|
25.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 47/2009
tal-24 ta’ April 2009
li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/393/KE tas-8 ta’ Mejju 2008 bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adekwata ta’ dejta personali li għaliha hemm provdut f’Jersey (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Fil-każi konġunti C-317/04 u C-318/04 il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/535/KE (3), li hija nkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titneħħa skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5ej (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/535/KE):
|
|
(2) |
It-test ta’ punt 5ej (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/535/KE) għandu jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2008/393/KE fil-lingwa tal-Islanda u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-25 ta’ April 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ April 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 130, 28.5.2009, p. 25.
(2) ĠU L 138, 28.5.2008, p. 21.
(3) ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 18.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati