<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-453/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0453</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:144">EU:C:2012:144</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120315">15.3.2012</DATE> — KAWŻA C-453/10</P><P>PERENIČOVÁ U PERENIČ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Slovakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjoni żbaljata ta’ rata annwali effettiva globali</KEYWORD><KEYWORD>Effett tal-prattiki kummerċjali żleali u tal-klawżoli inġusti fuq il-validità globali tal-kuntratt</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-453/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Okresný súd Prešov (is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100831">31 ta’ Awwissu 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20100916">16 ta’ Settembru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Jana Pereničová,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Vladislav Perenič</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">S. O. S. financ, spol. s r. o.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur), A. Borg Barthet, E. Levits u J.-J. Kasel, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal J. Pereničová u V. Perenič, minn I. Šafranko u A. Motyka, advokáti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn F. Díez Moreno, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Rozet, A. Tokár u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20111129">29 ta’ Novembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 2, p. 288), u tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>) kif ukoll fuq l-effett li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29 jista’ jkollha fuq id-Direttiva 93/13.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn J. Pereničová u V. Perenič, u SOS financ spol. s r. o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>SOS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), stabbiliment mhux bankarju li jagħti krediti għall-konsum, rigward kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn dawk ikkonċernati u din il-kumpannija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><P>Id-Direttiva 93/13</P><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-seba’, is-sittax, kif ukoll il-wieħed u għoxrin premessa tad-Direttiva 93/13 jipprovdu rispettivament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Billi l-bejjiegħa ta’ merkanzija u l-fornituri ta’ servizzi b’hekk ser jingħataw għajnuna fix-xogħol tagħhom tal-bejgħ ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi, sew f’pajjiżhom kif ukoll ġos-suq intern kollu; billi l-kompetizzjoni b’hekk tiġi stimulata, biex b’hekk tikkontribwixxi għal aktar għażla ġħaċ-ċittadini tal-Komunità bħala konsumaturi;</P><P>[...]</P><P>Billi [...], waqt li tkun qed issir stima ta’ buona fede, għandha titqies b’mod partikolari s-saħħa tal-posizzjonijiet tal-ftehim tal-partijiet, kemm jekk il-konsumatur kellu xi jħajru biex jaqbel mal-klawżola kif ukoll jekk il-merkanzija jew is-servizzi nbiegħu jew ġew ipprovduti bl-ordni speċjali tal-konsumatur; billi l-ħtieġa ta’ buona fede tista’ tkun sodisfatta mill-bejjiegħ jew mill-fornitur meta dan jittratta b’mod ġust u ekwu mal-parti l-oħra li huwa għandu jikkunsidra l-interessi leġittimi tagħha;</P><P>[...]</P><P>Billi l-kuntratti għandhom jiġu abbozzati f’lingwa ċara, li tiftiehem, il-konsumatur għandu fil-fatt jingħata opportunità biex jeżamina l-klawżoli kollha [...].</P><P>Billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jintużawx klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi ma’ konsumaturi minn bejjiegħ jew fornitur u li jekk, madankollu, dawn il-klawżoli jintużaw, m’għandhomx jorbtu lill-konsumatur, u l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawk il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi li jibqa’ jeżisti mingħajr id-disposizzjonijiet inġusti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Anness għandu jkun fih lista indikattiva u mhux eżawrjenti tal-klawżoli li jistgħu jiġu kkunsidrati inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>[...] [I]l-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Fil-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsir ta’ klawżola, għandha tirbaħ l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur. [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/13 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness tad-Direttiva 93/13 jelenka l-klawżoli msemmija fl-Artikolu 3(3) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Klawżoli li għandhom l-għan jew l-effett li:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>jorbtu lill-konsumatur b’mod irrevokabbli b’klawżoli li ma kellu l-ebda opportunità vera li jsir jafhom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P><?PAGE NO="4"?