24.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/1


Werrej

1.

Proċedura 5

2.

L-isfond u d-deskrizzjoni tal-miżuri soġġetti għall-investigazzjoni 7

2.1.

Qafas ġenerali 7

2.1.1.

Il-Konvenzjonijiet inizjali 7

2.1.2.

L-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali 7

2.1.3.

Il-privatizzazzjoni ta’ Siremar u l-iffirmar tal-Konvenzjoni l-ġdida 8

2.2.

Il-miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 9

2.3.

Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni 9

2.3.1.

L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Siremar 9

2.3.2.

Estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar 12

2.3.3.

Il-privatizzazzjoni ta’ Siremar, il-kontrogaranzija, u ż-żieda fil-kapital ta’ CdI 13

2.3.4.

Il-Konvenzjoni l-ġdida 20

2.3.5.

Il-prijorità tal-irmiġġ 22

2.3.6.

Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 22

2.4.

Il-proċedura ta’ ksur Nru 2007/4609 22

3.

Ir-raġunijiet għall-bidu u għall-estensjoni tal-proċedura 25

3.1.

L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Siremar 25

3.1.1.

Il-konformità ma’ Altmark u l-eżistenza ta’ għajnuna 25

3.1.2.

Il-kompatibbiltà 26

3.2.

Estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar 26

3.3.

Il-privatizzazzjoni ta’ Siremar, il-kontrogaranzija, u ż-żieda fil-kapital ta’ CdI 26

3.3.1.

Il-privatizzazzjoni ta’ Siremar 26

3.3.2.

Il-kontrogaranzija 27

3.3.3.

Iż-żieda fil-kapital ta’ CdI 27

3.3.4.

Il-kompatibbiltà 27

3.4.

Il-Konvenzjoni l-ġdida bejn l-Istat Taljan u CdI 27

3.5.

Il-prijorità tal-irmiġġ 28

3.6.

Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 28

4.

Kummenti mill-Italja 28

4.1.

Dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-ambjent kompetittiv 28

4.2.

Dwar l-estensjoni illegali potenzjali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar 29

4.3.

Dwar il-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar 30

4.3.1.

Dwar in-natura trasparenti u nondiskriminatorja tal-proċedura 30

4.3.2.

Dwar il-bejgħ tal-assi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar 30

4.3.3.

Dwar ir-raggruppament tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma’ Konvenzjoni ġdida 31

4.3.4.

Dwar il-ħatra tal-espert indipendenti 31

4.3.5.

Dwar it-trasparenza tal-proċedura 31

4.3.6.

Dwar l-Ewwel u t-Tieni rapport ta’ Ecorys 31

4.3.7.

Dwar il-litigazzjoni nazzjonali u l-għoti finali lil SNS 32

4.4.

Dwar il-konformità tal-Konvenzjoni l-ġdida mal-kriterji ta’ Altmark 33

4.5.

Dwar il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % stabbilit fid-Direttiva CIPE mill-2010 33

4.6.

Dwar il-konformità tal-Konvenzjoni l-ġdida mad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 34

4.7.

Dwar il-kontrogaranzija 34

4.8.

Dwar il-prijorità tal-irmiġġ 35

4.9.

Dwar il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 35

4.10.

Dwar in-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u CdI 36

5.

Il-kummenti mingħand il-partijiet interessati 37

5.1.

Kummenti minn Siremar f’amministrazzjoni straordinarja 37

5.1.1.

Dwar il-proċedura ta’ ksur Nru. 2007/4609 37

5.1.2.

Dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali 37

5.1.3.

Dwar l-estensjoni illegali potenzjali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar 38

5.1.4.

Dwar il-Konvenzjoni l-ġdida 39

5.1.5.

Dwar il-privatizzazzjoni ta’ Siremar u l-kontrogaranzija 39

5.1.6.

Dwar in-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u CdI 40

5.1.7.

Sottomissjoni addizzjonali tad-deċiżjoni tas-CdS dwar il-kontrogaranzija 41

5.2.

Kummenti minn SNS 41

5.2.1.

L-ewwel sottomissjoni 41

5.2.2.

It-tieni sottomissjoni 41

5.2.3.

It-tielet sottomissjoni 42

5.3.

Il-kummenti ta’ Pan Med 43

5.4.

Il-kummenti ta’ Grandi Navi Veloci 44

5.5.

Ittra mis-sindku ta’ Lipari 45

6.

Sottomissjonijiet minn Compagnia delle Isole 45

6.1.

L-ewwel sottomissjoni 45

6.2.

It-tieni sottomissjoni 46

6.3.

It-tielet sottomissjoni 46

7.

Kummenti mill-Italja dwar il-kummenti u s-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati 47

8.

Il-valutazzjoni 47

8.1.

L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE 47

8.1.1.

L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Siremar u l-Italja 48

8.1.2.

Estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar 50

8.1.3.

L-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u tal-prijorità tal-irmiġġ lil SNS, iż-żieda fil-kapital ta’ CdI u l-kontrogaranzija 51

8.1.4.

Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 71

8.1.5.

Il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna 73

8.2.

Il-legalità tal-għajnuna 74

8.3.

Il-kompatibbiltà tal-għajnuna 74

8.3.1.

L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Siremar 74

8.3.2.

Estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar 83

8.3.3.

L-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni 84

8.3.4.

Il-konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna 84

8.4.

Reazzjoni għas-sottomissjonijiet ta’ CdI 85

9.

Konklużjoni 85

10.

L-irkupru 86

11.

Il-kontinwità ekonomika 87

11.1.

L-ambitu tat-trasferiment 87

11.2.

Il-prezz tat-trasferiment 88

11.3.

L-identità tas-sidien 89

11.4.

It-twaqqit tat-trasferiment 89

11.5.

Il-loġika ekonomika tat-trasferiment 89

11.6.

Konklużjoni dwar il-kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u SNS 90

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/448

tas-17 ta’ Ġunju 2021

dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja għal Siremar u l-akkwirenta tagħha Società Navigazione Siciliana

(notifikata bid-dokument C(2022) 4268)

(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fis-6 ta’ Awwissu 1999, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna mħallsa abbażi tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku inizjali (“il-Konvenzjonijiet inizjali”) lis-sitt kumpaniji li fformaw Tirrenia Group f’dak iż-żmien (2).

(2)

Matul il-fażi ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet Taljani talbu li l-każ ta’ Tirrenia Group jinqasam, sabiex tkun tista’ tingħata prijorità biex tintlaħaq deċiżjoni finali li tikkonċerna biss lil Tirrenia di Navigazione (“Tirrenia”). Din it-talba kienet immotivata mill-pjan tal-awtoritajiet Taljani li jipprivatizzaw il-Grupp, billi jibdew b’Tirrenia, u l-intenzjoni tagħhom li jħaffu l-proċess fir-rigward ta’ dik il-kumpanija.

(3)

Il-Kummissjoni laqgħet it-talba tal-awtoritajiet Taljani, u permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/851/KE (3) għalqet il-proċedura mibdija fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lil Tirrenia (“id-Deċiżjoni tal-2001”). L-għajnuna ġiet iddikjarata kompatibbli soġġetta għal ċerti impenji mill-awtoritajiet Taljani.

(4)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE (4) (“id-Deċiżjoni tal-2004”), il-Kummissjoni ddikjarat li l-kumpens mogħti lill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group għajr il-kumpanija Tirrenia (5) kien parzjalment kompatibbli mas-suq intern, parzjalment kompatibbli bil-kundizzjoni li jiġu rrispettati ċerti impenji mill-awtoritajiet Taljani, u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern. Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq data kontabilistika li tkopri mill-1992 sal-2001 u kienet tinkludi kundizzjonijiet biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-kumpens matul id-durata kollha tal-Konvenzjonijiet inizjali (jiġifieri sal-2008).

(5)

Permezz tas-Sentenza tal-4 ta’ Marzu 2009 fil-Kawżi T-265/04, T-292/04 u T-504/04 (6) (“is-Sentenza tal-2009”), il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2004.

(6)

Fil-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali ġdida fir-rigward ta’ diversi miżuri addizzjonali adottati mill-Italja favur il-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group (“id-Deċiżjoni tal-2011”). L-investigazzjoni kienet tikkonċerna, inter alia, il-kumpensi mogħtija lil Siremar – Sicilia Regionale Marittima (“Siremar”) għall-operat ta’ għadd ta’ rotot marittimi mill-1 ta’ Jannar 2009, u l-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (ara t-Taqsima 2.3.3).

(7)

Id-Deċiżjoni tal-2011 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri taħt investigazzjoni.

(8)

L-Italja ppreżentat it-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2011 permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Novembru 2011. Fir-rigward tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti mingħand Società Navigazione Siciliana S.p.A. (“SNS”), Pan Med Lines S.r.l. (“Pan Med”), u Grandi Navi Veloci S.p.A. (“GNV”) (ara t-Taqsima 5). Għaddiethom lill-Italja, li kellha l-opportunità li tirreaġixxi.

(9)

Fl-10 ta’ Jannar 2012, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw formalment lill-Kummissjoni, allegatament għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, l-abbozz tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku (“Konvenzjonijiet”) li kwalunkwe akkwirent futur tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar kien meħtieġ jiffirma u li abbażi tiegħu jitħallas il-kumpens għall-forniment ta’ servizz pubbliku.

(10)

Fis-7 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni, inter alia, fir-rigward ta’ (i) l-estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ mogħtija lil Siremar, (ii) l-għajnuna potenzjali lil Compagnia delle Isole (“CdI”), l-ewwel akkwirent tal-fergħa ta’ Siremar, fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ din tal-aħħar u (iii) il-kumpensi tas-servizz pubbliku li għandhom jitħallsu lil CdI skont il-Konvenzjoni l-ġdida konkluża mal-Istat Taljan. Fid-19 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat verżjoni emendata (8) ta’ dik id-Deċiżjoni (id-“Deċiżjoni tal-2012”, meta msemmija flimkien mad-Deċiżjoni tal-2011, id-“Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012”).

(11)

Id-Deċiżjoni tal-2012 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri taħt investigazzjoni.

(12)

L-Italja ppreżentat it-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2012 permezz ta’ ittri tas-7 u tat-13 ta’ Diċembru 2012. Fir-rigward tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Pan Med Lines S.r.l. (“Pan Med”), Siremar, SNS u CdI (ara t-Taqsimiet 5 u 6). Għaddiethom lill-Italja, li kellha l-opportunità li tirreaġixxi.

(13)

Fil-5 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni tat kuntratt lil Ecorys Netherlands BV (“Ecorys”) biex tipprovdilha stima, ibbażata fuq żewġ xenarji alternattivi, tal-valur tas-suq tal-assi rilevanti ta’ Siremar imqiegħda għall-bejgħ (ara t-Taqsima 2.3.3.7). Fl-4 ta’ Settembru 2013, Ecorys ippreżentat ir-rapport finali tagħha (“l-Ewwel Rapport ta’ Ecorys”). Fis-27 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni bagħtet dan ir-rapport lill-Italja. Fit-18 ta’ Novembru 2013, fuq talba tal-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni pprovdiet traduzzjoni bit-Taljan tar-Rapport ta’ Ecorys. Fis-17 ta’ Diċembru 2013, l-Italja ppreżentat il-kummenti tagħha, inkluża kontrovalwazzjoni mill-espert indipendenti tagħha stess, Banca Profilo S.p.A.

(14)

Fl-24 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni bagħtet ittra lil diversi kumpaniji li joperaw fis-settur marittimu, fejn talbet fuq bażi volontarja għal informazzjoni dettaljata dwar ir-rotot operati minn Siremar fil-perjodu 2009-2012 u l-kundizzjonijiet tal-privatizzazzjoni tagħha. Kienet biss CdI, li kienet qed topera l-Konvenzjoni l-ġdida f’dak iż-żmien, illi wieġbet.

(15)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/261 tat-22 ta’ Jannar 2014 (10) (“id-Deċiżjoni tal-2014”), il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ ċerti miżuri adottati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar (ara l-premessa (36)).

(16)

Fil-15 ta’ Ottubru 2014, is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu ma’ rappreżentanti ta’ Siremar u mal-awtoritajiet Taljani. Barra minn hekk, fit-23 ta’ Ottubru 2014, is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu wkoll ma’ rappreżentanti ta’ CdI u mal-awtoritajiet Taljani. Bħala segwitu għal-laqgħa msemmija l-aħħar, fit-30 ta’ Ottubru 2014, CdI pprovdiet informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni.

(17)

Fir-rigward ta’ Siremar, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-Italja permezz ta’ ittri tat-30 ta’ Jannar 2012, tas-16 ta’ Marzu 2012, tal-1 ta’ Awwissu 2012, tat-22 ta’ Novembru 2012, tat-12 ta’ April 2013, tat-12 ta’ Ġunju 2013, tas-27 ta’ Ġunju 2013, tal-11 ta’ Lulju 2013, tad-29 ta’ Lulju 2014, tas-6 ta’ Novembru 2014, tas-16 ta’ Ottubru 2015, tal-25 ta’ Jannar 2018, tad-29 ta’ Marzu 2018, tal-31 ta’ Awwissu 2018, tat-18 ta’ Marzu 2019, tas-16 ta’ Ottubru 2019, tal-31 ta’ Lulju 2020 u tad-29 ta’ Ottubru 2020.

