European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4350

1.8.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.12054 — GATX / BROOKFIELD INFRASTRUCTURE / WELLS FARGO (RAIL ASSETS))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4350)

1.   

Fl-14 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

GATX Corporation (“GATX”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Brookfield Infrastructure Fund V-C, L.P., (“Brookfield”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Brookfield Corporation (“Brookfield Corporation”, il-Kanada), u

—

Wells Fargo & Company (“Wells Fargo”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

GATX u Brookfield se jakkwistaw indirettament, permezz ta’ GABX Leasing LLC, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-portafoll tal-kiri operatorju ferrovjarju ta’ Wells Fargo;

Brookfield se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-portafoll tal-kiri finanzjarju ferrovjarju ta’ Wells Fargo; u

GATX se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-portafoll tal-kiri operatorju tal-lokomottivi ta’ Wells Fargo.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma u permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

GATX hija lokatur ta’ vetturi ferrovjarji bbażat fl-Istati Uniti li għandu flotot fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa u fl-Asja;

—

Brookfield hija d-diviżjoni tal-infrastruttura globali ta’ Brookfield Corporation li tippossjedi u topera assi ta’ kwalità għolja u b’ħajja twila fis-setturi tal-utilitajiet, tat-trasport, tal-midstream u tad-data madwar l-Amerka ta’ Fuq u t’Isfel, l-Asja-Paċifiku, u l-Ewropa.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ GABX Leasing LLC se jkunu l-kiri operattiv ta’ stokk ferrovjarju. In-negozji l-oħra ta’ Wells Fargo li qed jiġu akkwistati jikkonsistu fil-kiri operattiv u finanzjarju ta’ awtovaguni u ta’ lokomottivi li jinsabu fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fil-Messiku.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12054 —– GATX / BROOKFIELD INFRASTRUCTURE / WELLS FARGO (RAIL ASSETS)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4350/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)