|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/69 |
7.1.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/69
tal-15 ta’ Diċembru 2025
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija (“it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500/KE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2006. |
|
(2) |
Skont l-Artikoli 47 u 76 tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija (il-“Kunsill Ministerjali”) għandu jadotta miżuri li jieħdu l-forma ta’ deċiżjoni jew rakkomandazzjoni. |
|
(3) |
Matul it-23 laqgħa tiegħu fit-18 ta’ Diċembru 2025, il-Kunsill Ministerjali għandu jadotta għadd ta’ atti li għandhom effetti legali u li għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-fini tal-atti previsti huwa li jiffaċilitaw l-ilħuq tal-objettivi tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija. |
|
(4) |
Peress li r-rappreżentanti tal-Unjoni għandhom jivvutaw dwar l-atti li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Ministerjali, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Ministerjali rigward dawk l-atti kif stabbilit fl-addendum għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fit-23 laqgħa tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija (il-“Kunsill Ministerjali”) fit-18 ta’ Diċembru 2025 għandha tkun li tapprova l-adozzjoni tal-atti kif jinsabu fl-addendum għal din id-Deċiżjoni..
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni tista’ taqbel fuq bidliet żgħar fl-atti kif stabbiliti fl-addendum għal din id-Deċiżjoni, fid-dawl ta’ kummenti kkomunikati mill-partijiet kontraenti għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali jew matulha, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
2. Jekk il-Kunsill Ministerjali ma jkunx f’pożizzjoni li jadotta l-atti kif stabbiliti fl-addendum għal din id-Deċiżjoni fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2025, dawk l-atti jistgħu jiġu adottati b’korrispondenza wara t-23 laqgħa tal-Kunsill Ministerjali, f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ministerjali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AAGAARD
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500/KE tad-29 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija (ĠU L 198, 20.7.2006, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/500/oj).
ANNESS
ID-DEĊIŻJONIJIET SKONT L-ARTIKOLU 91(1)(A) TAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA LI JISTABBILIXXU L-EŻISTENZA TA' KSUR TA' DAK IT-TRATTAT F'KAŻIJIET SPEĊIFIĊI
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġu approvati l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ministerjali skont l-Artikolu 91(1)(a) EnCT, dment li l-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità tal-Enerġija jagħti opinjoni minn qabel mill-aktar fis li tappoġġa s-sejbiet tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, li tistabbilixxi l-eżistenza ta' ksur f'dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Albanija li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-5/24; |
|
(b) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-6/24; |
|
(c) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Georgia li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-7/24; |
|
(d) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Kosovo* li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-8/24; |
|
(e) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Moldova li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-9/24; |
|
(f) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Montenegro li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-10/24; |
|
(g) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Maċedonja ta' Fuq li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-11/24; |
|
(h) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tas-Serbja li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-12/24; |
|
(i) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Ukrajna li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-13/24; |
|
(j) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-14/24; |
|
(k) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Georgia li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-15/24; |
|
(l) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Kosovo* li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-16/24; |
|
(m) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Moldova li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-17/24; |
|
(n) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-19/24; |
|
(o) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Maċedonja ta' Fuq li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-21/24; |
|
(p) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tas-Serbja li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-22/24; |
|
(q) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Albanija li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-23/24; |
|
(r) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-24/24; |
|
(s) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Georgia li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-25/24; |
|
(t) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Kosovo* li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-26/24; |
|
(u) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Moldova li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-27/24; |
|
(v) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Montenegro li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-28/24; |
|
(w) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Maċedonja ta' Fuq li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-29/24; |
|
(x) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tas-Serbja li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-2/21; |
|
(y) |
id-Deċiżjoni 2025/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Montenegro li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Każ ECS-15/-21. |
L-Att Proċedurali 2025/XX/MC-EnC dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għas-snin 2026-2027 u dwar il-kontribuzzjonijiet mill-Partijiet għall-baġit
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tal-att proċedurali tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għas-snin 2026-2027 u dwar il-kontribuzzjonijiet mill-Partijiet għall-baġit f'konformità mal-Addendum 1 ta' dan l-Anness.
Id-Deċiżjoni D/2025/XX/MC-EnC tal-Kunsill Ministerjali dwar ir-Rilaxx tad-Direttur tas-Segretarjat
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali hija li jiġi approvat l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali dwar ir-Rilaxx Finanzjarju tad-Direttur tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija f'konformità mal-Addendum 2 ta' dan l-Anness.