(18)

Fir-rigward ta’ Siremar, l-Italja ppreżentat informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri tat-28 ta’ Marzu 2012, tal-5 ta’ Ottubru 2012, tat-23 ta’ Ottubru 2012, tat-13 ta’ Mejju 2013, tat-8 ta’ Awwissu 2013, tad-19 ta’ Settembru 2014, tal-20 ta’ Novembru 2014, tat-12 ta’ Diċembru 2014, tat-12 ta’ Frar 2015, tat-13 ta’ Novembru 2015, tat-18 ta’ April 2016, tat-2 ta’ Awwissu 2017, tas-26 ta’ April 2018, tal-31 ta’ Mejju 2018, tad-29 ta’ Mejju 2019, tas-26 ta’ Lulju 2019, tat-3 ta’ Jannar 2020, tal-24 ta’ Jannar 2020, tat-8 ta’ Frar 2021 u tal-11 ta’ Marzu 2021 (11).

(19)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020 (12), il-Kummissjoni kkonkludiet l-investigazzjoni dwar il-kumpaniji ta’ Tirrenia Group għajr il-kumpanija Tirrenia, inkluża Siremar, għall-perjodu 1992-2008 (id-“deċiżjoni ta’ Tirrenia Group tal-2020”). Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna mogħtija għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport bil-kabotaġġ marittimu kienet tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti, filwaqt li l-għajnuna mogħtija għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali kienet kompatibbli mal-Qafas tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”) tal-2011 (il-“Qafas tal-SGEI tal-2011”) (13).

(20)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1412 tat-2 ta’ Marzu 2020 (14), il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri mogħtija lil Tirrenia u l-akkwirenta tagħha CIN, għall-perjodu 2009-2020 (id-“deċiżjoni ta’ Tirrenia/CIN tal-2020”).

(21)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna kollha possibbli lil Siremar, CdI u SNS kif speċifikati fil-premessi (36) u (37) u kif identifikati fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012, kif ukoll l-għajnuna possibbli mogħtija lil Unicredit permezz tal-kontrogaranzija (ara t-Taqsimiet 2.3.3.5 u 3.3.2). Il-Kummissjoni se tindirizza l-miżuri kollha li jifdal soġġetti għal dawk id-Deċiżjonijiet, taħt in-numri tal-każijiet SA.32014, SA.32015 u SA.32016 f’Deċiżjonijiet separati. B’mod partikolari, dawk il-miżuri li jifdal kollha jikkonċernaw kumpaniji oħrajn tal-eks Tirrenia Group (jiġifieri Caremar, Laziomar, Saremar u Toremar).

2.   L-ISFOND U D-DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI SOĠĠETTI GĦALL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Qafas ġenerali

2.1.1.   Il-Konvenzjonijiet inizjali

(22)

Tirrenia Group oriġinarjament kien proprjetà tal-Istat Taljan permezz tal-kumpanija Finanziaria per i Settori Industriale e dei Servizi i S.p.A. (“Fintecna”) (15) u kien jinkludi sitt kumpaniji, jiġifieri Tirrenia, Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar. Dawn il-kumpaniji pprovdew servizzi tat-trasport marittimu skont kuntratti separati ta’ servizz pubbliku konklużi fl-1991 mal-Istat Taljan, fis-seħħ għal għoxrin sena bejn Jannar 1989 u Diċembru 2008 (il-Konvenzjonijiet inizjali). Fintecna kellha 100 % tal-kapital azzjonarju ta’ Tirrenia. Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar kienu kompletament proprjetà ta’ Tirrenia (flimkien, “il-kumpaniji reġjonali”). Adriatica, li kienet topera għadd ta’ rotot bejn l-Italja u l-Albanija, il-Kroazja, il-Greċja u l-Montenegro, ingħaqdet ma’ Tirrenia fl-2004.

(23)

L-iskop ta’ dawn il-kuntratti ta’ servizz pubbliku kien li jiggarantixxu r-regolarità u l-affidabbiltà ta’ għadd kbir ta’ servizzi tat-trasport marittimu, prinċipalment il-konnessjoni tal-Italja kontinentali ma’ Sqallija, Sardenja u ma’ gżejjer Taljani iżgħar oħrajn. Għal dan l-għan, l-Istat Taljan ta appoġġ finanzjarju fil-forma ta’ sussidji mħallsa direttamnet lil kull waħda mill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group.

(24)

Siremar, li hija kompletament proprjetà ta’ Tirrenia, kienet topera serje ta’ rotot ta’ kabotaġġ marittimu, kemm bejn Sqallija u diversi gżejjer ġirien iżgħar kif ukoll bejn Milazzo u Napli. Ir-rotot eżatti kkonċernati huma deskritti fil-premessa (41).

2.1.2.   L-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali

(25)

Il-Konvenzjonijiet inizjali, inkluża dik applikabbli għal Siremar, ġew estiżi tliet darbiet.

(26)

L-ewwel nett, l-Artikolu 26 tad-Digriet Amministrattiv Nru. 207 tat-30 ta’ Diċembru 2008 (“Digriet Amministrattiv 207/2008”), ikkonvertit fil-Liġi Nru. 14 tas-27 ta’ Frar 2009, stabbilixxa l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali, li inizjalment kellhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2008, sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(27)

It-tieni, l-Artikolu 19ter tad-Digriet Amministrattiv Nru. 135 tal-25 ta’ Settembru 2009 (“Digriet Amministrattiv 135/2009”), ikkonvertit fil-Liġi Nru. 166 tal-20 ta’ Novembru 2009 (“il-Liġi tal-2009”), stabbilixxa li, fid-dawl tal-privatizzazzjoni tal-kumpaniji ta’ Tirrenia Group, il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-kumpaniji reġjonali, minbarra Siremar, għandha tiġi ttrasferita mill-kumpanija omm Tirrenia kif ġej:

(a)

Cararmar lir-Reġjun ta’ Campania. Sussegwentement, ir-Reġjun ta’ Campania ttrasferixxa n-negozju avvjat li jopera l-konnessjonijiet tat-trasport mal-arċipelagu ta’ Pontino lejn ir-Reġjun ta’ Lazio (u b’hekk twaqqfet Laziomar) (16);

(b)

Saremar lir-Reġjun ta’ Sardinja;

(c)

Toremar lir-Reġjun tat-Toscana.

(28)

Il-Liġi tal-2009 speċifikat ukoll li għandhom jiġu miftiehma “Konvenzjonijiet” ġodda bejn l-Istat Taljan u Tirrenia u Siremar sal-31 ta’ Diċembru 2009. Bl-istess mod, is-servizzi reġjonali jkunu stabbiliti f’“Kuntratti ta’ Servizz Pubbliku” ġodda, li għandhom jiġu miftiehma bejn Saremar, Toremar u Caremar u l-awtoritajiet reġjonali rispettivi sal-31 ta’ Diċembru 2009 (Sardenja u Toscana) u sat-28 ta’ Frar 2010 (Campania u Lazio). Il-Konvenzjonijiet il-ġodda jew il-Kuntratti ta’ Servizz Pubbliku jitressqu għall-offerti b’mod konġunt mal-kumpaniji nfushom. Is-sidien il-ġodda ta’ kull waħda minn dawn il-kumpaniji mbagħad jiffirmaw il-Konvenzjoni rispettiva jew il-Kuntratt ta’ Servizz Pubbliku rispettiv (17).

(29)

Għal dak l-għan, il-Liġi tal-2009 kompliet testendi l-Konvenzjonijiet inizjali, inkluża dik applikabbli għal Siremar, mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Settembru 2010.

(30)

Il-Liġi tal-2009 stabbiliet ukoll limiti massimi ta’ kumpens annwali fissi għall-operat tas-servizzi mill-2010 (taħt l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali kif ukoll taħt il-Konvenzjonijiet il-ġodda u l-Kuntratti Pubbliċi ta’ Servizz), għal ammont totali ta’ EUR 184 942 251, kif ġej:

Kumpanija

Kumpens annwali massimu

Tirrenia

EUR 72 685 642

Siremar

EUR 55 694 895

Saremar

EUR 13 686 441

Toremar

EUR 13 005 441

Caremar

EUR 29 869 832  (18)

Tabella 1 – Limiti massimi tal-kumpens mill-2010

(31)

Fl-aħħar nett, il-Liġi Nru. 163 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (“il-Liġi tal-2010”), li tikkonverti d-Digriet Amministrattiv Nru. 125 tal-5 ta’ Awwissu 2010 (“id-Digriet Amministrattiv 125/2010”), stabbiliet l-estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjonijiet inizjali, inkluża dik applikabbli għal Siremar, mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-tlestija tal-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u Siremar.

2.1.3.   Il-privatizzazzjoni ta’ Siremar u l-iffirmar tal-Konvenzjoni l-ġdida

(32)

F’Ottubru 2010, tnediet proċedura tal-offerti biex jinstab xerrej għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (ara t-Taqsima 2.3.3). F’dan il-kuntest, issir referenza għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, minflok għal Siremar, billi l-proċedura tas-sejħa għall-offerti kienet tikkonċerna biss dawk l-assi u l-kuntratti meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku (19) speċifikati f’Konvenzjoni ġdida li għandha tiġi konkluża mal-akkwirenta. Għalhekk, issir referenza għall-“fergħa kummerċjali ta’ Siremar”, minflok sempliċiment għal “Siremar”. L-assi li jifdal ta’ Siremar, bħall-bastiment rapidu Guizzo, li ntużaw għal skopijiet oħrajn, kellhom jinbiegħu permezz ta’ proċeduri separati. Barra minn hekk, il-bejgħ ma rrriżultax fit-trasferiment lix-xerrej tad-djun dovuti minn Siremar sad-data tal-bejgħ. Sa din id-data, Siremar f’Amministrazzjoni Straordinarja (“Siremar f’EA”) tkompli teżisti bħala entità separata, għalkemm bl-iskop primarju li tiġi likwidata wara li tkun ħallset lura lill-kredituri tagħha.

(33)

Wara l-offerta b’suċċess tagħha fil-proċedura tal-offerti, fl-20 ta’ Ottubru 2011, CdI ffirmat il-kuntratt għall-akkwist tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Imbagħad, fit-30 ta’ Lulju 2012, il-Konvenzjoni l-ġdida għall-forniment ta’ servizzi marittimi ġiet iffirmata mill-Italja u minn CdI. Abbażi ta’ dan, is-sjieda tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ġiet ittrasferita mill-Istat Taljan lil CdI fil-31 ta’ Lulju 2012.

(34)

Madankollu, SNS – il-kumpanija l-oħra li kienet issottomettiet offerta għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar – ikkontestat it-trasferiment quddiem it-tribunali amministrattivi Taljani, li fl-aħħar mill-aħħar iddeċidew li l-proċedura tal-offerti kellha terġa’ ssir parzjalment, billi CdI tiġi eskluża milli tissottometti offerti ġodda (ara l-premessi (93) sa (100)). Wara konferma tal-offerta preċedenti tagħha, b’hekk, SNS rebħet il-proċedura tal-offerti mġedda, filwaqt li ħadet f’idejha l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u ffirmat il-Konvenzjoni l-ġdida mal-Italja fil-11 ta’ April 2016.

(35)

Minn dik id-data, SNS kienet qed topera r-rotot skont il-Konvenzjoni l-ġdida, filwaqt li Siremar f’EA u CdI qegħdin jiġu likwidati t-tnejn.

2.2.   Il-miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012

(36)

Il-miżuri li ġejjin kienu soġġetti għal valutazzjoni fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa bid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 (ara wkoll it-taqsima 3):

(1)

Kumpens għall-forniment ta’ SGEI skont l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali (miżura 1);

(2)

L-estensjoni illegali tal-għajnuna ta’ salvataġġ lil Tirrenia u lil Siremar (miżura 2);

(3)

Il-privatizzazzjoni tal-kumpaniji tal-eks Grupp ta’ Tirrenia (20) (miżura 3);

(4)

Kumpens imħallas għall-operat ta’ SGEI taħt il-Konvenzjonijiet/Kuntratti Pubbliċi ta’ Servizz (miżura 4);

(5)

Il-prijorità tal-irmiġġ (miżura 5);

(6)

Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 (miżura 6);

(7)

Ħames miżuri addizzjonali adottati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar (miżura 7) (21).

2.3.   Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni

(37)

Din id-Deċiżjoni tittratta biss il-miżuri minn 1 sa 6 kif elenkati fil-premessa (36), sa fejn jinvolvu lil Siremar, CdI jew SNS. Dawn il-miżuri huma deskritti f’aktar dettall fit-taqsimiet li ġejjin.

2.3.1.   L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Siremar

2.3.1.1.   L-obbligi ta’ servizz pubbliku

(38)

L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni inizjali ma’ Siremar ippreveda pjanijiet ta’ ħames snin biex jingħataw dettalji dwar il-portijiet li għandhom jiġu servuti, it-tip ta’ bastimenti li għandhom jintużaw u l-frekwenza meħtieġa tas-servizz. Il-konvenzjoni inizjali ma’ Siremar ġiet emendata fl-1994 u fl-1995.

