoni tat-trasport |
ex 8501 (B) |
|
Kalamiti permanenti ta’ muturi elettriċi tat-trasport |
8505 |
|
|
Pakketti ta’ batteriji tat-trasport |
8505 |
|
|
Ċelloli tal-fjuwil tat-trasport |
ex 8501 (B) |
|
|
Invertituri tat-trasport |
8504 |
|
|
Ċarġers abbord |
8504 |
|
|
8537 |
|
Noti: |
L-intestaturi tas-SA assoċjati mal-komponenti speċifiċi ewlenin li ġejjin ma ġewx inklużi minħabba li għadhom qed jiġu evalwati: Sistemi tal-ġestjoni termali tal-batteriji (BTMS, Battery Thermal Management Systems), Unitajiet tad-distribuzzjoni tal-enerġija b’vultaġġ għoli tal-propulsjoni elettrika, Tankijiet tal-ħażna tal-idroġenu abbord. |
(1) Il-Kummissjoni Ewropea, Table of list rules conferring non-preferential origin on products (following the classification in the CN), https://taxation-customs.ec.europa.eu/table-list-rules-conferring-non-preferential-origin-products-following-classification-cn_mt.
ANNESS II
EŻEMPJI TA’ REKWIŻITI MINIMI EŻISTENTI DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ AMBJENTALI
Dan l-Anness jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ rekwiżiti eżistenti dwar is-sostenibbiltà ambjentali fid-dritt tal-UE li jistgħu jintużaw biex jiġi implimentat il-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. Fil-futur, huwa probabbli ħafna li se jiġu adottati aktar rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà ambjentali, pereżempju skont ir-Regolament li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli (1). Dawn se jimponu rekwiżiti minimi addizzjonali u jipprovdu metodoloġiji li jistgħu jservu bħala referenzi u għodod għall-applikazzjoni tal-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali skont l-Artikolu 28 tal-NZIA.
Sistemi PV
|
— |
Sal-lum, fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE ma hemm l-ebda rekwiżit minimu dwar is-sostenibbiltà ambjentali tal-moduli u tal-invertituri fotovoltajċi. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jirreferu għar-rekwiżiti minimi nazzjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali. Fin-nuqqas ta’ rekwiżiti rilevanti, l-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jiddefinixxu r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tal-NZIA abbażi ta’ metodoloġiji eżistenti, bl-għan li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni madwar l-UE kollha. Pereżempju, iċ-ċirkolarità tal-prodotti tista’ tiġi evalwata bl-użu tal-istandard Ewropew EN 45554: Metodi ġenerali għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ tiswija, użu mill-ġdid u aġġornament ta’ prodotti relatati mal-enerġija. |
Teknoloġiji termali solari
|
— |
Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 814/2013 (2) li jimplimentaha jistabbilixxu rekwiżiti minimi dwar l-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-ilma kif ukoll il-livelli massimi għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu mill-ħiters tal-ilma (ara l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 814/2013). Dawn il-valuri jistgħu jintużaw bħala rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-minimu meħtieġ/punteġġ ogħla lit-teknoloġiji termali solari b’effiċjenza enerġetika ferm aħjar jew b’emissjonijiet ferm aktar baxxi ta’ ossidu tan-nitroġenu. |
Batteriji
|
— |
Ir-Regolament dwar il-Batteriji (3) jirrestrinġi l-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-batteriji (ara l-Artikolu 6 u l-Anness I ta’ dak ir-Regolament). Dan jistabbilixxi ishma perċentwali massimi għall-preżenza tal-merkurju, tal-kadmju u taċ-ċomb fil-batteriji. Dawn il-valuri jistgħu jintużaw bħala rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu l-minimu meħtieġ/punteġġ ogħla għall-batteriji li jkun fihom inqas merkurju, kadmju u ċomb minn dak stabbilit fir-Regolament dwar il-Batteriji. |
|
— |
