10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9912 — Genstar/TA/Brinker)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 261/03)

1.   

Fit-3 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Genstar Capital Partners, LLC (“Genstar”) (l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

TA Associates Cayman, Ltd (“TA”) (l-Istati Uniti tal-Amerka), belonging to the TA Associates Group,

—

Brinker Capital Holdings, Inc. (“Brinker”) (l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata biss minn individwu wieħed,

—

Orion Advisor Solutions, LLC (“Orion”) (l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata biss mit-TA Associates Group.

Genstar u TA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Brinker u Orion.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Genstar: ditta ta’ ekwità privata attiva f’ġestjoni tal-assi u li tinvesti f’setturi speċifiċi tas-servizzi finanzjarji, tal-kura tas-saħħa, tal-industriji industrijali u tas-software;

—

TA: ditta ta’ ekwità privata li tinvesti f’industriji magħżula, inklużi servizzi tan-negozju, konsumaturi, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u teknoloġija;

—

Brinker: kumpanija ta’ ġestjoni ta’ investiment li toffri servizzi ta’ ġestjoni u appoġġ ta’ investiment esternalizzati lil konsulenti finanzjarji fl-Istati Uniti tal-Amerka, l-aktar fil-kanal tan-negozjanti tal-assikurazzjoni;

—

Orion: fornitur ta’ teknoloġija ta’ konsulenza, u servizzi ta’ ġestjoni ta’ investiment lil klijenti fl-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9912 — Genstar/TA/Brinker

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.