(39)

L-ewwel pjan ta’ ħames snin (bejn l-1990 u l-1994) ġie approvat permezz tad-Digriet Ministerjali tad-29 ta’ Mejju 1990, u applikat retroattivament mill-1 ta’ Jannar 1990. It-tieni pjan, li kien ikopri l-perjodu 1995-1999 u li ġie approvat bid-Digriet Ministerjali tal-14 ta’ Mejju 1996, ħalla r-rotot u l-frekwenzi fil-biċċa l-kbira l-istess.

(40)

Fir-rigward tal-perjodi 2000 – 2004 u 2005 – 2008, ma ġie adottat formalment l-ebda pjan ta’ ħames snin fir-rigward ta’ Siremar. Minflok, in-network ta’ rotot u frekwenzi baqa’ fil-biċċa l-kbira l-istess bejn l-1999 u l-2008. Tabilħaqq, id-Digriet Inter-Ministerjali tad-9 ta’ Marzu 2004 (“id-Digriet tal-2004”) stabbilixxa bidliet limitati għal Siremar, fir-rigward tas-sostituzzjoni ta’ bastimenti qodma u żieda fil-kapaċità taħt l-istess frekwenzi (22).

(41)

Abbażi tal-Konvenzjoni inizjali, kif estiża u mmodifikata (għal rotot magħżula), Siremar operat ħames pakketti ta’ rotot matul is-sena kollha bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u t-30 ta’ Lulju 2012, bi frekwenzi u ħinijiet li jvarjaw skont ir-rotta individwali, it-tip ta’ servizz (lanċa jew servizz b’veloċità għolja), u l-istaġun tas-sena, kif ġej:

—

Fir-rigward tal-pakkett ta’ Milazzo – il-Gżejjer Eoliċi – Napli, li jinkludi l-gżejjer ta’ Vulcano, Lipari, Salina, Filicudi, Alicudi, Panarea u Stromboli (“il-Gżejjer Eoliċi”), kif ukoll l-ibliet ta’ Milazzo fi Sqallija u Napli f’Campania, Siremar ipprovdiet kemm servizzi ta’ laneċ kif ukoll servizzi b’veloċità għolja fuq għaxar rotot individwali (23);

—

tas-17.6.2021

—

Fir-rigward tal-pakkett ta’ Palermo – Ustica, Siremar ipprovdiet kemm servizzi tal-laneċ kif ukoll servizzi b’veloċità għolja fuq żewġ rotot individwali (24);

—

Fir-rigward tal-pakkett ta’ Porto Empedocle – il-Gżejjer Pelagie, li jinkludi l-gżejjer ta’ Linosa u Lampedusa (“il-Gżejjer Pelagie”), Siremar offriet servizzi tal-laneċ fuq rotta individwali waħda;

—

Fir-rigward tal-pakkett ta’ Trapani – Pantelleria, Siremar ipprovdiet servizzi tal-laneċ fuq rotta individwali waħda.

2.3.1.2.   Il-baġit u d-durata

(42)

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kumpens annwali mħallas lil Siremar fil-perjodu 2009 – Lulju 2012:

Sena

Kumpens

2009

EUR 67 009 405

2010

EUR 55 694 895

2011

EUR 55 694 895

2012

EUR 32 348 816

(Jannar – Lulju) (25)

Tabella 2 – Kumpens għall-perjodu 2009-2012 (EUR)

(43)

Il-Konvenzjoni inizjali (kif immodifikata fl-1994) tipprevedi li l-kumpens annwali għas-servizz pubbliku jitħallas kif ġej:sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, pagament bil-quddiem inizjali ekwivalenti għal 70 % tal-kumpens imħallas fis-sena preċedenti;sat-30 ta’ Ġunju, it-tieni pagament li jkopri 20 % oħra;sat-30 ta’ Novembru, pagament finali li jkopri l-bilanċ tal-kumpens għas-sena rilevanti, abbażi ta’ stima tad-dħul u tat-telf fil-futur (26).Ir-riżultati finali mbagħad jiġu vverifikati meta l-kumpanija tħejji d-dikjarazzjoni annwali tal-kontijiet.Jekk ikun irriżulta li Siremar kienet irċeviet somma akbar mill-kost nett tas-servizzi pprovduti (dħul nieqes it-telf), kien meħtieġ li tiġi rrimborżata d-differenza fi żmien 15-il jum mill-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-kontijiet. Wara l-25 ta’ Novembru 2010, permezz ta’ deċiżjoni tal-Konferenza Interdipartimentali dwar l-istabbiliment tas-sussidju annwali stabbilit skont l-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 856/1986 bejn il-Ministeru tal-Infrastruttura u t-Trasport (il-“Ministeru tat-Trasport”), il-Ministeru tal-Ekonomija, u l-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku (il-“Konferenza Interdipartimentali”), kwalunkwe ammont ta’ kumpens żejjed jitnaqqas minn pagamenti futuri ta’ sussidju bil-quddiem.

(44)

Il-kumpens ġie kkalkolat b’mod differenti fl-2009, meta mqabbel mal-2010, l-2011 u l-2012 kif deskritt hawn taħt.

—

Kumpens mogħti fl-2009

(45)

Id-Digriet Presidenzjali Nru 501 tal-1 ta’ Ġunju 1979 (“id-Digriet Presidenzjali 501/79”) jispeċifika d-diversi elementi (dħul u kostijiet) li jidħlu fil-kalkolu tas-sussidju mħallas lill-operaturi ta’ servizzi pubbliċi marittimi. Barra minn hekk, il-Liġi Nru 856 tal-5 ta’ Diċembru 1986 (“Liġi 856/86”) ipprovdiet għal ċerti tibdiliet fis-sistema tal-obbligi ta’ servizz pubbliku marittimu fl-Italja. Fir-rigward tal-konnessjonijiet ma’ gżejjer maġġuri u minuri, l-Artikolu 11 tagħha emenda l-kriterji għall-kalkolu tal-kumpens għas-servizz pubbliku. Tabilħaqq, is-sussidju kellu jiġi kkalkolat abbażi tad-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet tas-servizz kif iddeterminata b’referenza għal parametri medji u oġġettivi, u kellu jinkludi redditu raġonevoli fuq il-kapital. L-istess Artikolu jistabbilixxi wkoll li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku kellhom jinkludu l-lista tar-rotot sussidjati, il-frekwenza u t-tipi ta’ bastimenti li għandhom jintużaw. Is-sussidji kellhom jiġu approvati mill-Ministri responsabbli. Il-prinċipji stabbiliti fid-Digriet Presidenzjali 501/79 u fil-Liġi 856/86 ġew riflessi fil-Konvenzjonijiet inizjali.

(46)

Fil-fatt, għall-2009, il-kumpens għat-twettiq tal-SGEI ġie kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-Konvenzjonijiet inizjali fis-seħħ mill-1991 u ġie estiż wara d-data ta’ skadenza inizjali tagħhom tal-31 ta’ Diċembru 2008. B’mod partikolari, il-kumpens kien jikkorrespondi għat-telf nett akkumulat fuq is-servizzi operati taħt ir-reġim tas-servizz pubbliku, li miegħu żdied ammont varjabbli, li jikkorrespondi għar-redditu fuq il-kapital.

(47)

Id-diversi elementi tal-kostijiet li ġew ikkunsidrati sabiex jiġi kkalkolat il-kumpens definit mill-awtoritajiet pubbliċi kienu dawn li ġejjin: spejjeż tal-akkwiżizzjoni, tar-reklamar u tal-akkomodazzjoni, spejjeż tat-tagħbija, tal-ħatt u tal-immanuvrar, spejjeż tal-persunal, spejjeż tal-manutenzjoni tal-bastimenti, spejjeż amministrattivi, spejjeż tal-assigurazzjoni, spejjeż tal-kera u tal-lokazzjoni, fjuwil, taxxi u spejjeż tad-deprezzament.

—

Kumpens mogħti fl-2010, fl-2011 u fl-2012

(48)

Mill-2010, il-kumpens għall-operat tal-SGEI ġie ddeterminat permezz ta’ metodoloġija ġdida stabbilita fid-Direttiva CIPE (27) tad-9 ta’ Novembru 2007 intitolata “Kriterji għad-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u d-dinamika tan-nollijiet fis-settur tal-kabotaġġ marittimu ta’ interess pubbliku” (“id-Direttiva CIPE”) (28). Skont il-Preambolu tagħha, id-Direttiva CIPE inħarġet fid-dawl tal-privatizzazzjoni li ġejja tal-kumpaniji pubbliċi li joperaw servizzi marittimi taħt reġim ta’ servizz pubbliku (29). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva CIPE ġew applikati fir-rigward tas-servizzi pprovduti mill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group mill-2010.

(49)

Il-metodu stabbilit fid-Direttiva CIPE jippermetti li l-kumpaniji li joperaw is-servizz pubbliku marittimu jkollhom redditu xieraq. Ir-rata ta’ redditu fuq il-kapital (“redditu fuq il-kapital” jew “ROIC”) tiġi kkalkolata abbażi tal-kost medju ponderat tal-kapital (“WACC”). Ir-redditu meħtieġ għall-ekwità (30) għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali.

(50)

Abbażi ta’ dak il-mudell, il-kost tal-ekwità huwa derivat bħala funzjoni ta’ (i) ir-rata mingħajr riskju, (ii) il-Beta (stima tal-profil tar-riskju tal-kumpanija b’mod relattiv għas-suq tal-ekwità) u (iii) il-primjum tar-riskju tal-ekwità assenjat lis-suq tal-ekwità.

(51)

B’mod partikolari, il-kost tal-ekwità jiġi kkalkolata bl-applikazzjoni ta’ primjum għat-tiġrib ta’ riskju żejjed fuq ir-rata ta’ redditu fuq attivitajiet mingħajr riskju. Dan il-primjum għandu jiġi kkalkolat bħala l-primjum tar-riskju tas-suq immoltiplikat bil-Beta tiegħu, li jkejjel kemm attività speċifika hija riskjuża b’mod relattiv għas-suq.

(52)

Skont id-Direttiva CIPE, ir-rata ta’ redditu fuq attivitajiet mingħajr riskju tikkorrespondi għar-rendiment gross medju fuq bonds b’terminu ta’ għaxar snin matul it-tnax-il xahar preċedenti, li għalihom hemm data disponibbli.

(53)

Id-Direttiva CIPE tistabbilixxi primjum tar-riskju tas-suq ta’ 4 %. Barra minn hekk, fil-każ ta’ servizz, li jiġi operat fuq bażi mhux esklużiva, ir-riskju preżumibbilment akbar imġarrab mill-operatur jiġi remunerat biż-żieda ta’ 2,5 % addizzjonali għall-primjum tar-riskju tas-suq.

(54)

Madankollu, l-ammont ta’ kumpens imħallas lil Siremar kif stabbilit mil-Liġi tal-2009 fil-prattika ma jistax jaqbeż EUR 55 694 895 fis-sena (ara l-premessa (30)). Għalkemm il-Liġi tal-2009 tillimita l-kumpens annwali mħallas lill-kumpaniji kollha ta’ Tirrenia għall-operat tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħhom, id-Direttiva CIPE tinkludi ċerti salvagwardji biex tiggarantixxi li dawk l-operaturi jiġu żgurati b’kopertura suffiċjenti ta’ kostijiet operatorji.

(55)

B’mod partikolari, skont id-Direttiva CIPE, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi, in-nollijiet massimi u l-kumpens iridu jiġu definiti biex jagħtu lill-fornitur tas-servizz kopertura sħiħa tal-kostijiet ammissibbli kollha, skont l-ekwazzjoni li ġejja:

VA(RSP) + VA(AI(X)) = VA(CA)

fejn:

—

VA(RSP) huwa l-valur skontat tal-kumpens għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku;

—

VA(AI(X)) huwa l-valur skontat ta’ dħul ieħor (irċevuti tan-nollijiet u oħrajn);

—

(VA(CA)) huwa l-valur skontat tal-kostijiet operatorji ammissibbli, tar-ripagament tad-dejn u tar-redditu fuq il-kapital.

(56)

F’każ li l-ekwazzjoni ta’ hawn fuq ma tapplikax, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet sussidjati jista’ jitnaqqas, inkella l-organizzazzjoni tas-servizz (eż. it-tip ta’ bastimenti) tista’ tiġi riveduta, jew il-limiti massimi tan-nollijiet jistgħu jiġu mmodifikati.

(57)

Barra minn hekk, il-limitu massimu tan-nollijiet applikabbli għal kull servizz, nett mit-taxxi u mid-dovuti tal-portijiet, jiġi aġġustat kull sena fuq il-bażi ta’ formula tal-limitu massimu fuq il-prezzijiet kif ġej:

ΔΤ = ΔΡ – Χ

fejn:

—

ΔΤ hija t-tibdil perċentwali annwali fil-limitu massimu tan-nollijiet;

—

ΔΡ hija r-rata tal-inflazzjoni għas-sena ta’ referenza;

—

Χ hija rata annwali reali ta’ aġġustament tal-limitu massimu tan-nollijiet, stabbilita fil-Konvenzjoni jew fil-Kuntratti ta’ Servizz Pubbliku, li tibqa’ kostanti matul id-durata tal-Konvenzjoni jew tal-Kuntratti ta’ Servizz Pubbliku.

