|
1.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9786 — RIL/BP/RBML JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 108/05)
1.
Fit-23 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Reliance Industries Limited (“RIL”) (l-Indja), |
|
— |
BP Global Investments Limited (“BP GIL”) (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn BP, |
|
— |
Reliance BP Mobility Limited (“RBML”) (l-Indja). |
RIL u BP GIL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ RBML kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
RIL: esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarboni, raffinar u kummerċjalizzazzjoni taż-żejt, petrokimiċi, bejgħ lill-konsumaturi, telekomunikazzjonijiet u servizzi diġitali, |
|
— |
BP: esplorazzjoni, produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali; raffinar, kummerċjalizzazzjoni, provvista u trasport ta’ prodotti raffinati; petrokimiċi u prodotti relatati; u enerġija alternattiva, |
|
— |
RBML: il-bejgħ ta’ fuels li jinġarru fuq l-art permezz ta’ ħwienet taż-żejt; il-bejgħ ta’ spirtu tal-muturi u diesel għall-veloċità għolja lis-segment tat-trasport, is-segment mhux tat-trasport u għall-għoti tal-fuel skont it-talba; negozji mhux tal-fuel li jsiru fil-ħwienet taż-żejt; il-bejgħ tal-lubrikanti lill-konsumaturi; u t-tħaddim tan-negozju ta’ RIL tal-ħażna tal-fuel għall-avjazzjoni, faċilitajiet ta’ distribuzzjoni tal-fuel lill-ajruplani għall-bejgħ u/jew il-provvista ta’ fuel tal-avjazzjoni f’ajruporti fl-Indja bħala fornitur ta’ servizzi lill-RIL. L-iskop tal-joint venture huwa limitat għall-operazzjonijiet fl-Indja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9786 — RIL/BP/RBML JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).