Minn Awwissu 2026, ir-Regolament dwar il-Batteriji se jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi dwar il-kontenut riċiklat f’ċerti tipi ta’ batteriji (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament): dan se jistabbilixxi ishma perċentwali minimi ta’ kobalt, ta’ ċomb, ta’ litju u ta’ nikil preżenti fil-batteriji li għandhom jiġu rriċiklati, jiġifieri rkuprati mill-iskart. Ladarba jidħlu fis-seħħ, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jintużaw bħala referenza meta jiġi applikat il-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali tal-Artikolu 28 tal-NZIA. Pereżempju, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li l-batteriji li jkun fihom sehem ta’ kontenut riċiklat li jaqbeż ir-rekwiżiti minimi applikabbli jingħataw il-minimu meħtieġ jew jistgħu jallokaw punteġġ għall-batteriji abbażi ta’ kemm is-sehem ta’ kontenut riċiklat jaqbeż dawk ir-rekwiżiti minimi. |
|
— |
Mill-2027 u l-2028, ir-Regolament dwar il-Batteriji u tnejn mill-atti delegati tiegħu (li għad iridu jiġu adottati – ara l-Artikolu 10 u l-Anness IV tar-Regolament) se jistabbilixxu rekwiżiti minimi f’termini tal-prestazzjoni elettromekkanika u tad-durabbiltà tal-batteriji (bħall-ħajja tal-batteriji) għal ċerti tipi ta’ batteriji. Ladarba jidħlu fis-seħħ, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jintużaw ukoll bħala rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu l-minimu meħtieġ jew jallokaw punteġġ ogħla lill-batteriji bi prestazzjoni elettromekkanika jew b’durabbiltà li tmur ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. |
|
— |
Fil-futur, ir-Regolament dwar il-Batteriji u l-atti delegati tiegħu (li għad iridu jiġu adottati – ara l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament) se jistabbilixxu limiti massimi għall-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ ċerti tipi ta’ batteriji. Ladarba jidħlu fis-seħħ, dawn il-limiti jistgħu jintużaw ukoll bħala rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu l-minimu meħtieġ jew jallokaw punteġġ ogħla lill-batteriji b’impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja li tkun ferm aktar baxxa mil-limiti stabbiliti fl-atti delegati. |
Pompi tas-sħana
|
— |
Żewġ Regolamenti dwar l-Ekodisinn (4) jistabbilixxu rekwiżiti minimi dwar l-effiċjenza enerġetika għal tipi differenti ta’ pompi tas-sħana (ara l-Anness II tar-Regolamenti). L-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija (5) jmur lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi billi jagħmel l-inċentivi tal-Istati Membri għal ċerti prodotti kondizzjonali għal rekwiżiti aktar ambizzjużi dwar l-effiċjenza enerġetika: meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal prodott speċifikat f’att delegat, dawk l-inċentivi għandhom iżommu fil-mira l-ogħla żewġ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika popolati b’mod sinifikanti, jew klassijiet ogħla kif stabbilit f’dak l-att delegat. Għall-pompi tas-sħana, l-atti delegati rilevanti jinkludu r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 (6) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 (7). Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jallokaw punteġġ ogħla għall-pompi tas-sħana li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti delegati. |
|
— |
Ir-Regolament dwar il-Gassijiet F (8) jistabbilixxi rekwiżiti relatati mal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) tar-refriġeranti użati fil-pompi tas-sħana, fl-arja kondizzjonata u fis-sistemi tar-refriġerazzjoni (ara l-Anness IV tar-Regolament dwar il-Gassijiet F). Dan jipprojbixxi l-introduzzjoni fis-suq ta’ tagħmir b’ċertu livell ta’ GWP. Il-projbizzjonijiet jidħlu fis-seħħ f’dati differenti, skont it-tip ta’ tagħmir u l-gass użat. Għalhekk:
|
Tagħmir tal-provvista tal-vetturi elettriċi (EVSE)
|
— |
Id-Direttiva dwar ir-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Perikolużi (9) tistabbilixxi l-valuri ta’ konċentrazzjoni massima għall-preżenza ta’ sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ara l-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Direttiva). Dawn ir-rekwiżiti japplikaw għal ċerti komponenti tal-EVSE bħal kejbils, kaxxi tal-plastik u bordijiet ta’ ċirkwiti stampati. Dawn jistgħu jintużaw bħala rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu l-minimu meħtieġ jew jallokaw punteġġ ogħla lill-EVSE li jkun fih sustanzi ferm inqas perikolużi mil-limiti stabbiliti fid-Direttiva. |
Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq
|
— |
Ir-Regolament dwar il-Batteriji (10) jirrestrinġi l-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-batteriji (ara l-Artikolu 6 u l-Anness I tar-Regolament). Dan jistabbilixxi sehem perċentwali massimu (0,0005 %) għall-preżenza tal-merkurju fil-batteriji tal-vetturi elettriċi. Dan jista’ jintuża bħala rekwiżit minimu skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-minimu meħtieġ/punteġġ ogħla lis-sistemi ta’ propulsjoni elettrika b’batteriji li jkun fihom ferm inqas merkurju minn dak stabbilit fir-Regolament dwar il-Batteriji. |
|
— |
Minn Awwissu 2026, ir-Regolament dwar il-Batteriji (11) se jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi dwar il-kontenut riċiklat f’batteriji tal-vetturi elettriċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament): dan se jistabbilixxi ishma perċentwali minimi ta’ kobalt, ta’ ċomb, ta’ litju u ta’ nikil preżenti fil-batteriji li għandhom jiġu rriċiklati, jiġifieri rkuprati mill-iskart. Ladarba jidħlu fis-seħħ, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jintużaw bħala referenza għall-applikazzjoni tal-kriterju tas-sostenibbiltà ambjentali tal-Artikolu 28 tal-NZIA. Pereżempju, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li s-sistemi ta’ propulsjoni elettrika b’batterija li jkun fiha sehem ta’ kontenut riċiklat li jaqbeż b’mod sinifikanti r-rekwiżiti minimi applikabbli jingħataw il-minimu meħtieġ jew jistgħu jallokaw punteġġ għas-sistemi ta’ propulsjoni elettrika abbażi ta’ kemm is-sehem ta’ kontenut riċiklat fil-batteriji tagħhom jaqbeż dawk ir-rekwiżiti minimi. |
|
— |
Minn Awwissu 2026, ir-Regolament dwar il-Batteriji u wieħed mill-atti delegati tiegħu (li għad irid jiġi adottat – ara l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament) se jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għall-impronta tal-karbonju tal-batteriji tal-vetturi elettriċi. Ladarba jidħlu fis-seħħ, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jintużaw ukoll bħala rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu l-minimu meħtieġ jew jallokaw punteġġ ogħla lis-sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq li jkollhom batterija b’impronta tal-karbonju li hija ferm aktar baxxa mir-rekwiżit minimu. |
|
— |
Ir-Regolament (UE) 2024/1257 (12) jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi dwar id-durabbiltà tal-batterija (ara l-Artikolu 6 u l-Anness II tar-Regolament) li jistgħu jintużaw bħala rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 28 tal-NZIA. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-minimu meħtieġ/punteġġ ogħla lis-sistemi ta’ propulsjoni elettrika b’durabbiltà tal-batterija li tkun ferm aħjar mir-rekwiżit minimu. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE, ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj/mlt.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun, ĠU L 239, 6.9.2013, p. 162.
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati; u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi.
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE.
(6) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013).
(7) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013).
(8) Ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014.
(9) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (tfassil mill-ġdid).
(10) Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE.
(11) Ibid.
(12) Ir-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batterija tagħhom (Euro 7), li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362, ĠU L, 2024/1257, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1257/oj.