L-Att Proċedurali 2025/PA/XX/MC-EnC dwar l-emenda tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni tas-17 ta' Novembru 2006, kif emendat mill-Att Proċedurali 2014/01/MC-EnC, 2022/02/MC-EnC u 2024/06/MC-EnC
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ministerjali għandha tkun li jiġi approvat l-abbozz ta' Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali li jemenda l-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar, u l-Ispezzjoni f'konformità mal-Addendum 3 ta' dan l-Anness.
L-Att Proċedurali 2025/PA/XX/MC-EnC dwar l-adozzjoni tal-organigramma tas-Segretarjat
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali hija li tapprova l-abbozz tal-att proċedurali tal-Kunsill Ministerjali dwar l-adozzjoni tal-organigramma tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija f'konformità mal-Addendum 4 ta' dan l-Anness.
Ħatra mill-ġdid tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Arbitraġġ tal-Komunità tal-Enerġija f'konformità mal-Att Proċedurali Nru 01/2011 PHLG-EnC tal-Grupp Permanenti ta' Livell Għoli tal-Komunità tal-Enerġija li jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-proċedura ta' arbitraġġ fi kwistjonijiet tal-persunal skont l-Artikolu 14 tar-Regolamenti tal-Persunal
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea hija li tappoġġa u tikkonferma l-ħatra mill-ġdid mill-Kummissjoni Ewropea taż-żewġ uffiċjali tal-Kummissjoni bħala membru permanenti u membru supplenti permanenti tal-Kumitat ta' Arbitraġġ li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea.
ADDENDUM 1 TAL-ANNESS
L-ATT PROĊEDURALI 2025/PA/XX/MC-EnC
TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA
dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għas-snin 2026-2027 u dwar il-kontribuzzjonijiet mill-Partijiet għall-baġit
Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, u b'mod partikolari l-Artikoli 73, 74, 86 u 88 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija dwar il-Baġit tal-Komunità tal-Enerġija għall-perjodu 2026-2027,
Wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 25 tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni,
Billi l-Kunsill Ministerjali għandu jadotta baġit biannwali li jkopri l-ispejjeż operazzjonali tal-Komunità tal-Enerġija meħtieġa għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet tiegħu,
Billi kull Parti għandha tikkontribwixxi għall-baġit tal-Komunità tal-Enerġija kif stipulat fl-Anness IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-baġit tal-Komunità tal-Enerġija li jkopri s-snin finanzjarji 2026 u 2027 kif stabbilit fl-Anness A u fl-Anness B huwa b'dan adottat.
Artikolu 2
B'effett mill-1 ta' Jannar 2026, il-kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Komunità tal-Enerġija mill-Partijiet huma stabbiliti fl-Anness A ta' dan l-Att Proċedurali.
Artikolu 3
Dan l-Att Proċedurali huwa indirizzat lill-Partijiet u lill-istituzzjonijiet kollha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija.
Artikolu 4
Id-Direttur tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija għandu jagħmel dan l-Att Proċedurali u l-Annessi tiegħu disponibbli għall-Partijiet u għall-istituzzjonijiet kollha skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija fi żmien sebat ijiem mill-adozzjoni tiegħu.
Magħmul fi Vjenna fit-18 ta' Diċembru 2025
Għall-Kunsill Ministerjali
………………………………
Il-Presidenza
ADDENDUM 2 TAL-ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA
dwar ir-Rilaxx tad-direttur tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija mir-responsabbiltà finanzjarja tiegħu
Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,
Wara li kkunsidra l-Att Proċedurali dwar l-istabbiliment tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu,
Wara li eżamina r-rapport dwar l-awditjar tar-rapporti finanzjarji tal-Komunità tal-Enerġija għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2024 kif ukoll id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-awdituri,
B'kont meħud tal-osservazzjonijiet tal-Kumitat tal-Baġit u r-rapport rilevanti,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Direttur attwali, is-Sur Artur Lorkowski tas-Segretarjat, huwa rilaxxat mir-responsabbiltà maniġerjali u amministrattiva tiegħu fir-rigward tal-baġit għall-perjodu tal-1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Għall-Kunsill Ministerjali
ADDENDUM 3 TAL-ANNESS
L-ATT PROĊEDURALI 2025/PA/XX/MC-EnC
TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA
dwar l-emenda tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni tas-17 ta' Novembru 2006, kif emendat mill-Atti Proċedurali 2014/01/MC-EnC, 2022/02/MC-EnC u 2024/06/MC-EnC
Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, u b'mod partikolari l-Artikoli 82, 83, 86 u 87 tiegħu,
Billi l-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni għandhom jirriflettu r-rwol tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
ADOTTA DAN L-ATT PROĊEDURALI:
Artikolu 1
Emendi għall-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni tas-17 ta' Novembru 2006, kif emendat mill-Atti Proċedurali 2014/01/MC-EnC, 2022/02/MC-EnC u 2024/06/MC-EnC
