2005R0920 — MT — 01.01.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 156 18.6.2005, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2015/2264 tat-3 ta' Diċembru 2015 |
L 322 |
1 |
8.12.2015 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 920/2005
tat-13 ta' Ġunju 2005
li jemenda r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti
Artikolu 1
Ir-Regolament Nru 1 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:
(a) L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan il-ġej:
“Artikolu 1
Il-lingwi uffiċjali u l-lingwi wżati fil-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Eston, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u s-Svediż.”
;(b) L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b'dan il-ġej:
“Artikolu 4
Ir-Regolamenti u d-dokumenti l-oħra ta’ applikazzjoni ġenerali għandhom jiġu mfassla fil-wieħed u għoxrin lingwa uffiċjali.”
;(ċ) L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun pubblikat fil-wieħed u għoxrin lingwa uffiċjali.”
Artikolu 2
B'deroga mir-Regolament Nru 1 u għal perijodu rinnovabbli ta’ ħames snin li jibda fil-jum li fih japplika dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu marbuta bl-obbligu li jfasslu l-atti kollha bl-Irlandiż u li jippubblikawhom f'dik il-lingwa fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan l-Artikolu m' għandux japplika għar-Regolamenti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien.
▼M1 —————
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.