><P>Id-Direttiva 2005/29</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser kwalunkwe merkanzija jew servizz inkluża proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>prattiċi kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>il-ħolqien ta’ distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika ta’ konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser l-użu ta’ prattika kummerċjali sabiex tiġi mfixkla b’mod apprezzabbli l-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni infurmata, jew imġiegħel jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>deċiżjoni transazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu jew ma jiħux xi azzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi kontrattwali u, b’mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, it-tfassil u l-effetti ta’ kuntratt.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, dawn ta’ l-aħħar għandhom jipprevalixxu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Għal perjodu ta’ sitt snin minn <DATE ISO="20070612">12 ta’ Ġunju 2007</DATE>, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi u jimplimentaw direttivi li fihom klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima. Dawn il-miżuri għandhom ikunu essenzjali sabiex jiżguraw li l-konsumaturi huma mħarsa kif suppost minn prattiċi kummerċjali żleali u għandhom ikunu proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan [...]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali,</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Prattiċi kummerċjali li x’aktarx joħolqu distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika biss ta’ grupp identifikabbli b’mod ċar ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew għall-prodott li għalih din tirriferi minħabba l-mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità tagħhom b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi, għandhom jiġu eżaminati mill-perspettiva ta’ membru medju ta’ dak il-grupp. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’mod partikolari, ikunu żleali dawk il-prattiċi kummerċjali li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jqarrqu kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jkunu aggressivi kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-prezz jew il-mod kif il-prezz huwa kalkolat, jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa meta, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif importanti li l-konsumatur medju għandu bżonn, skond il-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni transazzjonali informata u għaldaqstant tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Prattika kummerċjali għandha titqies ukoll bħala ommissjoni qarrieqa meta kummerċjant jaħbi jew jipprovdi b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha, dak it-tagħrif importanti msemmi fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-kwistjonijiet deskritti f’dak il-paragrafu, jew jonqos milli jidentifika l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali jekk din ma tkunx diġà apparenti mill-kuntest u fejn, fi kwalunkwe każ, din tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi li jikkumbattu l-prattiċi kummerċjali żleali sabiex tiġi nfurzata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fl-interess tal-konsumaturi.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu nfurzati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 52 tal-Kodiċi Ċivili Slovakk jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="052.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Kuntratt konkluż ma’ konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> ifisser kull kuntratt, tkun liema tkun il-forma ġuridika, konkluż bejn fornitur u konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="052.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-klawżoli ta’ kuntratt konkluż ma’ konsumatur, kif ukoll kull dispożizzjoni oħra li tirregola r-relazzjoni ġuridika li fiha jinvolvi ruħu l-konsumatur, għandhom dejjem jiġu interpretati f’sens li jiffavorixxu lill-konsumatur li huwa parti fil-kuntratt. Il-ftehim jew akkordji kuntrattwali distinti li l-kontenut tagħhom jew l-għan tagħhom huwa intiż sabiex jevita dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex validi.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="052.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> ifisser kull persuna fiżika li, għall-konklużjoni u għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt għall-konsum, ma taġixxix fil-kuntest tal-attività kummerċjali tagħha jew f’attività ekonomika oħra<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 ta’ dan il-kodiċi jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="053.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt konkluż ma’ konsumatur ma għandux jinkludi dispożizzjonijiet li joħolqu, bi ħsara għall-konsumatur, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti (klawżola inġusta). Ma għandhiex titqies bħala inġusta klawżola kuntrattwali dwar l-għan prinċipali ta’ eżekuzzjoni jew l-iffissar tal-prezz, jekk din il-klawżola hija fformulata b’mod preċiż, ċar u li tinftiehem, jew jekk il-klawżola inġusta ġiet innegozjata b’mod individwali.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="053.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għandhom jitqiesu bħala klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur dawk id-dispożizzjonijiet li, b’mod partikolari:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>jimponu, bħala penali, fuq il-konsumatur li ma jwettaqx l-obbligi tiegħu, multa f’ammont sproporzjonatament għoli,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="053.005"><NO.PARAG>5)</NO.PARAG><ALINEA>Il-klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur ma humiex validi.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 258/2001 dwar il-kreditu lill-konsumatur, fil-verżjoni applikabbli meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur għandu jiġi stabbilit bil-miktub, u jekk le, bir-riskju ta’ invalidità, u l-konsumatur għandu jirċievi kopja tal-imsemmi kuntratt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Minbarra l-elementi ġenerali, kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur għandu jinkludi,</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>ir-rata annwali effettiva globali ta’ ħlas [jiġifieri r-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>RAEG<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>] u l-ispejjeż kollha marbuta mal-kreditu li l-konsumatur irid iħallas, ikkalkolati abbażi ta’ data valida meta ġie konkluż il-kuntratt,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><P>Jekk il-kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur ma jinkludix l-elementi indikati fil-paragrafu 2, […] (j), il-kreditu mogħti għandu jitqies bħala eżenti mill-interessi u l-ispejjeż.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jitolbu lill-qorti tar-rinviju sabiex tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt ta’ kreditu li huma kkonkludew ma’ SOS, stabbiliment mhux bankarju li jagħti krediti għall-konsum abbażi ta’ kuntratti standard. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kreditu inkwistjoni fil-kawża prinċipali ngħata lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fit-<DATE ISO="20080312">12 ta’ Marzu 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont dan il-kuntratt, SOS tat lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kreditu ta’ SKK <FT TYPE="NUMBER">150000</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">4979</FT>) qabel ma ġiet rimborsta fi 32 pagament fix-xahar ta’ SKK 6000 (EUR 199) li magħhom jiżdied it-tlieta u tletin pagament li huwa daqs l-ammont ta’ kreditu mogħti. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma b’hekk marbuta li jirrimborsaw ammont ta’ SKK <FT TYPE="NUMBER">342000</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">11352</FT>).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-RAEG ġiet stabbilita fl-imsemmi kuntratt għal 48.63 %, filwaqt li, skont kalkolu magħmul mill-qorti tar-rinviju, huwa, fil-fatt, 58.76 %, peress li SOS ma inkludietx fil-kalkolu tagħha l-ispejjeż marbuta mal-kreditu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċiapli jinkludi diversi klawżoli sfavorevoli għar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ dan il-kuntratt ta’ kreditu għal żmien qasir kollu kemm hu, ippronunzjata minħabba n-natura inġusta ta’ xi wħud mill-klawżoli tiegħu, ikun iktar ta’ vantaġġ għar-rikorrenti fil-kawża prinċipali miż-żamma tal-validità ta’ klawżoli mhux inġusti fl-imsemmi kuntratt. Fil-fatt, fl-ewwel każ, il-konsumaturi kkonċernati huma kostretti li jħallsu biss l-interessi moratorji, bir-rata ta’ 9 %, u mhux l-ispejjeż kollha marbuta mal-kreditu mogħti, li huma ħafna ogħla minn dawn l-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li qieset li s-soluzzjoni tal-kawża tiddependi mill-interpretazzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, l-Okresný súd Prešov (qorti distrettwali ta’ Prešov) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 [...] huwa tali li jippermetti, jekk ikunu identifikati klawżoli kuntrattwali inġusti, li jiġi kkunsidrat li l-kuntratt kollu kemm hu ma jorbotx lill-konsumatur, jekk dan ikun iktar favorevoli lill-konsumatur?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kriterji li jikkostitwixxu prattika kummerċjali żleali skont id-Direttiva 2005/29/KE [...] huma tali li jista’ jiġi kkunsidrat li, għalkemm l-operatur isemmi fil-kuntratt [RAEG] anqas minn dak reali, jista’ jiġi kkunsidrat li tali aġir tal-fornitur fil-konfront tal-konsumatur jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali? Id-Direttiva 2005/29 […] tippermetti, jekk ikun stabbilit li hemm prattika kummerċjali żleali, li dan ikollu effett fuq il-validità tal-kuntratt ta’ kreditu u fuq il-kisba tal-għanijiet tal-Artikoli 4(1) u 6(1) tal-imsemmija direttiva, meta n-nullità tal-kuntratt hija aktar favorevoli għall-konsumatur?