31989R0787



Official Journal L 085 , 30/03/1989 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0193
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0193


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 787/89

tal-20 ta' Marzu 1989

li jemendar-RegolamentNru 1883/78 li jistabblixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta' l-interventi mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta' April dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Artikolu 6 tar- Regolament (KEE) Nru 1883/78 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2050/88 [4], jistipula illi l-ħidmiet materjali li joħorġu mill-ħażna u, fejn approprjat, il-proċessar tal-prodotti ta' l-intervent iridu jiġu ffinanzjati permezz ta' ammonti standard uniformi fil-Komunità kollha; billi l-istess regoli għandhom japplikaw għall-finanzjament mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG dwar l-ispejjeż li joħorġu mill-miżuri speċjali mfassla sabiex jiggarantixxu l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-prodotti miżmuma mill-agenziji ta' l-intervent għal raġunijiet speċifiċi, waqt li dawn il-miżuri jkunu stabbiliti bir-regoli Komunitarji,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Is-subparagrafu li ġej huwa hawnhekk miżjud ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78:

"L-ispejjeż li joħorġu minn miżuri speċjali mfassla għalbiex jiggarantixxu l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-prodotti miżmuma mill-agenziji ta' l-intervent għal għanijiet mogħtija, li jiġu adottati mill-organizzazzjonijiet komuni tas-suq u l-ispejjeż li jinġarru mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG għandhom jiġu ffinanzjati wkoll mill-ammonti standard uniformi fil-Komunità kollha. L-ammonti standard għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-ewwel subparagrafu."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika wkoll għan-nefqa miġrura mill-1 ta' Jannar 1987.

Dan ir-Regolament jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-20 ta' Marzu 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Romero Herrera

[1] ĠU L 94, tat-28. 4. 1970, p. 13.

[2] ĠU L 185, tal-15. 7. 1988, p. 1.

[3] ĠU L 216, tal-5. 8. 1978, p. 1.

[4] ĠU L 185, tal-15. 7. 1988, p. 6.

--------------------------------------------------