(58)

Id-Direttiva CIPE tispeċifika wkoll li l-limitu massimu tan-nollijiet jista’ jiġi aġġustat sabiex jirrifletti l-varjazzjonijiet fil-kostijiet tal-fjuwil, billi jittieħdu l-prezzijiet standard disponibbli pubblikament bħala referenza.

2.3.2.   Estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar

(59)

Fis-16 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni approvat l-għajnuna għas-salvataġġ lil Tirrenia u Siremar (“id-Deċiżjoni tal-2010”) (31). L-għajnuna kienet tikkonsisti f’garanzija fuq linji ta’ kreditu pprovduti minn banek privati għal ammont sa EUR 95 000 000. L-Italja impenjat ruħha li tikkomunika lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-awtorizzazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ, pjan ta’ ristrutturar jew prova li s-self kien ġie rrimborżat kollu u/jew li l-garanzija kienet ġiet itterminata.

(60)

Sussegwentement, il-banek privati, Banca Infrastrutture Innovazione e Sviluppo (‘BIIS’) u Unicredit, awtorizzaw linja ta’ kreditu ta’ EUR 40 000 000 lil Tirrenia u Siremar (jiġifieri EUR 25 000 000 għal Tirrenia u EUR 15 000 000 għal Siremar), bid-data tal-maturità stabbilita għat-30 ta’ Ġunju 2011. L-Istat iggarantixxa dik il-linja ta’ kreditu fil-15 ta’ Frar 2011.

(61)

Il-finanzjament imbagħad ġie żborżat kif ġej:

(a)

l-ewwel pagament parzjali fit-28 ta’ Frar 2011 (EUR 20 000 000 għal Tirrenia u EUR 12 000 000 għal Siremar);

(b)

it-tieni pagament parzjali fit-23 ta’ Marzu 2011 (EUR 5 000 000 għal Tirrenia u EUR 3 000 000 għal Siremar).

(62)

L-Italja informat lill-Kummissjoni li, billi l-ewwel pagament parzjali tas-self garantit ġie żborżat biss fit-28 ta’ Frar 2011, il-perjodu ta’ sitt xhur għall-iżborż tiegħu skont il-paragrafu 25(a) tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f’diffikultà (“il-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar”) (32) u skont il-premessi (32) u (47) tad-Deċiżjoni tal-2010, jgħaddi fit-28 ta’ Awwissu 2011.

(63)

Qabel dik id-data, Tirrenia u Siremar naqsu mill-obbligi tas-self tagħhom u, b’riżultat ta’ dan, fil-11 ta’ Lulju 2011, BIIS talab il-garanzija tal-Istat. F’din id-data, għalhekk, Siremar kellha dejn lejn l-Istat ta’ EUR 15 121 838,33. Dan jinkludi kemm l-ammont prinċipali tas-self rispettiv kif ukoll l-imgħax pendenti dovut lill-bank.

(64)

Il-Qorti tal-Fallimenti awtorizzat l-inklużjoni tal-Ministeru tal-Ekonomija fost il-kredituri preferenzjali (‘prededucibili’) ta’ Tirrenia u Siremar. Skont l-awtoritajiet Taljani, il-Kummissarju Straordinarju inkarigat mit-tmexxija tal-kumpanija kkunsidra f’dak iż-żmien li Siremar setgħet tirrimborża l-finanzjament sat-28 ta’ Awwissu 2011, billi użat ir-rikavat mill-privatizzazzjoni ppjanata tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar.

(65)

Fil-25 ta’ Lulju 2011 ġie ffirmat il-kuntratt għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia lil CIN. Madankollu, it-trasferiment tal-assi u, b’hekk, anke l-ħlas, ittardjaw, l-aktar minħabba diffikultajiet sabiex jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għall-fużjoni (l-ewwel mill-Kummissjoni, imbagħad mill-awtorità tal-kompetizzjoni Taljana, l-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (“AGCM”). L-AGCM eventwalment approvat it-tranżazzjoni ta’ Tirrenia – CIN fil-21 ta’ Ġunju 2012, u l-bejgħ ġie ffinalizzat fid-19 ta’ Lulju 2012. Fl-20 ta’ Ottubru 2011 ġie ffirmat il-kuntratt għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil CdI. Madankollu, it-trasferiment ta’ dawk l-assi ġie ttardjat ukoll, f’dan il-każ sal-1 ta’ Awwissu 2012 (ara l-premessi (93) sa (95)). Fit-18 ta’ Settembru 2012, Siremar ħallset lura d-dejn tagħha lill-Istat, inkluż l-imgħax, għal ammont totali ta’ EUR 15 511 529,35.

2.3.3.   Il-privatizzazzjoni ta’ Siremar, il-kontrogaranzija, u ż-żieda fil-kapital ta’ CdI

(66)

Fit-23 ta’ Diċembru 2009, Fintecna ppubblikat l-ewwel sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-kapital azzjonarju kollu ta’ Tirrenia, inkluża s-sussidjarja tagħha Siremar. Fid-19 ta’ Frar 2010, kienu waslu 16-il espressjoni ta’ interess minn 19-il entità. Fl-4 ta’ Awwissu 2010, wara li fallew in-negozjati mal-uniku offerent li ppreżenta offerta vinkolanti, Fintecna ddikjarat l-għeluq tal-proċedura. Skont l-Italja, in-negozjati fallew minħabba tħassib relatat mal-elementi finanzjarji tal-offerta.

(67)

Wara l-falliment tal-ewwel tentattiv ta’ privatizzazzjoni, Tirrenia u Siremar, li kienu qed jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji serji, it-tnejn li huma ġew ammessi fil-proċedura ta’ insolvenza kollettiva prevista skont il-liġi Taljana għal kumpaniji kbar, l-hekk imsejħa proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja (“amministrazione straordinaria”) u ftit wara ġew iddikjarati insolventi. B’mod aktar speċifiku, Siremar ġiet ammessa għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja fis-17 ta’ Settembru 2010. Fil-5 ta’ Ottubru 2010, il-Qorti ta’ Ruma tat is-sentenza Nru. 381/2010, li permezz tagħha ddikjarat lil Siremar insolventi.

2.3.3.1.   Ir-regoli tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja

(68)

Għall-kuntrarju tal-proċedura ta’ falliment normali, li l-għan primarju tagħha huwa li tillikwida l-kumpanija insolventi sabiex tissodisfa l-pretensjonijiet tal-kredituri, il-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja, stabbilita mid-Digriet Amministrattiv Nru. 270 tat-8 ta’ Lulju 1999 (“id-Digriet Amministrattiv 270/1999”), hija proċedura ta’ insolvenza speċifika għal kumpaniji kbar, li għandha l-għan li tissalvagwardja l-assi u tiżgura l-kontinwazzjoni tan-negozju.

(69)

Skont din il-proċedura, il-ġestjoni tal-kumpanija insolventi tiġi ttrasferita lil Kummissarju Straordinarju li jinħatar mill-Ministeru responsabbli. Il-Kummissarju Straordinarju jipproponi pjan ta’ rkupru tan-negozju inkwistjoni, jew permezz tar-ristrutturar tiegħu jew inkella permezz tal-bejgħ tal-assi tiegħu. Il-pjan huwa soġġett għal awtorizzazzjoni preċedenti mill-Ministeru responsabbli, filwaqt li jikkunsidra l-opinjoni ta’ Bord Superviżorju (li l-membri tiegħu huma esperti maħtura mill-Ministeru).

(70)

Id-Digriet Amministrattiv Nru. 347 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi miżuri urġenti għar-ristrutturar ta’ kumpaniji insolventi kbar (“id-Digriet Amministrattiv 347/2003”), ikkonvertit b’emendi fil-Liġi Nru. 39 tat-18 ta’ Frar 2004 (il-“liġi Marzano”), jirregola l-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja applikabbli għal kumpaniji insolventi kbar, li għandhom il-ħsieb li jgħaddu minn din il-proċedura ta’ ristrutturar. Dawn il-kumpaniji jridu jissodisfaw ukoll b’mod kumulattiv ċerti kriterji dwar l-għadd ta’ impjegati fis-sena preċedenti u l-livell ta’ dejn.

(71)

Il-proċedura teħtieġ li l-kumpanija insolventi tippreżenta kemm applikazzjoni lill-Ministru Taljan għall-Iżvilupp Ekonomiku kif ukoll petizzjoni lill-Qorti kompetenti tal-fallimenti. Il-Ministeru mbagħad jiddeċiedi dwar l-ammissjoni tal-kumpanija insolventi għall-proċedura u jaħtar il-Kummissarju Straordinarju taħt is-superviżjoni tal-Bord Superviżorju, filwaqt li l-Qorti tal-fallimenti taċċerta l-istat ta’ insolvenza tal-kumpanija.

(72)

Fi żmien 180 jum mill-ħatra tiegħu, il-Kummissarju Straordinarju jeħtieġlu jissottometti pjan ta’ ristrutturar lill-Ministeru. Il-proċedura ordinarja ta’ falliment titnieda biss fil-każ li l-Ministeru ma japprovax dan il-pjan ta’ ristrutturar u l-proċedura alternattiva ta’ bejgħ tal-assi ma tkunx vijabbli.

(73)

L-Artikolu 4 (4-quater) tad-Digriet Amministrattiv Nru. 134 tat-28 ta’ Awwissu 2008 (“id-Digriet Amministrattiv 134/2008”), ikkonvertit fil-Liġi Nru. 166 tas-27 ta’ Ottubru 2008, li jikkonċerna miżuri urġenti għar-ristrutturar ta’ kumpaniji insolventi kbar (“Disposizioni urgenti in materia di ristrutturazione di grandi imprese in crisi”), introduċa diversi emendi fil-liġi Marzano. Dawn l-emendi huma applikabbli għal kumpaniji li jipprovdu servizzi pubbliċi essenzjali, u jikkonċernaw, inter alia, il-possibbiltà li l-Kummissarju Straordinarju jidentifika xerrej tal-assi tal-kumpanija insolventi permezz ta’ proċedura ta’ negozjati mal-partijiet li tiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz pubbliku fuq it-terminu medju u intervent rapidu. Id-Digriet Amministrattiv 134/2008 jispeċifika li l-prezz tal-bejgħ ma jistax ikun aktar baxx mill-valur tas-suq tal-assi kif stabbilit minn espert indipendenti maħtur permezz ta’ Digriet Ministerjali.

(74)

Id-Digriet Amministrattiv 134/2008 introduċa wkoll il-possibbiltà li jiġi segwit pjan ta’ disponiment tal-assi immedjatament, meta mqabbel mar-reġim preċedenti, li kien jirrikjedi li l-kumpanija l-ewwel tissottometti pjan ta’ ristrutturar lill-Ministeru. Fl-aħħar nett, id-Digriet Amministrattiv 134/2008 jistabbilixxi li, f’każ li ma jkunx jista’ jiġi implimentat jew approvat pjan ta’ disponiment tal-assi jew pjan ta’ ristrutturar mill-Ministeru, il-kumpanija se tgħaddi mill-proċedura ordinarja ta’ falliment.

2.3.3.2.   Il-proċedura tal-bejgħ

(75)

Fl-4 ta’ Ottubru 2010, ġiet ippubblikata s-sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (33) miġbura flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida ta’ tnax-il sena. L-għan ta’ din is-sejħa kien li tivverifika jekk kienx hemm xi entità nazzjonali jew internazzjonali potenzjali interessata li takkwista l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar li setgħet tiggarantixxi l-kontinwità tas-servizzi tat-trasport. Hija ġiet ippubblikata fuq is-sit web ta’ Siremar, fuq diversi gazzetti (34) u fuq siti web speċjalizzati magħżula (35). Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ espressjonijiet ta’ interess fix-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kienet l-20 ta’ Ottubru 2010.

(76)

Mal-iskadenza tad-data tal-għeluq, sitt partijiet (tnejn minnhom b’mod konġunt) kienu ssottomettew ħames espressjonijiet ta’ interess biex jipparteċipaw fl-offerta ta’ Siremar. Dawn il-partijiet kollha wrew li huma ssodisfaw ir-rekwiżit stabbilit fl-avviż tas-sejħa għall-offerti. Għalhekk, il-Kummissarju Straordinarju stedinhom iwettqu kontroll tad-diliġenza dovuta fil-fond fuq il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. L-aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti ngħata bil-kundizzjoni li l-partijiet interessati jiffirmaw ftehimiet ta’ kunfidenzjalità.

