|
30.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1030/2014
tad-29 ta' Settembru 2014
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 441(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jgħinu tiġi żgurata konsistenza globali fid-divulgazzjoni u t-trasparenza fil-proċess ta' identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs), dawn l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jiddivulgaw pubblikament il-valuri tal-indikaturi użati f'dak il-proċess. |
|
(2) |
Il-mudelli ta' divulgazzjoni użati minn istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs f'konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom iqisu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk maħruġa mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. |
|
(3) |
Sabiex jiġu żgurati konsistenza u komparabilità tal-informazzjoni miġbura, id-data ta' referenza ta' rappurtar għandha tiġi stabbilita biex tikkoinċidi maċ-ċifri ta' tmiem is-sena ta' istituzzjoni finanzjarja tas-sena ta' qabel jew kwalunkwe data oħra miftiehma mal-awtorità rilevanti tagħha. |
|
(4) |
Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni divulgata, u filwaqt li ġie innutat li d-dejta mill-Istati Membri kollha hija meħtieġa biex jitwettaq il-proċess ta' identifikazzjoni, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tiġbor l-informazzjoni ta' kull istituzzjoni u tippubblikaha fuq il-websajt tagħha. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Format uniformi
Il-G-SIIs jimlew il-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament f'format elettroniku kif ippubblikat fuq il-websajt tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). Bl-użu ta' dan il-mudell, Il-G-SIIs jiddivulgaw pubblikament il-valuri tal-indikaturi użati biex jiġi determinat il-punteġġ tal-istituzzjonijiet f'konformità mal-metodoloġija ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Il-G-SIIs ma jkunux marbutin li jiddivulgaw pubblikament id-dejta anċillari u l-indikaturi anċillari.
Artikolu 2
Id-data tad-divulgazzjoni
Il-G-SIIs jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni ta' tmiem is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara kull tmiem is-sena finanzjarja.
L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li tmiem is-sena finanzjarja tagħhom huwa t-30 ta' Ġunju li jirrappurtaw il-valuri tal-indikaturi bbażati fuq il-pożizzjoni tagħhom sal-31 ta' Diċembru. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni tiġi divulgata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju.
Artikolu 3
Il-post tad-divulgazzjoni
L-istituzzjonijiet jistgħu pubblikament jiddivulgaw il-valuri tal-indikaturi speċifikati fil-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament bil-mezz li huma jiddeterminaw biex jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa mill-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 434 ta' dan ir-Regolament.
Meta d-divulgazzjonijiet tal-valuri tal-indikaturi ma jkunux inklużi fil-mezz msemmi fl-ewwel paragrafu, il-G-SII tipprovdi referenza diretta għad-divulgazzjonijiet kompluti fuq il-websajt tal-istituzzjoni jew għall-mezz li bih dawn isiru disponibbli.
Mingħajr dewmien żejjed, wara id-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni mill-G-SIIs, l-awtoritajiet rilevanti jibagħtu dawn il-mudelli kompluti lill-ABE għal finijiet ta' ċentralizzazzjoni fuq il-websajt tagħha.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
Dejta meħtieġa biex jiġu identifikati l-G-SIIs
Dejta tal-Bank Ġenerali
|
Taqsima 1: Informazzjoni Ġenerali |
Risposta |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Indikatur tad-Daqs
|
Taqsima 2: Skoperturi Totali |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Indikaturi ta' Interkonnettività
|
Taqsima 3: Assi Intra Sistema Finanzjarja |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
Taqsima 4: Obbligazzjonijiet Intra Sistema Finanzjarja |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
Taqsima 5: Titoli Pendenti |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Indikaturi tas-Sostitwibbiltà/tal-Infrastruttura tal-Istituzzjoni Finanzjarja
|
Taqsima 6: Pagamenti magħmula fis-sena rrappurtata (pagamenti intragrupp esklużi) |
Irrappurtati fi |
Ammont fil-munita speċifikata |
Ammont |
||
|
AUD |
|
|
||
|
BRL |
|
|
||
|
CAD |
|
|
||
|
CHF |
|
|
||
|
CNY |
|
|
||
|
EUR |
|
|
||
|
GBP |
|
|
||
|
HKD |
|
|
||
|
INR |
|
|
||
|
JPY |
|
|
||
|
SEK |
|
|
||
|
USD |
|
|
||
|
|||||
|
MXN |
|
|
||
|
NZD |
|
|
||
|
RUB |
|
|
||
|
|
||||
|
Taqsima 7: Assi Taħt Kustodja |
Ammont |
||
|
|
|
Taqsima 8: Tranżazzjonijiet Sottoskritti fi Swieq tad-Dejn u tal-Ekwita |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Indikaturi tal-Kumplessità
|
Taqsima 9: Ammont Nozzjonali ta' Derivattivi Barra l-Borża (OTC) |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
Taqsima 10: Titoli għan-Negozjar u Disponibbli għall-Bejgħ |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
Taqsima 11: Assi tat-tielet livell |
Ammont |
||
|
|
Indikaturi tal-Attività Transġuriżdizzjonali
|
Taqsima 12: Pretensjonijiet transġuriżdizzjonali |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
Taqsima 13: Obbligazzjonijiet Transġuriżdizzjonali |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Indikaturi Addizzjonali
|
Taqsima 14: Indikaturi Anċillari |
Ammont |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Ammont f'unitajiet uniċi |
||
|
|