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qrati nazzjonali jiddeċiedu, fil-każ li huma jikkonstataw l-eżistenza ta’ klawżoli inġusti f’kuntratt konluż bejn kummerċjant u konsumatur, li l-imsemmi kuntratt kollu kemm hu ma jorbotx lill-konsumatur peress li huwa iktar ta’ vantaġġ għal dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, qabel kollox għandu jitfakkar li s-sistema ta’ protezzjoni implementata mid-Direttiva 93/13 hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbel mal-kummerċjant, għal dak li jikkonċerna kemm is-setgħa ta’ negozjar kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni, sitwazzjoni li ġġiegħlu jaderixxi mal-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-kummerċjant, mingħajr ma jkun jista’ jeżerċita influwenza fuq il-kontenut tagħhom (sentenzi tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Mostaza Claro, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-168/05" PAGE.ECR="I-1042" YEAR="2006">C-168/05, Ġabra p. I-1042</REF.DOC.ECR>, punt 25, tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Pannon GSM, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-243/08" PAGE.ECR="I-4713" YEAR="2009">C-243/08, Ġabra p. I-4713</REF.DOC.ECR>, punt 22, u tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Asturcom Telecomunicaciones, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-40/08" PAGE.ECR="I-9579" YEAR="2009">C-40/08, Ġabra p. I-9579</REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ tali sitwazzjoni ta’ inferjorità, l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu li l-klawżoli inġusti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, din hija dispożizzjoni obbligatorja li hija intiża li tbiddel l-ekwilibriju formali li l-kuntratt jistabbilixxi bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-parti kontraenti f’ekwilibriju reali li jista’ jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza bejniethom (ara s-sentenzi Mostaza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36 Asturcom Telecomunicaciones, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30, u tad-<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, VB Pénzügyi Lízing, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-137/08" PAGE.ECR="I-10847" YEAR="2010">C-137/08, Ġabra p. I-10847</REF.DOC.ECR>, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-effett ta’ konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali fuq il-validità tal-kuntratt ikkonċernat, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, l-imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qrati nazzjonali li jikkonstataw in-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali huma marbuta, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, minn naħa, li jisiltu l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali, sabiex il-konsumatur ma jiġix marbut mill-imsemmija klawżoli (ara, is-sentenza Asturcom Telecomunicaciones, iċċitata iktar ’il fuq, punti 58 u 59) kif ukoll id-digriet tas-16 ta’ Novemnbru 2010, Pohotovosť, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-76/10" PAGE.ECR="I-11557" YEAR="2010">C-76/10, Ġabra p. I-11557</REF.DOC.ECR>, punt 62), u, min-naħa l-oħra, li jiġi evalwat jekk il-kuntratt jistax jeżisti mingħajr dawn il-klawżoli inġusti (ara d-digriet Pohotovosť, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 28 ta’ din is-sentenza u kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tagħha, l-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tad-Direttiva93/13 huwa li jistabbilixxi mill-ġdid il-bilanċ bejn il-partijiet, filwaqt li bħala prinċipju tinżamm il-validità tal-kuntratt kollu, u mhux li jannulla l-kuntratti kollha li fihom klawżoli inġusti.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterji li bihom jista’ jiġi evalwat jekk kuntratt jistax effettivament jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti, għandu jiġi rrilevat li kemm il-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertezza legali tal-attivitajiet ekonomiċi jargumentaw favur approċċ oġġettiv fl-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni sabiex, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 66 sa 68 tal-konklużjonijiet tagħha, is-sitwazzjoni ta’ waħda mill-partijiet fil-kuntratt, f’dan il-każ il-konsumatur, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala l-kriterju determinanti li jirregola d-destin futur tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li, meta tevalwa l-punt dwar jekk kuntratt li għandu klawżola jew klawżoli inġusti jistax jeżisti mingħajr l-imsemmija klawżoli, il-qorti adita tista’ tibbaża ruħha biss fuq in-natura eventwalment vantaġġuża, għall-konsumatur, tal-annullament tal-imsemmi kuntratt kollu hemm hu.