(77)

Waħda mis-sitt partijiet iddeċidiet li ma tiħux sehem fil-fażi tad-diliġenza dovuta (36). Matul dik il-fażi, il-ħames partijiet li kien fadal (li tnejn minnhom ressqu offerti b’mod konġunt) kellhom aċċess għall-kmamar tad-data virtwali li fihom dawn li ġejjin:

(a)

informazzjoni teknika, legali u finanzjarja dettaljata tal-fergħa kummerċjali mqiegħda għall-bejgħ;

(b)

il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, imħejji mill-Kummissarju Straordinarju;

(c)

ir-rapport tal-bejjiegħ dwar id-diliġenza dovuta u l-karta tal-bilanċ tal-kumpanija fid-data tal-ammissjoni għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja;

(d)

l-abbozz il-ġdid tal-Konvenzjoni ta’ tnax-il sena li għandu jiġi ffirmat bejn l-offerent rebbieħ u l-Istat;

(e)

informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex ix-xerrejja potenzjali jkunu jistgħu jivvalutaw b’mod korrett l-oġġett tal-bejgħ.

(78)

Permezz tad-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Frar 2011, il-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku ħatar lil Banca Profilo S.p.A. bħala l-espert indipendenti inkarigat biex iwettaq valwazzjoni tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar skont l-Artikolu 4(4-quater) tad-Digriet Amministrattiv 347/2003.Fit-8 ta’ Marzu 2011, Banca Profilo S.p.A. għamel stima tal-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar bħala ta’ EUR 55 miljun.Din l-informazzjoni ttellgħet fil-kamra tad-data għall-offerenti potenzjali kollha qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ offerti vinkolanti.

(79)

Fil-15 ta’ Marzu 2011, mal-iskadenza tad-data tal-għeluq inizjali għas-sottomissjoni ta’ offerti vinkolanti, il-Kummissarju Straordinarju ta’ Siremar innota li huwa ma kien irċieva l-ebda offerta konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-offerti. Għalhekk, il-proċedura reġgħet infetħet, b’data tal-għeluq ġdida tal-5 ta’ April 2011. F’dik id-data, CdI ħarġet offerta ta’ EUR 60,1 miljun, filwaqt li Ustica Lines talbet għal estensjoni tad-data tal-għeluq, sabiex tiggarantixxi l-finanzjament meħtieġ biex toħroġ l-offerta tagħha stess. Il-kummissarju straordinarju tella’ l-offerta ta’ CdI fil-kamra tad-data u stieden lill-parteċipanti l-oħrajn biex itejbuha sat-23 ta’ Mejju 2011. L-offerti li ġejjin waslu sa dik id-data:

(a)

Offerta ta’ EUR 69 miljun minn CdI, li EUR 20 miljun minnhom huma pagabbli bil-quddiem u l-bqija differiti fuq għaxar snin (b’imgħax ta’ 1,5 %);

(b)

Offerta ta’ EUR 55,1 miljun minn SNS, li EUR 30,1 miljun minnhom huma pagabbli bil-quddiem u l-bqija differiti fuq tmien snin (b’imgħax ta’ 1,5 %).

(80)

CdI twaqqfet għall-fini ta’ tressiq ta’ offerti fil-proċedura minn Mediterranea Holding di Navigazione S.p.A. (“Mediterranea”), Davimar Eolia Navigazione S.r.l. (“Davimar”), Navigazione Generale Italiana S.p.A (37). (“NGI”), Lauro.it S.p.A., Isolemar S.r.l. u Riccardo Sanges & C. S.r.l (38). Mediterranea kellhom sehem ta’ ekwità ta’ 60 % f’CdI (39). L-azzjonisti l-oħrajn li kellhom l-40 % li jifdal tal-ekwità ta’ CdI kienu proprjetà privata. Mediterranea pparteċipat fil-proċedura għall-ewwel tentattiv ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia (ara l-premessa (66)) u kienet proprjetà tar-Reġjun ta’ Sqallija (“Sqallija”) (43,02 %), ta’ Lauro.it S.p.A. (34,36 %), ta’ Isolemar S.r.l. (14,61 %) u ta’ Acies S.r.l. (8,11 %).

(81)

SNS twaqqfet għall-fini ta’ tressiq ta’ offerti fil-proċedura minn Ustica Lines S.p.A (40). u Caronte & Tourist S.p.A (41) (sehem ta’ 50 % kull waħda).

(82)

Fis-26 ta’ Lulju 2011, wara talbiet ulterjuri għal informazzjoni liż-żewġ offerenti, bid-data tal-għeluq tat-18 ta’ Lulju 2011, il-konsulent finanzjarju għall-proċedura għamel ir-rimarki li ġejjin:

(a)

l-offerta ta’ CdI kienet ogħla f’termini assoluti minn dik ta’ SNS, madankollu, il-profil tar-riskju ta’ din tal-aħħar kien aktar baxx minn dak tal-ewwel;

(b)

il-parti tal-prezz tal-bejgħ offruta bil-quddiem minn SNS, jiġifieri EUR 30,1 miljun, kienet kompletament garantita, filwaqt li l-parti tal-prezz tal-bejgħ offruta minn CdI, jiġifieri EUR 20 miljun, kienet biss parzjalment garantita;

(c)

SNS kienet diġà approvat u implimentat żieda fil-kapital ta’ EUR 25 miljun, meta mqabbla maż-żieda fil-kapital ta’ EUR 12-il miljun li kienet ġiet approvata, iżda implimentata biss parzjalment, minn CdI.

(83)

Fit-3 ta’ Awwissu 2011, Sqallija ħarġet kontrogaranzija inkondizzjonata u irrevokabbli lil Unicredit, mingħajr ebda remunerazzjoni, għal EUR 40 miljun. Dik il-kontrogaranzija tinnota li Unicredit ikkundizzjonat l-għoti ta’ garanzija lil CdI għal EUR 39 miljun fuq l-għoti ta’ kontrogaranzija għal EUR 40 miljun minn Sqallija.

(84)

Fil-5 ta’ Awwissu 2011, CdI bagħtet ittra ta’ konfort lill-Kummissarju Straordinarju, maħruġa fl-istess jum minn Unicredit, li permezz tagħha l-bank impenja ruħu li jiggarantixxi l-pagamenti parzjali differiti tal-prezz tal-bejgħ offrut minn CdI sa EUR 39 miljun (42). L-ittra ta’ konfort ta’ Unicredit tispjega li l-garanzija kienet kundizzjonali fuq: 1) l-iffirmar minn CdI tal-kuntratt tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar qabel id-data tal-għeluq tal-31 ta’ Diċembru 2011, u 2) il-verifika tas-setgħat tal-Kontabilist Ġenerali ta’ Sqallija biex joħroġ il-kontrogaranzija.

(85)

Il-konsulent finanzjarju u konsulenti oħrajn involuti fil-proċedura kkonfermaw li d-dokumenti kienu ġew sottomessi minn CdI wara d-data tal-għeluq tat-18 ta’ Lulju 2011 għas-sottomissjoni ta’ kjarifiki addizzjonali u evidenza dokumentarja u, għalhekk, ma setgħux jiġu kkunsidrati. Konsegwentement, fid-29 ta’ Awwissu 2011, il-Bord Superviżorju għal Siremar f’EA approva l-għoti tal-fergħa kummerċjali lil SNS u fl-1 ta’ Settembru 2011, il-Kummissarju Straordinarju talab lill-Ministeru responsabbli biex jawtorizza dak l-għoti.

(86)

Fit-2, is-6 u s-7 ta’ Settembru 2011, Sqallija bagħtet ittri lill-istess Ministeru, fejn enfasizzat li CdI kienet offriet l-ogħla prezz u kienet parzjalment proprjetà ta’ Sqallija, li jenħtieġ li titqies bħala garanzija suffiċjenti għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. Sqallija bagħtet ukoll direttament lill-Ministeru: l-ittra ta’ konfort ta’ Unicredit, il-kontrogaranzija tagħha stess, u pariri legali li jagħtu xhieda tas-setgħat tal-Kontabilist Ġenerali li joħroġ dik il-kontrogaranzija. Fit-8 ta’ Settembru 2011, il-Ministeru talab lill-Kummissarju Straordinarju jipprovdi aktar informazzjoni u kjarifiki dwar is-sottomissjoni ta’ CdI, mingħajr ħsara għad-dewmien tas-sottomissjoni tad-dokumenti kkonċernati. Fit-22 ta’ Settembru 2011, il-konsulent finanzjarju kkomunika lill-Kummissarju Straordinarju li, minkejja n-nuqqas ta’ osservanza minn CdI tal-iskadenzi proċedurali, id-dokumentazzjoni l-ġdida naqqset b’mod konsiderevoli l-profil tar-riskju ta’ CdI, li kien ifisser li l-valur preżenti tal-offerta ta’ SNS ma setax jibqa’ jitqies aktar vantaġġjuż minn dak ta’ CdI.

(87)

Fis-26 ta’ Settembru 2011, il-Ministeru staqsa lill-Presidenza del Consiglio dwar jekk il-kontrogaranzija tal-obbligi finanzjarji ta’ CdI minn Sqallija tistax tqajjem xi tħassib dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Presidenza del Consiglio kkonfermat li, minħabba li Unicredit ikkundizzjonat id-deċiżjoni tagħha li tipprovdi garanzija fuq kontrogaranzija minn Sqallija, il-kontrogaranzija kellha tiġi vvalutata skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (“l-Avviż dwar il-Garanziji”) (43).

(88)

Fis-27 ta’ Settembru 2011, il-Kummissarju Straordinarju talab awtorizzazzjoni mill-Ministeru biex iniedi fażi addizzjonali tal-proċedura. Wara li rċieva tali awtorizzazzjoni, fid-29 ta’ Settembru 2011, il-konsulent finanzjarju stieden lil CdI u SNS jissottomettu offerti vinkolanti ġodda u mtejba sat-13 ta’ Ottubru 2011.

(89)

CdI ssottomettiet offerta ġdida u mtejba, strutturata kif ġej:

(a)

prezz tal-bejgħ ta’ EUR 69,15 miljun, pagabbli EUR 34,65 miljun bil-quddiem u l-bqija differiti (EUR 13,8 miljun fi tmiem it-tielet sena, EUR 10,35 miljun fi tmiem is-sitt sena, EUR 10,35 miljun fi tmiem it-tmien sena, b’imgħax ta’ 1,5 %);

(b)

Bħala garanzija tal-prezz tal-bejgħ: ittra ta’ konfort tat-12 ta’ Ottubru 2011 minn Unicredit (impenn li jiġi ggarantit l-ammont tal-pagamenti differiti tal-prezz tal-bejgħ ġdid offrut minn CdI, jiġifieri EUR 34,5 miljun); awtentikazzjoni notarili tar-riżoluzzjoni tal-azzjonisti biex jiżdied il-kapital sa EUR 21,48 miljun (ara t-Taqsima 2.3.3.4); żewġ ittri ta’ MPS Capital Services, li jimpenjaw ruħhom li jiffinanzjaw l-ewwel pagament parzjali tal-prezz tal-bejgħ (sa EUR 20 miljun) u jestendu l-garanzija preċedenti ta’ EUR 5 miljun fuq l-offerta tat-23 ta’ Mejju 2011.

(90)

SNS ikkonfermat l-offerta li kienet issottomettiet fit-23 ta’ Mejju 2011.

(91)

Fit-13 ta’ Ottubru 2011, l-amministrazzjoni straordinarja u l-konsulenti tagħha nnotaw li l-offerta minn CdI kienet konsistenti mal-valur tal-fergħa kummerċjali kif stmat minn Banca Profilo u kienet finanzjarjament aktar vantaġġuża mill-offerta magħmula minn SNS. Barra minn hekk, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju mehmuż mal-offerta ta’ CdI kien konformi mar-rekwiżiti u kien hemm evidenza adegwata biex jiġi pprovat li CdI tista’ tiżgura l-kontinwità tas-servizz pubbliku marittimu. Għalhekk, il-Kummissarju Straordinarju talab lill-Ministeru biex jagħti l-offerta lil CdI.

(92)

Fl-14 ta’ Ottubru 2011, il-Bord Superviżorju ta l-opinjoni favorevoli tiegħu u l-Ministeru awtorizza l-għoti tal-offerta lil CdI.

(93)

Fl-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissarju Straordinarju ta’ Siremar u CdI ffirmaw il-kuntratt għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Madankollu, fit-22 ta’ Novembru 2011, SNS appellat id-deċiżjoni tal-Kummissarju Straordinarju li jagħti l-fergħa kummerċjali lil CdI quddiem it-Tribunale Amministrativo Regionale ta’ Lazio (“TAR”).

(94)

Fis-7 ta’ Ġunju 2012, it-TAR ta’ Lazio ddeċieda li l-kontrogaranzija minn Sqallija lil Unicredit ta’ parti mill-prezz tal-bejgħ offrut minn CdI kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, irrispettivament minn jekk fl-aħħar mill-aħħar kinitx ġiet eżegwita jew irtirata (“id-Deċiżjoni 5172/2012”). It-TAR iddikjara l-proċedura tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar bħala parzjalment nulla (44).

(95)

Mediterranea appellat dik id-deċiżjoni fil-Consiglio di Stato (“CdS”). Permezz ta’ ordni provviżorja tat-18 ta’ Lulju 2012, dan tal-aħħar issospenda l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 5172/2012 (mingħajr ma ddeċieda dwar il-mertu tal-appell). Għalhekk, fit-30 ta’ Lulju 2012, CdI ffirmat il-Konvenzjoni l-ġdida għall-operat tas-servizz pubbliku, u fl-1 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissarju Straordinarju ttrasferixxa l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil CdI.