ANNESS III
EŻEMPJI TA’ KARATTERISTIĊI INNOVATTIVI
It-Tabella 10 tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ karatteristiċi innovattivi li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jqisu suffiċjenti biex jissodisfaw il-kriterju tal-innovazzjoni meta jivvalutaw il-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti. Din tkopri l-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li huma l-aktar rilevanti għall-Artikolu 28 tal-NZIA. Din il-lista tirrifletti l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tal-prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti fl-aħħar tal-2025. Madankollu, dak li jitqies bħala innovattiv żgur li se jevolvi maż-żmien, hekk kif jiġu żviluppati avvanzi u soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda. Informazzjoni aġġornata dwar karatteristiċi innovattivi u l-maturità teknoloġika tista’ tinkiseb minn bażijiet tad-data bħall-Clean Energy Technology Guide tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (1).
Tabella 10
Eżempji ta’ karatteristiċi innovattivi meqjusa suffiċjenti biex jissodisfaw il-kriterju tal-innovazzjoni fl-2025
|
Prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti |
Karatteristika innovattiva (ibbażata fuq l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-2025) |
|
Sistemi PV solari |
Moduli fotovoltajċi bbażati fuq ċelloli fotovoltajċi tal-perovskite u fuq ċelloli fotovoltajċi f’tandem tal-perovskite u s-siliċju kristallin |
|
Moduli fotovoltajċi bbażati fuq ċelloli fotovoltajċi b’multiġunzjoni |
|
|
Sistemi PV agrivoltajċi u integrati fil-bini |
|
|
Moduli fotovoltajċi b’ċelloli fotovoltajċi integrati b’kuntatt minn wara u b’eteroġunzjoni |
|
|
Moduli fotovoltajċi bi trasparenza akbar jew ikkontrollata |
|
|
Invertituri b’karatteristiċi mtejba għall-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema PV, għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija jew għaċ-ċibersigurtà |
|
|
Sistemi termali solari |
Sistemi termali solari integrati fil-bini |
|
Batteriji |
Batteriji fi stat solidu (inkluż b’elettrolit ibridu/semisolidu) |
|
Batteriji tal-litju-kubrit |
|
|
Batteriji durabbli ħafna għal applikazzjonijiet stazzjonarji |
|
|
Batteriji b’densità għolja ta’ enerġija |
|
|
Batteriji ħielsa minn Minerali Kritiċi mhux Maħduma |
|
|
Pompi tas-sħana |
Tisħin u tkessiħ termoakustiċi |
|
Pompi tas-sħana b’temperatura għolja |
|
|
Tkessiħ fi stat solidu |
|
|
Teknoloġiji li ma humiex ibbażati fuq il-kompressjoni tal-fwar u l-assorbiment |
|
|
Tagħmir tal-provvista tal-EVs |
Iċċarġjar induttiv |
|
Disinji mgħammra b’dijanjostika għall-manutenzjoni predittiva |
|
|
Disinji kumpatti |
|
|
Disinji modulari, fejn il-komponenti jistgħu jiġu ssostitwiti jew aġġornati faċilment |
|
|
Disinji li jeliminaw il-ħtieġa ta’ tħaffir jew ta’ pedamenti |
|
|
Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq |
Sistemi modulari tal-motopropulsjoni elettrika, fejn il-komponenti jistgħu jiġu ssostitwiti jew aġġornati faċilment |
|
Batteriji fi stat solidu |
|
|
Batteriji tal-litju-kubrit |
|
|
Muturi bi fluss assjali |
|
|
Muturi ta’ riluttanza b’sistema ta’ swiċċjar |
|
|
Muturi ta’ induzzjoni |
|
|
Muturi ta’ riluttanza sinkroniċi |
|
|
Muturi avvanzati bbażati fuq il-ferrit |
|
|
Invertituri avvanzati tal-karbur tas-siliċju gallju nitrur |
(1) L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, ETP Clean Energy Technology Guide, https://www.iea.org/data-and-statistics/data-tools/etp-clean-energy-technology-guide.