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Ġaladarba dan huwa stabbilit, għandu wkoll jiġi rrilevat li d-Direttiva 93/13 tarmonizza biss parzjalment u minimament il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-klawżoli inġusti, filwaqt li l-Istati Membri jibqgħalhom il-possibbiltà li jiżguraw lill-konsumatur livell ta’ protezzjoni iktar għoli minn dak li hija tipprovdi. B’hekk, l-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva jipprovdi espressament il-possibbiltà għall-Istati Membri li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert [mid]-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE> Caja de Ahorros y Monte de Piedad de Madrid, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-484/08" PAGE.ECR="I-4785" YEAR="2010">C-484/08, Ġabra p. I-4785</REF.DOC.ECR>, punti 28 u 29).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-Direttiva 93/13 ma tipprekludix lil Stat Membru milli jipprovdi, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li biha jista’ jiġi ddikjarat null kollu kemm hu kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur u li jkun fih klawżola jew klawżoli inġusti meta dan jiżgura protezzjoni aħjar tal-konsumatur.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġu interpretat fis-sens li, meta tevalwa l-punt dwar jekk kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn bejjiegħ u li għandu klawżola jew klawżoli inġusti jistax jeżisti mingħajr l-imsemmija klawżoli, il-qorti adita ma tistax tibbaża ruħha biss fuq in-natura eventwalment vantaġġuża għal waħda mill-partiijiet, f’dan il-każ il-konsumatur, tal-annullament tal-kuntratt ikkonċernat kollu kemm hu. L-imsemmija direttiva ma tipprekludix, madankollu, li Stat Membru jipprovdi, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, li kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn kummerċjant u li għandu klawżola jew klawżoli inġusti huwa null kollu kemm hu meta dan jiżgura protezzjoni aħjar tal-konsumatur.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-indikazzjoni f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum ta’ RAEGG inqas minn dak reali jistax jiġi kkunsidrat bħala prattika kummerċjali żleali, fis-sens tad-Direttiva 2005/29. Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija pożittiva, il-Qorti tal-Ġustizzja qed tiġi mistoqsija dwar liema huma l-konsegwenzi li għandhom jiġu dedotti minn tali konstatazzjoni għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli ta’ dan il-kuntratt, fid-dawl tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13, kif ukoll tal-validità tal-imsemmi kuntratt kollu kemm hu, skont l-Artikolu 6(1) ta’ din l-aħħar direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu, qabel kollox, jitfakkar li l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva jiddefinixxi, billi juża formulazzjoni partikolarment wiesgħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>prattika kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (sentenzi tal-<DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, Plus Warenhandelsgesellschaft, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-304/08" PAGE.ECR="I-217" YEAR="2010">C-304/08, Ġabra p. I-217</REF.DOC.ECR>, punt 36, u tad-<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/08" PAGE.ECR="I-10909" YEAR="2010">C-540/08, Ġabra p. I-10909</REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/29, moqri flimkien mal-Artikolu 2(c) tagħha, din id-direttiva tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali ta’ impriżi fil-konfront ta’ konsumaturi, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ kwalunkwe prodott jew servizz. Skont l-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva, huma żleali, b’mod partikolari, il-prattiki qarrieqa.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif jirriżulta mil-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni kummerċjali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. Fost l-aspetti msemmija minn din id-dispożizzjoni hemm, b’mod partikolari, il-prezz jew il-metodu ta’ kalkolu ta’ dan il-prezz.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, prattika kummerċjali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsiti fl-indikazzjoni f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum ta’ RAEG inqas minn dik reali tikkostitwixxi informazzjoni falza dwar l-ispiża totali tal-kreditu u, għaldaqstant, tal-prezz imsemmi fl-Artikolu 69(1)(d) tad-Direttiva 2005/29. Meta l-indikazzjoni ta’ tali RAEG twassal jew tista’ twassal lill-konsumatur medju sabiex jieħu deċiżjoni kummerċjali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra, u dan għandu jiġi mistħarreġ mill-qorti nazzjonali, din l-informazzjoni falza għandha tiġi kkwalifikata bħala prattika kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-effett ta’ din il-konstatazzjoni fuq l-evalwazzjoni tan-nautra inġusta ta’ klawżoli tal-imsemmi kuntratt, fid-dawl tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13, għandu jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni tiddefinixxi b’mod partikolarment wiesa’ l-kriterji li jippermettu li ssir tali evalwazzjoni, billi espressament tinkludi ċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ċirkostanzi kollha<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> preżenti li jirrigwardaw il-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif irrilevat essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 125 tal-konklużjonijiet tagħha, il-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ prattika kummerċjali tikkostitwixxi elementi fost oħrajn li fuqu l-qorti kompetenti tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha tan-nautra abbużiva tal-klawżoli ta’ kuntratt skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Dan l-element madankollu ma huwiex tali li jistabbilixxi awtomatikament u waħdu in-natura inġusta ta’ klawżoli inġusti. Fil-fatt, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi fuq l-applikazzjoni ta’ kriterji ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13 għal klawżola speċifika li għandha tiġi eżaminata fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża speċifika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, Freiburger Kommunalbauten, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-237/032" PAGE.ECR="I-3403" YEAR="2004">C-237/032, Ġabra p. I-3403</REF.DOC.ECR>, punti 19 sa 22; Pannon GSM, iċċitata iktar ’il fuq, punti 37 sa 43; VB Pénzügyi Lízing, iċċitata iktar ’il fuq, punti 42 u 43, kif ukoll id-digriet Pohotovosť, iċċitat iktar ’il fuq, punti 56 sa 60).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mill-konstatazzjoni li l-indikazzjoni żbaljata tar-RAEG tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali għall-finijiet tal-evalwazzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tal-validità tal-kuntratt ikkonċernat kollu kemm hu, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li d-Direttiva 2005/29 tapplika mingħajr preġudizzju, skont l-Artikolu 3(2) tiegħu, għad-dritt tal-kuntratti, u b’mod partikolari għar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effetti ta’ kuntratti.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-konstatazzjoni tan-natura żleali ta’ parattika kummerċjali ma għadha l-ebda effetti diretti fuq il-kwsitjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex validu fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li prattika kummerċjali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fl-indikazzjoni f’kuntratt ta’ kreditu ta’ RAEG inqas minn dik reali għandha tiġi ddikjarata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1)<?PAGE NO="11"?> tad-Direttiva 2005/29, sa fejn hija twassal jew tista’ twassal lill-konsumatur medju sabiex jieħu deċiżjoni kummerċjali tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistħarreġ jekk dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali. Il-konstatazzjoni tan-natura żleali ta’ tali prattika kummerċjali tikkostitwixxi element fost oħrajn li fuqu l-qorti kompetenti tista’ tistabbilixxi, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13, l-evalwazzjoni tagħha tan-natura inġusta ta’ klawżoli tal-kuntratt dwar l-ispiża tas-self mogħtija lill-konsumatur. Tali konstatazzjoni madankollu ma taffettwax direttament l-evalwazzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tal-validità tal-kuntratt ta’ kreditu konkluż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġu interpretat fis-sens li, meta tevalwa l-punt dwar jekk kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn bejjiegħ u li għandu klawżola jew klawżoli inġusti jistax jeżisti mingħajr l-imsemmija klawżoli, il-qorti adita ma tistax tibbaża ruħha biss fuq in-natura eventwalment vantaġġuża għal waħda mill-partiijiet, f’dan il-każ il-konsumatur, tal-annullament tal-kuntratt ikkonċernat kollu kemm hu. L-imsemmija direttiva ma tipprekludix, madankollu, li Stat Membru jipprovdi, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, li kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn kummerċjant u li għandu klawżola jew klawżoli inġusti huwa null kollu kemm hu meta dan jiżgura protezzjoni aħjar tal-konsumatur.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Prattika kummerċjali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fl-indikazzjoni f’kuntratt ta’ kreditu ta’ rata annwali effettiva globali inqas minn dik reali għandha tiġi ddikjarata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>qarrieqa<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttiva 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), sa fejn hija twassal jew tista’ twassal lill-konsumatur medju sabiex jieħu deċiżjoni kummerċjali tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistħarreġ jekk dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali. Il-konstatazzjoni tan-natura żleali ta’ tali prattika kummerċjali tikkostitwixxi element fost oħrajn li fuqu l-qorti kompetenti tista’ tistabbilixxi, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13, l-evalwazzjoni tagħha tan-natura inġusta ta’ klawżoli tal-kuntratt dwar l-ispiża tas-self mogħtija lill-konsumatur. Tali konstatazzjoni madankollu ma taffettwax direttament l-evalwazzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tal-validità tal-kuntratt ta’ kreditu konkluż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>