(96)

Fis-7 ta’ Frar 2014, is-CdS iddeċieda dwar il-mertu tal-appell imressaq minn Mediterranea u kkonkluda li l-kontrogaranzija pprovduta minn Sqallija ma kinitx osservat il-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (“id-Deċiżjoni 592/14”). Fid-deċiżjoni tiegħu, is-CdS iddeċieda li l-kontrogaranzija kienet ipperikolat l-effettività sħiħa tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn iż-żewġ parteċipanti fl-offerta u ddikjara, għalhekk, il-proċedura tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar bħala parzjalment nulla (billi annulla l-att tal-għoti tal-offerta lil CdI). B’mod partikolari, il-garanzija minn Unicredit kienet de facto kundizzjonali fuq il-ħruġ tal-kontrogaranzija minn Sqallija, anke jekk tal-ewwel ma semmietx espliċitament lil tal-aħħar (ara t-Taqsima 2.3.3.5).

(97)

Il-kuntratt tal-bejgħ iffirmat minn CdI mal-Istat Taljan wara l-offerta ma ġiex annullat bis-sentenza tas-CdS. Tabilħaqq, dan tal-aħħar annulla biss l-għoti, minħabba li dan kien att amministrattiv, iżda la annulla l-kuntratt tal-bejgħ u lanqas il-Konvenzjoni l-ġdida, li kienu kuntratti ta’ dritt ċivili. Għalhekk, CdI kompliet topera s-servizz pubbliku kif stabbilit fil-Konvenzjoni l-ġdida (45).

(98)

Fid-9 ta’ Frar 2015, fuq talba mill-awtoritajiet Taljani u minn SNS, it-TAR ta’ Lazio ddeċieda dwar l-interpretazzjoni tad-deċiżjoni preċedenti tiegħu ta’ Ġunju 2012 u tad-deċiżjoni ta’ Frar 2014 mis-CdS (“id-Deċiżjoni 2351/15”). Fid-deċiżjoni tiegħu, it-TAR ta’ Lazio ddeċieda li l-aħħar fażi tal-proċedura tal-bejgħ ta’ Siremar kellha bżonn terġa’ titnieda mid-29 ta’ Settembru 2011 ’il quddiem (46). It-TAR ta’ Lazio kkonferma li jenħtieġ li CdI tiġi eskluża minn din il-fażi l-ġdida tal-proċedura. It-TAR ta’ Lazio ddeċieda wkoll li l-Ministeru tal-Ekonomija kellu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jippermetti t-tnedija mill-ġdid tal-proċedura fi żmien 120 jum mid-data tas-sentenza.

(99)

Sabiex tiġi implimentata s-sentenza tat-TAR ta’ Lazio, Siremar f’EA:

—

eskludiet l-offerta ta’ CdI mill-proċedura;

—

ivverifikat ma’ SNS li l-offerta tagħha tat-23 ta’ Mejju 2011 ta’ EUR 55,1 miljun kienet għadha tapplika (ikkonfermata minn SNS fid-19 ta’ Jannar 2016);

—

ivverifikat li l-offerta ta’ SNS kienet konformi mar-rekwiżiti meħtieġa f’termini tal-forniment ta’ servizzi pubbliċi u mal-leġiżlazzjoni applikabbli;

—

ivverifikat il-valur tal-assi permezz ta’ rapport ġdid ikkummissjonat lil Ecorys (“it-Tieni Rapport ta’ Ecorys”), li stima valur ta’ EUR 34,4-39,9 miljun (ara l-premessa (122));

—

irrevokat il-kuntratt tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ma’ CdI u ttrasferixxiet lil SNS id-dejn ta’ EUR 37,1 miljun, li diġà tħallas minn CdI (47);

—

wara li rċeviet l-awtorizzazzjoni tal-Ministeru fis-6 ta’ April 2016, tat il-fergħa kummerċjali lil SNS fil-11 ta’ April 2016.

(100)

Fl-istess data, SNS u l-Ministeru tat-Trasport iffirmaw il-konvenzjoni l-ġdida.

2.3.3.3.   Il-kuntratt ta’ bejgħ ma’ SNS

(101)

Il-kuntratt ta’ bejgħ bejn Siremar f’EA u SNS jiddefinixxi l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar li ġiet ittrasferita bħala l-fergħa tal-kumpanija ddedikata għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport marittimu skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku li għaddejjin (48). B’mod partikolari, l-Artikolu 4 jispeċifika li l-assi tal-fergħa kummerċjali huma elenkati f’anness, u jkopru l-assi intanġibbli (49) u tanġibbli (50) kollha użati mill-kumpanija fit-twettiq tal-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku.

(102)

Skont l-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ bejgħ, il-prezz tal-bejgħ ta’ EUR 55,1 miljun huwa pagabbli kif ġej:

(a)

EUR 37,1 miljun mill-iffirmar tal-kuntratt tal-bejgħ (permezz tat-trasferiment tal-obbligu li tiġi rrimborżata CdI);

(b)

Il-bqija tiegħu kien differit kif ġej, b’imgħax ta’ 1,5 %: EUR 9 miljun, wara 72 xahar; EUR 9 miljun, wara 96 xahar.

(103)

L-Artikolu 7(6)(d) tal-kuntratt ta’ bejgħ jistabbilixxi li x-xerrej huwa kapaċi, f’konformità mal-paragrafu 4-quarter tal-Artikolu 4 tad-Digriet Amministrattiv 347/2003, jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz fuq terminu medju.

(104)

L-Artikolu 7(9) tal-kuntratt ta’ bejgħ jispeċifika li x-xerrej se jagħmel offerti ta’ impjiegi ġodda lill-persunal amministrattiv u tal-ekwipaġġ kollu okkupat fl-operat tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jqis il-kwalifiki miksuba u/jew l-ekwivalenza tad-deskrizzjonijiet tal-impjiegi, kif ukoll ftehimiet possibbli mat-trade unions. Dak l-artikolu jispeċifika wkoll li, kif meħtieġ mill-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999, ix-xerrej għandu joqgħod lura minn kwalunkwe sensja mhux dixxiplinarja għal perjodu ta’ sentejn (il-“kundizzjoni tal-forza tax-xogħol”). Skont l-Artikoli 7(11) u 7(12) tal-kuntratt ta’ bejgħ, ix-xerrej huwa obbligat li jinforma regolarment lill-bejjiegħ dwar l-osservanza ta’ dawn l-obbligi, b’penali sinifikanti li għandhom jitħallsu f’każ ta’ ksur.

(105)

L-Artikolu 8(12) tal-kuntratt ta’ bejgħ jispeċifika li, f’konformità mal-Artikolu 63(5) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999, is-sid il-ġdid mhux se jkun responsabbli li jħallas lura kwalunkwe wieħed mid-djun imġarrba minn Siremar qabel it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali.

2.3.3.4.   Iż-żieda fil-kapital

(106)

Fit-13 ta’ Ottubru 2011, l-azzjonisti ta’ CdI impenjaw ruħhom li jżidu l-kapital tagħha sa EUR 21 480 236. Fit-3 ta’ Frar 2012, Mediterranea, l-azzjonista maġġoritarja b’aktar minn 60 % tal-ishma ta’ CdI, wettqet żieda fil-kapital hija stess, li wasslet biex Sqallija ma għadhiex azzjonista maġġoritarja, bis-sehem tagħha jitnaqqas għal madwar 43 %.

(107)

Iż-żieda fil-kapital ta’ CdI seħħet waqt li Sqallija kienet l-azzjonista maġġoritarja ta’ Mediterranea, li min-naħa tagħha kienet (u għadha) l-azzjonista maġġoritarja ta’ CdI. L-objettiv taż-żieda fil-kapital kien li tinkiseb il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u li titħaddem il-konvenzjoni l-ġdida.

2.3.3.5.   Il-kontrogaranzija

(108)

Matul il-privatizzazzjoni, Sqallija ħarġet kontrogaranzija favur Unicredit.

(109)

L-ewwel nett, fit-3 ta’ Awwissu 2011, kif deskritt fil-premessa (83), Sqallija ħarġet kontrogaranzija favur Unicredit, li ppermettiet lil din tal-aħħar toħroġ, jumejn wara, ittra ta’ konfort li permezz tagħha impenjat ruħha li tiggarantixxi l-ħlasijiet parzjali differiti tal-prezz tal-bejgħ offrut minn CdI (jiġifieri EUR 39 miljun). Dik l-ittra kkundizzjonat b’mod espliċitu l-validità tal-garanzija tagħha għall-validità tal-kontrogaranzija minn Sqallija.

(110)

It-tieni, fis-7 ta’ Ottubru 2011, fi stadju aktar tard tal-proċedura, Sqallija kkonfermat id-disponibbiltà tagħha li toħroġ kontrogaranzija fuq il-ħlasijiet differiti tal-prezz tal-bejgħ ġdid sa ammont ta’ EUR 34,6 miljun. Fit-12 ta’ Ottubru 2011, Sqallija mmodifikat il-kontrogaranzija tat-3 ta’ Awwissu 2011, sabiex b’hekk tiggarantixxi ħlasijiet sa EUR 36 miljun. Fl-istess jum, Unicredit ħarġet it-tieni ittra ta’ konfort li ġiet inkluża fl-offerta ta’ suċċess minn CdI deskritta fil-premessa (89), mingħajr ma semmiet li l-kontrogaranzija minn Sqallija kienet għadha tapplika, kif emendata.

(111)

Fl-20 ta’ Novembru 2011, il-kontrogaranzija ta’ Sqallija ġiet sostitwita minn kontrogaranzija mill-azzjonisti kollha ta’ CdI. Fil-31 ta’ Jannar 2012, Sqallija bagħtet ittra lil Siremar f’EA li fiha ddikjarat li l-kontrogaranzija tat-12 ta’ Ottubru 2011 għandha titqies bħala li ġiet imsejħa lura. Fit-3 ta’ Frar 2012, Unicredit ħarġet nota li tikkonferma li l-garanzija tagħha tal-pagamenti parzjali differiti tal-prezz tal-bejgħ ma kinitx kundizzjonali fuq kontrogaranzija minn Sqallija.

2.3.3.6.   L-istudju ta’ Banca Profilo

(112)

Kif deskritt hawn fuq (ara l-premessa (78)), Banca Profilo nħatar mill-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku bħala l-esperta indipendenti inkarigata biex twettaq valwazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar skont l-Artikolu 4(4-quater) tal-liġi Marzano. Fit-8 ta’ Marzu 2011, Banca Profilo ħareġ rapport li fih iddeskriviet il-metodoloġiji ta’ valwazzjoni u d-data li kienet użat, li kienu jinkludu l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Siremar stess għall-perjodu 2011-2022. Dan ir-rapport kien jinkludi firxa stmata ta’ valuri għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar.

(113)

Il-valwazzjonijiet ta’ Banca Profilo huma bbażati fuq diversi suppożizzjonijiet, fosthom, l-aktar notevoli, li l-kuntratt ġdid ta’ servizz pubbliku japplika sal-iskadenza tiegħu u li, b’riżultat ta’ dan, il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar tirċievi kumpens għas-servizz pubbliku għall-operat tal-konnessjonijiet tat-trasport marittimu stabbiliti f’dak il-kuntratt. Fir-rapport ta’ valwazzjoni tiegħu, Banca Profilo juża l-metodi tal-Fluss tal-Flus Skontat (“DCF”) u tal-Valur Miżjud Ekonomiku (“EAV”) bħala l-metodoloġiji ewlenin tagħha u l-metodi tal-Multipli tas-Suq u l-Ekwità bħala metodoloġiji sekondarji għall-finijiet ta’ kontroll.

(114)

Skont il-metodoloġija DCF, Banca Profilo iqis: (i) il-flussi tal-flus iġġenerati sad-data ta’ skadenza tal-Konvenzjoni l-ġdida; (ii) il-valur tal-likwidazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar fil-jum tal-iskadenza tal-Konvenzjoni l-ġdida, abbażi tas-suppożizzjoni li mhux se jkun possibbli li l-operazzjonijiet jitkomplew wara dik id-data. Skont il-metodoloġija EAV, Banca Profilo jivvaluta: (i) il-valur kontabilistiku aġġustat; (ii) l-avvjament negattiv/pożittiv; (iii) il-valur tal-likwidazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar fil-jum tal-iskadenza tal-Konvenzjoni l-ġdida. Din il-valutazzjoni tiddependi fuq id-data mill-pjan industrijali tal-kumpanija u fuq il-kalkoli proprji ta’ Banca Profilo.

(115)

Fir-rigward tal-metodoloġiji sekondarji, dawn kienu jinkludu dawn li ġejjin. L-analiżi tal-Multipli tas-Suq hija bbażata fuq il-kalkoli ta’ Banca Profilo bl-użu ta’ data ta’ Bloomberg għal disa’ kumpaniji tat-trasport marittimu komparabbli. Il-Metodu tal-Ekwità jikkonsisti f’valutazzjoni tal-valur nett tal-assi kif irreġistrati fil-karta bilanċjali, iżda b’xi aġġustamenti fuq l-assi u l-obbligazzjonijiet u biż-żieda tal-valur stmat tal-assi immaterjali.

