15.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 2009

dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni

(2010/487/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, skont id-direttivi tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2008, mexxiet negozjati dwar Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni

(2)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim għandha tiġi approvata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

B’dan hija approvata l-konklużjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, għal u f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

Å. TORSTENSSON