ANNESS IV
EŻEMPJI TA’ INTEGRAZZJONI TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA
It-Table 11 tipprovdi lista mhux eżawrjenti tal-karatteristiċi li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jikkunsidraw suffiċjenti biex jissodisfaw il-kontribut għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija meta jivvalutaw il-kontribut għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza ta’ prodotti finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti. Din il-lista tqis il-kapaċità tal-prodotti li jippermettu konnettività għolja u integrazzjoni attiva tal-grilja u li jappoġġaw ippjanar aħjar u tħaddim effiċjenti tas-sistema tal-enerġija. Tqis ukoll il-kapaċità tal-prodotti li jtejbu l-flessibbiltà tal-grilja billi jintegraw il-kapaċità tal-ħżin u l-funzjonalitajiet tat-trażżin tal-quċċata tad-domanda, kif ukoll l-interoperabbiltà tagħhom.
Tabella 11
Eżempji ta’ karatteristiċi tekniċi meqjusa suffiċjenti biex jissodisfaw il-kriterju tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija
|
Prodott finali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti |
Kundizzjoni għall-issodisfar tal-kriterju tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija |
|
Sistemi PV solari |
Flessibbiltà tal-“feed-in” fil-grilja (1) |
|
Integrati mal-ħażna tal-batterija |
|
|
Ikkombinati ma’ tagħmir tal-provvista tal-EVs |
|
|
Mgħammra b’invertitur intelliġenti li jikkomunika mal-grilja (eż. għar-rispons għad-domanda u għar-regolazzjoni tal-frekwenza) |
|
|
Sistemi termali solari |
Ikkombinati ma’ pompi tas-sħana jew ma’ tisħin distrettwali |
|
Batteriji |
Ikkombinati ma’ elettronika tal-potenza li tippermetti kapaċità bidirezzjonali |
|
Kapaċità ta’ regolazzjoni tal-frekwenza |
|
|
Kapaċità ta’ ħin tar-rispons rapidu |
|
|
Kapaċità tas-servizzi tal-grilja |
|
|
Abilità ta’ startjar minn mitfi totali (2) |
|
|
Pompi tas-sħana |
Pompi tas-sħana b’tikketta lesta għall-PV |
|
Konformità mal-kodiċi ta’ kondotta dwar apparati intelliġenti fl-użu tal-enerġija żviluppat mill-JRC (3) |
|
|
Pompi tas-sħana ta’ assorbiment jew ta’ adsorbiment ikkombinati ma’ sistemi tal-irkupru tas-sħana mormija jew ma’ sistemi termali solari |
|
|
Mgħammra b’kapaċitajiet ta’ kontroll intelliġenti (eż. il-kapaċità ta’ tifi f’każ ta’ sottofrekwenza fil-grilja tal-elettriku) |
|
|
Tagħmir tal-provvista tal-EVs |
Kapaċità ta’ rispons fin-naħa tad-domanda |
|
Mgħammar b’kapaċità bidirezzjonali (eż. mill-vettura għall-grilja, mill-vettura għad-dar, mill-vettura għat-tagħbija) |
|
|
Ikkombinat ma’ sistema PV solari |
|
|
Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq |
Mgħammra b’kapaċità bidirezzjonali |
|
Integrati b’tagħmir li jippermetti l-kapaċità ta’ rispons fin-naħa tad-domanda |
|
|
Mgħammra b’karatteristiċi tal-konnettività u tal-internet tal-oġġetti biex jikkomunikaw ma’ grilji intelliġenti |
|
|
Kapaċità ta’ regolazzjoni tal-frekwenza |
(1) Sistema PV mgħammra b’kontroll intelliġenti tal-invertitur biex tgħin fir-regolazzjoni tal-vultaġġ/frekwenza.
(2) “Abilità ta’ startjar minn mitfi totali” tirreferi għall-kapaċità li tiġi pprovduta potenza inizjali fil-każ ta’ qtugħ tal-grilja biex tappoġġa r-restawr tal-potenza tal-grilja mingħajr ma jkun meħtieġ sors tal-potenza esterna.
(3) Code of Conduct on energy management related interoperability of Energy Smart Appliances (Verżjoni 1.0) (https://ses.jrc.ec.europa.eu/development-of-policy-proposals-for-energy-smart-appliances).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/123/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)