(2) Fl-Artikolu 42:
|
— |
Fil-paragrafu 2 jiżdied dan li ġej: “F'każ ta' kriminalità, attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-awtoritajiet u lill-korpi speċifikati fil-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikolari lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE). Fil-qafas ta' dan l-artikolu, l-‘interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea’ tfisser id-dħul, l-infiq u l-assi kollha koperti mill-baġit tal-Komunità tal-Enerġija, akkwistati permezz tiegħu jew dovuti lilu.” |
|
— |
Jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 ġodda li ġejjin: “3. F'każ li kwalunkwe attur finanzjarju jsir jaf b'fatti li jwasslu għal preżunzjoni ta' kwalunkwe attività illegali, frodi, korruzzjoni jew irregolarità possibbli li tista' taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, l-attur finanzjarju għandu jinforma minnufih lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jew, fejn dan jitqies utli, lill-OLAF jew, f'każ ta' reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE). 4. Meta attività tinstab li tikkostitwixxi irregolarità jew frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jissospendi l-proċedura u jista' jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa, inkluż il-kanċellazzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta' dik l-attività. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kollha, inkluż, fejn applikabbli, l-OLAF u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), dwar każijiet suspettati ta' frodi jew irregolaritajiet.” |
(3) Jiżdied l-Artikolu 81bis ġdid li ġej:
“1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat minnufih lill-OLAF kwalunkwe informazzjoni miksuba skont l-Artikolu 42(3) u (4) u lill-UPPE kull meta tali informazzjoni tikkonċerna reati suspettati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-persunal tal-Komunità tal-Enerġija għandu jikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 42(3), b'mod partikolari mal-UPPE u mal-OLAF, u għandu jagħtihom l-informazzjoni rilevanti u, fuq talba, kwalunkwe assistenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom, inkluż is-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (1) u mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
3. Sa fejn ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura wkoll li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunità tal-Enerġija tikkoopera bis-sħiħ mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni bħala parti mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.
4. Meta jkun sostanzjat mill-ħtieġa li jiġi protett l-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fl-uffiċċji tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija; dan jinkludi d-dritt ta' aċċess għal spezzjoni f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
5. L-‘interessi finanzjarji’ tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mifhuma skont id-definizzjoni fl-Artikolu 42(2).”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan l-Att Proċedurali għandu jidħol fis-seħħ mal-adozzjoni tiegħu.
Artikolu 3
Is-Segretarjat għandu jagħmel dan l-Att Proċedurali disponibbli lill-Partjiet u l-istituzzjonijiet kollha skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija fi żmien sebat ijiem mill-adozzjoni tiegħu.
Magħmul fi Vjenna fit-18 ta' Diċembru 2025
Għall-Kunsill Ministerjali
………………………………
Il-Presidenza
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (‘l-UPPE’) (OJEUL 283, 31. 10. 2017, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (OJEUL 248, 18. 9. 2013, p. 1).
ADDENDUM 4 TAL-ANNESS
L-ATT PROĊEDURALI 2025/PA/XX/MC-EnC
TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA
dwar l-adozzjoni tal-organigamma tas-segretarjat
Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija (it-Trattat), u b'mod partikolari l-Artikoli 67 u 68 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att Proċedurali 2006/02/MC-EnC tas-17 ta' Novembru 2006 dwar l-adozzjoni tar-Regoli għar-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Ekwilibriju Ġeografiku tal-Persunal tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, kif emendat mill-Atti Proċedurali 2016/01/MC-EnC tal-14 ta' Ottubru 2016 u 2022/02/MC-EnC tal-15 ta' Diċembru 2022 u 2024/01/MC-EnC tad-19 ta' Frar 2024, b'mod partikolari l-punt III.1 tiegħu,
Il-Kunsill Ministerjali għandu jadotta l-organigramma tas-Segretarjat abbażi ta' proposta tad-Direttur tas-Segretarjat,
Billi l-organigramma attwalment applikabbli tas-Segretarjat ġiet adottata fid-19 ta' Frar 2024 u għandha tiġi aġġornata,
Wara li kkunsidra l-proposta magħmula mid-Direttur tas-Segretarjat,
ADOTTA DAN L-ATT PROĊEDURALI:
Artikolu Uniku
L-organigramma tas-Segretarjat annessa ma' dan l-Att Proċedurali hija b'dan adottata u applikabbli mill-1 ta' Jannar 2026.
Dan l-Att Proċedurali għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.
Magħmul fi Vjenna fit-18 ta' Diċembru 2025
Għall-Kunsill Ministerjali
…………………
Il-Presidenza
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/69/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)