(116)

Banca Profilo kkonkluda li l-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar fiż-żmien tal-valutazzjoni tiegħu kien fil-medda ta’ EUR 55 sa 61 miljun. B’riżultat ta’ dan, il-prezz minimu għal din il-kumpanija jkollu jiġi stabbilit għal EUR 55 miljun.

2.3.3.7.   L-Ewwel Rapport ta’ Ecorys u t-Tieni Rapport ta’ Ecorys

(117)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni fdat lil Ecorys bil-kompitu li tistabbilixxi l-valur fis-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Il-konsulent intalab (i) jistabbilixxi l-valur fis-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida, (ii) jistabbilixxi l-valur fis-suq tal-fergħa kummerċjali mingħajr l-ebda kundizzjoni mehmuża u (iii) jistabbilixxi jekk il-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol naqqsitx il-prezz tal-bejgħ.

(118)

Sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida, l-Ewwel Rapport ta’ Ecorys applika l-metodoloġiji ewlenin użati wkoll minn Banca Profilo. B’mod partikolari, Ecorys applikat il-metodoloġiji tal-Fluss tal-Flus Skontat u tal-Valur Miżjud Ekonomiku.

(119)

L-ewwel nett, Ecorys ikkonkludiet li, kieku l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar inbiegħet mingħajr l-ebda kundizzjoni mehmuża u, b’mod partikolari, mingħajr il-kuntratt il-ġdid għall-operat tas-servizz pubbliku, il-kumpanija kienet tinbiegħ bil-valur tal-likwidazzjoni tagħha, (51) jiġifieri EUR – 0,3 miljun. Ecorys innotat li dan il-valur tal-likwidazzjoni huwa negattiv u indikat li, għalhekk, likwidazzjoni immedjata (essenzjalment bejgħ tal-bastimenti) ma kinitx alternattiva vijabbli għal operatur f’ekonomija tas-suq. Ecorys ibbażat din il-konklużjoni fuq is-suppożizzjoni li l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma setgħetx tkompli l-operazzjonijiet tagħha b’mod profittabbli mingħajr kumpens għas-servizz pubbliku. Ecorys iddeskriviet ir-rotot tas-servizz pubbliku operati kemm minn Tirrenia kif ukoll minn Siremar bħala “operazzjonijiet li jagħmlu telf kbir ikkaratterizzati minn volumi baxxi ta’ passiġġieri u kompletament dipendenti fuq il-finanzjament mill-Konvenzjonijiet”. Barra minn hekk, Ecorys ikkunsidrat li “l-possibbiltà li tinbidel il-kwalità tas-servizzi u aktar libertà sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-biljetti ma humiex kundizzjonijiet biżżejjed sabiex dawn ir-rotot isiru ekonomikament vijabbli mil-lat kummerċjali”.

(120)

It-tieni, sabiex tevalwa l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida, Ecorys assumiet li l-Konvenzjoni l-ġdida ma tiġix estiża fid-data ta’ skadenza tagħha u li, għalhekk, Siremar tiġi likwidata (52). Fuq din il-bażi, Ecorys iddeterminat li l-valur minimu fis-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kien jammonta għal EUR 57 miljun (jiġifieri, 5 % ogħla mill-valwazzjoni ta’ Banca Profilo).

(121)

It-tielet, Ecorys qabblet il-persunal tal-fergħat kummerċjali kemm ta’ Tirrenia kif ukoll ta’ Siremar ma’ dak ta’ diversi kumpaniji tal-laneċ komparabbli u kkonkludiet li l-għadd ta’ persunal u l-istruttura tal-kostijiet tal-persunal ta’ Siremar “huma simili għal dawn il-kumpaniji komparabbli, b’referenza għas-sehem tal-kostijiet lavorattivi tad-dħul totali (53) u l-proporzjon tal-kostijiet lavorattivi/persunal” (54). Fuq din il-bażi, Ecorys ikkonkludiet li ma hemm l-ebda element li juri li l-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol kellha xi impatt sinifikanti fuq il-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar.

(122)

Kif spjegat fil-premessa (99), l-Italja kkummissjonat ukoll it-Tieni Rapport ta’ Ecorys qabel ma kkonkludiet il-proċedura tal-bejgħ ma’ SNS, sabiex tivverifika li l-offerta mġedda ta’ din tal-aħħar kienet tirrifletti l-valur fis-suq tal-fergħa kummerċjali, mogħnija bil-kuntratt tas-servizz pubbliku, mill-31 ta’ Awwissu 2015. Dan it-Tieni Rapport ta’ Ecorys, maħruġ fit-28 ta’ Ottubru 2015, applika l-metodu tal-Fluss tal-Flus Skontat bħala l-għodda ta’ evalwazzjoni ewlenija tiegħu u l-Metodu tal-Ekwità biex tiġi vverifikata r-robustezza tas-sejbiet tagħhom. L-istima l-ġdida minn Ecorys kienet ta’ EUR 34,4 miljun bil-metodu tal-Fluss tal-Flus Skontat, bis-suppożizzjoni li l-konvenzjoni l-ġdida tkun fis-seħħ sal-31 ta’ Lulju 2024. Jekk il-konvenzjoni l-ġdida tiġi estiża sal-31 ta’ Lulju 2026, il-valur stmat tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar imbagħad ikun ta’ EUR 35,7 miljun. Il-metodu ta’ Valwazzjoni tal-Ekwità ta stima ta’ EUR 39,9 miljun.

(123)

Fl-aħħar nett, dak ir-rapport ġie kkomplementat minn tqabbil taż-żewġ pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju mħejjija minn SNS: l-ewwel wieħed, li jkopri l-perjodu 2011-2022 u li nkiteb f’Mejju 2011, u t-tieni wieħed, li jkopri l-perjodu 2016-2027 u li nkiteb fi Frar 2016. Ecorys ikkonkludiet li ż-żewġ pjanijiet ma kinux identiċi fis-suppożizzjonijiet tagħhom u ma kinux jinkludu l-istess livell ta’ dettall (eż., it-tieni pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ma kienx jinkludi l-lista ta’ rotot u frekwenzi). B’mod partikolari, id-differenzi ewlenin bejn il-pjanijiet kienu: is-suppożizzjonijiet dwar l-użu tal-flotta, dwar l-amortizzamenti, dwar il-kostijiet tal-persunal; u l-użu ta’ data preċedenti minn CdI, li ma kinitx disponibbli fl-ewwel pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Ecorys ħejjiet ukoll valutazzjoni ta’ paġna waħda li tikkonferma mal-awtoritajiet Taljani l-konsistenza loġika interna tat-tieni pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ SNS għall-perjodu 2016-2027.

2.3.4.   Il-Konvenzjoni l-ġdida

2.3.4.1.   Il-benefiċjarju

(124)

Inizjalment, CdI kienet l-offerenta rebbieħa għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u ffirmat il-Konvenzjoni l-ġdida għall-operat tar-rotot marittimi fit-30 ta’ Lulju 2012. Imbagħad, fil-11 ta’ April 2016, SNS ħadet post CdI u bdiet topera l-istess rotot.

2.3.4.2.   Ir-rotot

(125)

Skont il-Konvenzjoni l-ġdida, CdI u aktar tard SNS kellhom jipprovdu servizzi tal-passiġġieri u tal-laneċ fuq 20 rotta ta’ kabotaġġ maqsuma f’5 pakketti, xi drabi bi frekwenzi u/jew rotot differenti bejn l-eqqel staġun u l-istaġun kwiet (55) (ara Table 3).

Konnessjonijiet tal-laneċ (imħalltin)

Konnessjonijiet tal-passiġġieri (bastimenti veloċi)

Il-pakkett ta’ Milazzo – il-Gżejjer Eoliċi – Napli

C/1: Milazzo – Vulcano – Lipari – Rinella – Panarea – Ginostra – Stromboli – Napli u lura (matul is-sena kollha, żewġ konnessjonijiet fil-ġimgħa)

C/2: Milazzo – Vulcano – Lipari – Rinella – Salina u lura (matul is-sena kollha, konnessjoni waħda kuljum, l-ebda servizz nhar ta’ Ħadd fl-istaġun kwiet)

C/3: Milazzo – Vulcano – Lipari – Salina – Panarea – Ginostra – Stromboli u lura (matul is-sena kollha, żewġ konnessjonijiet fil-ġimgħa)

C/4: Milazzo – Vulcano – Lipari – Salina – Rinella – Filicudi – Alicudi u lura (matul is-sena kollha, ħames konnessjonijiet fil-ġimgħa fl-eqqel staġun u erba’ konnessjonijiet fil-ġimgħa fl-istaġun kwiet)

C/6: Lipari –Vulcano – Milazzo u lura (matul is-sena kollha, konnessjoni waħda kuljum)

ALC/2: Milazzo – Vulcano – Lipari – Rinella – Salina u lura (matul is-sena kollha, mill-inqas konnessjoni waħda kuljum)

ALC/3: Milazzo – Vulcano – Lipari – Salina – Panarea – Ginostra – Stromboli u lura (matul is-sena kollha, mill-inqas konnessjoni waħda kuljum)

ALC/4: Milazzo – Vulcano – Lipari – Salina – Rinella – Filicudi – Alicudi u lura (matul is-sena kollha, mill-inqas konnessjoni waħda kuljum)

ALC/6: Lipari –Vulcano – Milazzo u lura (matul is-sena kollha, konnessjoni waħda kuljum)

ALC/2 BIS: Lipari – Rinella – Salina – Lipari (matul is-sena kollha, erba’ konnessjonijiet fil-ġimgħa fl-eqqel staġun, tlieta fil-ġimgħa u waħda kuljum sa Salina fl-istaġun kwiet)

Il-pakkett ta’ Palermo – Ustica

D/1: Palermo – Ustica u lura (matul is-sena kollha, konnessjoni waħda kuljum)

ALD/1: Ustica – Palermo u lura (matul is-sena kollha, mill-inqas konnessjoni waħda kuljum)

Il-pakkett ta’ Trapani – il-Gżejjer Egadi

D/2: Trapani – Favignana – Levanzo – Marettimo u lura (matul is-sena kollha, mill-inqas konnessjoni waħda kuljum)

D/3: Trapani – Favignana – Levanzo – Trapani (matul is-sena kollha, żewġ konnessjonijiet kuljum fl-eqqel staġun, 12 fil-ġimgħa u konnessjonijiet inqas frekwenti lejn Levanzo fl-istaġun kwiet)

ALD/2: Trapani – Favignana – Levanzo – Marettimo u lura (matul is-sena kollha, żewġ konnessjonijiet kuljum)

ALD/3: Trapani – Favignana – Levanzo – Trapani (matul is-sena kollha, mill-inqas konnessjoni waħda kuljum)

ALD/2 BIS: Marettimo – Levanzo – Favignana – Trapani u lura (matul is-sena kollha, mill-inqas konnessjoni waħda kuljum)

ALD/3 BIS: Trapani – Favignana – Levanzo – Trapani (matul is-sena kollha, mill-inqas żewġ konnessjonijiet kuljum)

Il-pakkett ta’ Trapani – Pantelleria

D/4: Trapani – Pantelleria u lura (matul is-sena kollha, konnessjoni waħda kuljum fl-eqqel staġun, sitta fil-ġimgħa fl-istaġun kwiet)

 

Il-pakkett ta’ Porto Empedocle – il-Gżejjer Pelagie

D/5: Porto Empedocle – Linosa – Lampedusa u lura (matul is-sena kollha, sitt konnessjonijiet fil-ġimgħa)

 

Tabella 3 – Rotot operati minn CdI u aktar tard minn SNS skont il-Konvenzjoni l-ġdida

(126)

L-Anness A tal-Konvenzjoni l-ġdida jagħti dettalji dwar kif għandha tiġi operata kull waħda mir-rotot fit-Tabella 3 (eż. it-tip ta’ bastimenti, il-frekwenza staġunali). Barra minn hekk, in-nollijiet mitluba lill-utenti ma jistgħux jaqbżu l-limiti stabbiliti mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni l-ġdida u spjegati fid-dettall fl-istess Anness A.

2.3.4.3.   Id-durata

(127)

Kemm il-Konvenzjoni l-ġdida bejn Sqallija u CdI kif ukoll dik bejn Sqallija u SNS għandhom durata ta’ tnax-il sena. Il-kuntratt ma’ SNS daħal fis-seħħ fit-12 ta’ April 2016 u se jiskadi fil-11 ta’ April 2028.

2.3.4.4.   L-obbligi ta’ servizz pubbliku

(128)

L-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti jikkonċernaw il-links tat-trasport marittimu li għandhom jiġu operati (ara l-premessa (125)), it-tip u l-kapaċità tal-bastimenti assenjati għar-rotot marittimi rispettivi operati, id-disponibbiltà ta’ bastiment ta’ riżerva biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, il-frekwenza tas-servizz, u n-nollijiet massimi mitluba lill-utenti tas-servizz fuq kull waħda mir-rotot rispettivi.

