|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2722 |
22.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2722
tal-21 ta’ Ottubru 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1). |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sal-31 ta’ Ottubru 2025. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2025.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2722/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)