|
14.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 802/2010
tat-13 ta’ Settembru 2010
li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-prestazzjoni tal-kumpanija hija waħda mill-parametri ġeneriċi li tiddetermina l-profil tar-riskju ta’ bastiment. |
|
(2) |
Bil-għan li tiġi determinata l-prestazzjoni tal-kumpaniji skont it-tifsira tad-Direttiva Nru 2009/16/KE, hemm bżonn li, meta ssir spezzjoni ta’ bastiment, l-ispetturi jirreġistraw in-numru tal-IMO li jkun ġie assennjat lil kumpanija. |
|
(3) |
Sabiex tkun ivvalutata l-prestazzjoni tal-kumpanija, għandhom jitqiesu n-nuqqasijiet u r-rati ta’ detenzjoni tal-bastimenti kollha li jinsabu fil-flotta ta’ kumpanija li jkunu suġġetti għal spezzjoni fil-Komunità u fir-reġjun kopert mill-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (Paris MOU). |
|
(4) |
Huwa neċessarju li wieħed jiżviluppa l-għarfien espert miksub mill-applikazzjoni tal-MOU ta’ Pariġi f’dak li jirrigwarda l-metodoloġija użata sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-kumpanija. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (2) għall-pubblikazzjoni tal-lista ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa jew baxxa ħafna fuq sit tal-Internet pubbliku. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Identifikazzjoni ta’ kumpaniji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija kif definita fl-Artikolu 1(18) tad-Direttiva 2209/16/KE tkun identifikata permezz tan-numru IMO meta l-bastimenti għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sikurezza (ISM) kif imsemmi fil-Kapitolu IX tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (il-Konvenzjoni SOLAS).
Artikolu 2
Kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-kumpaniji
1. Bil-għan li tiġi valutata l-prestazzjoni tal-kumpanija msemmija fil-punt (e) tal-Parti I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva Nru 2009/16/KE, għandom jintużaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-livell tal-prestazzjoni tal-kumpanija għandu jiġi aġġornat kuljum u kkalkulat abbażi tas-36 xahar ta’ qabel il-valutazzjoni. Għal dik ir-raġuni l-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq dejta miġbura mis-17 ta’ Ġunju 2009. Fil-każ li ma jkunux għaddew 36 xahar mis-17 ta’ Ġunju 2009, il-kalkolu għandu jsir abbażi tad-dejta disponibbli.
3. Il-kumpaniji għandhom ikunu kklassifikati bħala li għandhom prestazzjoni baxxa ħafna, baxxa, medja jew għolja kif imniżżel fil-punt 3 tal-Anness.
Artikolu 3
Lista ppubblikata ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) bil-għan li jkun hemm pubblikazzjoni regolari tal-lista fuq sit pubbliku tal-informazzjoni dwar il-kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva Nru 2009/16/KE.
2. EMSA għandha tippubblika u taġġorna l-informazzjoni li ġejja kuljum fuq is-sit pubbliku:
|
(a) |
il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom waqt is-36 xahar ta’ qabel kienet baxxa ħafna, għal perjodu ta’ għall-anqas tliet xhur fuq bażi kontinwa; |
|
(b) |
il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom waqt is-36 xahar ta’ qabel kienet tvarja bejn baxxa u baxxa ħafna, għal perjodu ta’ għall-anqas tliet xhur fuq bażi kontinwa; |
|
(c) |
il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom waqt is-36 xahar ta’ qabel kienet baxxa ħafna, għal perjodu ta’ għall-anqas sitt xhur fuq bażi kontinwa. |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
IL-KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KUMPANIJI
(kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE)
1. Indiċi ta’ detenzjoni ta’ kumpanija
L-indiċi tad-detenzjoni huwa l-proporzjon bejn l-għadd ta’ detenzjonijiet tal-bastimenti kollha fil-flotta ta’ kumpanija u l-għadd ta’ spezzjonijiet tal-bastimenti kollha fil-flotta tal-kumpanija fis-36 xahar preċedenti, meta mqabbel mal-proporzjon medju ta’ detenzjonijiet għall-bastimenti kollha li saritilhom spezzjoni fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.
L-indiċi tad-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat medju jekk jikkorrispondi mar-rata medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.
L-indiċi tal-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ’l fuq mill-medju jekk hi 2 punti ta’ perċentwali iktar mill-indiċi tal-detenzjoni medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.
L-indiċi tal-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ’l isfel mill-medju jekk hi 2 punti ta’ perċentwali iktar mill-indiċi tal-detenzjoni medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.
L-indiċi ta’ detenzjoni ta’ kumpanija għandu ikun fuq il-medja irrispettivament tar-riżultati kollha l-oħra li joħorġu mill-ispezzjoni jekk l-ordni ta’ aċċess skont id-Direttiva Nru 2009/16/KE tiġi rifjutata fis-36 xahar preċedenti għal kwalunkwe bastiment fil-flotta ta’ dik il-kumpanija.
2. Indiċi tan-nuqqasijiet ta’ kumpanija
L-indiċi tan-nuqqasijiet huwa l-proporzjon bejn l-punti totali ta’ nuqqasijiet tal-bastimenti kollha fil-flotta ta’ kumpanija għall-għadd ta’ spezzjonijiet tal-bastimenti kollha fil-flotta ta’ kumpanija fis-36 xahar preċedenti, meta mqabbel mal-proporzjon medju tan-nuqqasijiet għall-bastimenti kollha li tkun saritilhom spezzjoni fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.
Għall-finjijet tal-ewwel subparagrafu in-nuqqasijiet relatati mal-Kodiċi ISM għandhom jitqiesu daqs 5 punti filwaqt li kwalunkwe nuqqas ieħor għandu jitqies daqs punt (1). Il-proporzjon medju tan-nuqqasijiet fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi għandu jitqies billi tiġi kkalkulata l-okkorrenza medja tan-nuqqasijiet relatati mal-Kodiċi ISM u kwalunkwe nuqqasijiet oħra għal kull spezzjoni.
L-indiċi tad-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat medju jekk jikkorrispondi mar-rata medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.
L-indiċi tad-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ’l fuq mill-medju jekk hi 2 punti ta’ perċentwali iktar mill-indiċi tad-detenzjoni medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.
L-indiċi tad-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ’l isfel mill-medju jekk hi 2 punti ta’ perċentwali iktar mill-indiċi tad-detenzjoni medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.
3. Il-matriċi tal-prestazzjoni tal-kumpaniji
Il-prestazzjoni tal-kumpanija għandha tiġi kklassifikata kif ġej:
|
Indiċi ta’ Detenzjoni |
Indiċi tan-Nuqqasijiet |
Prestazzjoni ta’ Kumpanija |
|
fuq il-medja |
fuq il-medja |
baxxa ħafna |
|
fuq il-medja |
medja |
baxxa |
|
fuq il-medja |
taħt il-medja |
|
|
medja |
fuq il-medja |
|
|
taħt il-medja |
fuq il-medja |
|
|
medja |
medja |
fin-nofs |
|
medja |
taħt il-medja |
|
|
taħt il-medja |
medja |
|
|
taħt il-medja |
taħt il-medja |
għolja |
Madankollu, jekk kumpanija m’għandha ebda rekord preċedenti ta’ ispezzjonijiet magħmula fuq il-flotta tagħha jew mhux meħtieġ li jkollha numru IMO, għandha tiġi kkunsidrata bħala li għandha prestazzjoni medja.