16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Il-Każ M.10743 — TOWERBROOK / GSF

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 197/05)

1.   

Fl-4 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TowerBrook Capital Partners L.P. (“TowerBrook”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Groupe Services France SAS u s-sussidjarji kollha tagħha (“GSF Group”, Franza).

TowerBrook takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GSF Group kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

TowerBrook: ditta ta’ investiment ibbażata fl-Ewropa u fl-Istati Uniti tal-Amerka li tiffoka fuq li tagħmel investimenti f’kumpaniji Ewropej u tal-Amerka ta’ Fuq b’suq kbir u medju,

—

GSF Group: fornitur ta’ servizzi ta’ tindif ibbażat fi Franza kif ukoll xi servizzi ta’ ġestjoni ta’ faċilitajiet assoċjati għal ambjenti ta’ uffiċċji, postijiet ta’ produzzjoni industrijali, siti pubbliċi jew stabbilimenti mediċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10743 – TOWERBROOK / GSF

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.