2.3.4.5.   Il-kumpens

(129)

Il-kumpens annwali li għandha tirċievi l-kumpanija fdata bl-obbligi ta’ servizz pubbliku definiti fil-Konvenzjoni l-ġdida huwa limitat bil-liġi għal EUR 55 694 895. L-ammont ta’ kumpens għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-metodoloġija stabbilita mid-Direttiva CIPE (ara l-premessi (48) sa (58)). Il-kumpens tħallas liż-żewġ kumpaniji kif ġej:

 

Kumpens imħallas lil CdI

Kumpens imħallas lil SNS

2012

EUR 23 346 079

(Awwissu-Diċembru)

—

2013

EUR 55 694 895

—

2014

EUR 55 694 895

—

2015

EUR 55 694 895

—

2016

EUR 15 397 836

EUR 40 297 059

2017

—

EUR 55 694 895

2018

—

EUR 55 694 895

2019

—

EUR 55 694 895

Tabella 4 – Kumpens 2012-2019

(130)

L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni l-ġdida jipprevedi rieżami regolari ta’ tliet snin tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet sussidjati, sabiex jiġi vverifikat li ma hemm l-ebda żbilanċ finanzjarju. Barra minn hekk, l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni l-ġdida jistabbilixxi li, f’ċirkostanzi speċifiċi ħafna ta’ bidliet mhux mistennija u strutturali fid-dħul jew fil-kostijiet, u fi kwalunkwe każ, biss wara l-ewwel sena ta’ kull perjodu ta’ tliet snin, il-partijiet jistgħu jagħtu bidu għal tali rieżami qabel.

2.3.5.   Il-prijorità tal-irmiġġ

(131)

Il-paragrafu 21 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009 stabbilixxa li, sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi tagħhom ta’ servizz pubbliku, il-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, inkluża Siremar, iżommu l-irmiġġ li diġà kien allokat u l-prijorità fl-allokazzjoni ta’ slots ġodda f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Awtoritajiet Marittimi Taljani kif stabbiliti mil-Liġi Nru. 84 tat-28 ta’ Jannar 1994 u mill-Kodiċi Marittimu Taljan.

2.3.6.   Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010

(132)

Il-Liġi tal-2010 stabbiliet il-possibbiltà għall-impriżi tal-eks Tirrenia Group, inkluża Siremar, li jużaw ir-riżorsi finanzjarji diġà impenjati għall-ammeljorament u l-modernizzazzjoni tal-flotta (56), sabiex ikopru l-ħtiġijiet urġenti ta’ likwidità.B’mod partikolari, minn żewġ faċilitajiet (57), kienu diġà twarrbu EUR 23 750 000 sabiex jitħallsu l-ammeljoramenti ta’ Tirrenia Group kollu, li EUR 7 215 800 minnhom marru għal Siremar.L-impriżi tal-eks Tirrenia Group li użaw dawn il-fondi għal finijiet ta’ likwidità kienu meħtieġa li jirritornawhom aktar tard, sabiex b’hekk xorta setgħu jsiru l-ammeljoramenti meħtieġa fil-bastimenti. Dawk l-ammeljoramenti kienu meħtieġa biex jintlaħqu ċerti standards internazzjonali tas-sikurezza wara l-Ftehim ta’ Stokkolma tal-1996 (58).

(133)

Barra minn hekk, il-Liġi tal-2010 stabbiliiet ukoll dan li ġej:

(a)

Il-Konvenzjonijiet inizjali huma estiżi mill-1 ta’ Ottubru 2010 sa tmiem il-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u ta’ Siremar (ara wkoll il-premessa (31));

(b)

L-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009, ikkonvertit b’modifiki fil-Liġi tal-2009, huwa emendat bl-introduzzjoni tal-paragrafu 24-bis. Skont dak il-paragrafu, l-atti u l-operazzjonijiet uffiċjali kollha skont il-paragrafi 1-15 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009 jibbenefikaw minn eżenzjoni fiskali. Dawk il-paragrafi huma relatati mal-liberalizzazzjoni tas-settur tal-kabotaġġ marittimu permezz tal-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia Group;

(c)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku u jiġi appoġġat il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, ir-reġjuni rilevanti jistgħu jagħmlu użu mir-riżorsi tal-Fondo Aree Sottoutilizzate (“FAS”) (59) skont id-Direttiva CIPE nru. 1/2009 tas-6 ta’ Marzu 2009 (60).

2.4.   Il-proċedura ta’ ksur Nru 2007/4609

(134)

Wara skambji preċedenti bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani, fid-19 ta’ Diċembru 2008, id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u t-trasport bagħat talba għall-informazzjoni lill-Italja. Din it-talba kienet tikkonċerna fost affarijiet oħra, ħarsa ġenerali lejn ir-rotot tas-servizz pubbliku f’dak iż-żmien u l-mandat tas-servizz pubbliku li l-Italja kienet tipprevedi skont il-Konvenzjonijiet il-ġodda proposti. Barra minn hekk, l-Italja ntalbet tipprovdi aktar dettalji dwar il-pjanijiet ta’ privatizzazzjoni għal Tirrenia Group.

(135)

Fl-ittra tagħhom tat-28 ta’ April 2009, l-awtoritajiet Taljani pprovdew tweġiba dettaljata:

—

Innotaw li l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali sal-31 ta’ Diċembru 2009 kienet meħtieġa biex tinkiseb il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-kabotaġġ marittimu fl-Italja permezz tal-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia Group;

—

Sostnew li l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Tirrenia Group kien meħtieġ biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali mal-gżejjer permezz ta’ konnessjonijiet marittimi li ma humiex ipprovduti minn operaturi privati fis-suq;

—

Indikaw li fl-10 ta’ Marzu 2009 kien ġie konkluż proċess ta’ razzjonalizzazzjoni bir-reqqa tar-rotot. Dan il-proċess qies l-aspetti soċjali, ekonomiċi u tal-impjiegi rilevanti, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu salvagwardjati l-konnessjonijiet essenzjali għall-kontinwità territorjali u inkluda konsultazzjoni mas-sitt reġjuni kkonċernati. Din ir-razzjonalizzazzjoni tirriżulta fit-tnaqqis tal-kost nett tas-servizz pubbliku ta’ madwar EUR 66 miljun u fis-sensja ta’ madwar 600 membru tal-ekwipaġġ impjegati għal Tirrenia Group kollu. L-Italja fakkret ukoll li r-razzjonalizzazzjoni tal-2009 ikkomplementat sforzi preċedenti (fl-2004, fl-2006 u fl-2008) sabiex jitnaqqsu s-servizzi operati minn Tirrenia Group;

—

Spjegaw li l-objettivi tar-razzjonalizzazzjoni kienu li (i) jinżammu l-konnessjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali, mal-gżejjer u bejniethom u mal-art kontinentali, u biex jiġi żgurat id-dritt għas-saħħa, għall-istudju u għall-mobbiltà, (ii) jiġu razzjonalizzati l-konnessjonijiet fejn kien hemm operaturi privati li jipprovdu l-istess konnessjonijiet matul l-istess perjodu ta’ żmien, b’garanziji simili ta’ kwalità u kontinwità, u (iii) jiġu razzjonalizzati l-konnessjonijiet tal-eqqel staġun u ta’ veloċità għolja li jittrasportaw biss persuni;

—

Jagħtu ħarsa ġenerali lejn ir-rotot operati mill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group matul l-2008 u l-għadd imnaqqas ta’ rotot li joperaw il-kumpaniji ta’ Tirrenia Group fl-2009. Skont l-awtoritajiet Taljani, dawn ir-rotot imsemmija l-aħħar ikunu jifformaw il-bażi għall-Konvenzjonijiet il-ġodda li kellhom jiġu konklużi mas-sidien il-ġodda tal-kumpaniji ta’ Tirrenia Group.

(136)

Fil-21 ta’ Diċembru 2009, id-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u t-trasport bagħat ittra lill-awtoritajiet Taljani, fejn innota, inter alia, li:

—

Fl-isfond tar-rivoluzzjoni radikali tas-settur tal-kabotaġġ marittimu fl-Italja, u minħabba l-impatt soċjali konsiderevoli li kienet tinvolvi l-privatizzazzjoni, skont l-awtoritajiet Taljani, li kieku l-offerti kellhom jitwettqu fuq bażi sempliċi ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku, is-sejħa għall-offerti lill-kumpaniji tat-trasport marittimu mogħtija tali kuntratti kienet aċċettabbli – fil-prinċipju u bħala eċċezzjoni – għall-iskop li tiġi żgurata l-konformità mal-kriterju tan-nondiskriminazzjoni fost is-sidien tal-bastimenti Komunitarji stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 (61) (“ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu”);

—

Il-kumpens għas-servizz pubbliku kellu jkun ristrett għal dawk il-linji li fihom il-preżenza kontinwa ta’ operaturi oħrajn matul is-sena kollha kienet limitata. F’dak ir-rigward, intalbu kjarifiki dwar il-falliment tas-suq fuq ċerti rotot operati minn Tirrenia u Caremar. L-ittra rrimarkat ukoll li hija biss l-inklużjoni ta’ linji domestiċi (u mhux linji internazzjonali) f’kuntratt ta’ servizz pubbliku li tista’ tiġi ġġustifikata abbażi tal-objettiv ta’ kontinwità territorjali;

—

Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ Tirrenia Group skadew fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-privatizzazzjoni ppjanata mill-Italja tista’ tieħu aktar żmien milli previst. Għalhekk, l-ittra indikat il-possibbiltà li tintbagħat ittra ta’ avviż formali għal implimentazzjoni ħażina tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu.

(137)

Fit-22 ta’ Jannar 2010, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għall-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2009:

—

Innotaw li l-Kummissjoni qablet fil-prinċipju mal-approċċ propost għall-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia Group flimkien ma’ kuntratti ġodda ta’ servizz pubbliku;

—

Ipprovdew spjegazzjonijiet dwar ir-rotot li għalihom il-Kummissjoni kienet qajmet għadd ta’ mistoqsijiet;

—

Semmew li s-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għall-bejgħ ta’ Tirrenia (inkluża Siremar) kienet ġiet ippubblikata fit-23 ta’ Diċembru 2009. L-Italja indikat li kellha l-ħsieb li tlesti l-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia Group kollu kemm hu sat-30 ta’ Settembru 2010;

—

Talbu lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-argumenti pprovduti fir-rigward tal-falliment tas-suq kienu suffiċjenti.

(138)

Fid-29 ta’ Jannar 2010 (62), il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ avviż formali rigward il-ksur tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. F’din l-ittra, il-Kummissjoni fakkret li dak ir-Regolament jirrikjedi li kull meta Stat Membru jikkonkludi kuntratti ta’ servizz pubbliku jew jimponi obbligi ta’ servizz pubbliku, huwa għandu jagħmel dan fuq bażi mhux diskriminatorja fir-rigward tas-sidien tal-bastimenti kollha tal-Komunità. Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data ta’ skadenza tal-kuntratt rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpaniji ta’ Tirrenia Group komplew joperaw servizzi tat-trasport marittimu wara l-iskadenza tal-kuntratti pubbliċi rispettivi ta’ servizz (il-Konvenzjonijiet inizjali). B’mod partikolari, dawk il-Konvenzjonijiet kellhom jiskadu fl-aħħar tal-2008, iżda ġew estiżi ripetutament mill-Italja. Għalhekk, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Taljani sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.

(139)

Ukoll fid-29 ta’ Jannar 2010, id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u għat-trasport wieġeb għall-ittra tal-awtoritajiet Taljani tat-22 ta’ Jannar 2010. Id-Direttur Ġenerali indika li l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti fir-rigward tal-linji operati minn Tirrenia kienu suffiċjenti biex jitneħħew id-dubji espressi qabel. Barra minn hekk, id-Direttur Ġenerali nnota b’mod pożittiv li, wara t-talba preċedenti tiegħu, l-Italja kienet neħħiet konnessjoni internazzjonali mill-abbozz il-ġdid tal-Konvenzjoni għal Tirrenia. Fir-rigward tal-mistoqsijiet imqajma dwar ir-rotot operati minn Caremar, il-ġustifikazzjonijiet għal uħud minn dawn ir-rotot biss tqiesu li kienu suffiċjenti. Għalhekk, l-Italja ntalbet tipprovdi aktar kjarifiki dwar uħud mir-rotot ta’ Caremar. Id-Direttur Ġenerali fakkar li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku jistgħu jkopru biss ir-rotot li għalihom hemm falliment tas-suq. Id-Direttur Ġenerali enfasizza wkoll li t-tweġiba tiegħu kienet tikkonċerna biss il-konformità mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u mhux kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat.

(140)

Fid-29 ta’ Marzu 2010, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għall-ittra ta’ avviż formali tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2010:

—

Fakkru li s-servizzi tal-Kummissjoni, permezz tal-ittra tagħhom tal-21 ta’ Diċembru 2009 (ara l-premessa (136)), fil-prinċipju qablu mal-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia Group permezz tar-raggruppament tal-kumpaniji ma’ kuntratti ġodda ta’ servizz pubbliku;

—

Innotaw li l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali kienet motivata biss mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità fl-operat tas-servizz pubbliku marittimu sat-tlestija tal-proċessi rispettivi ta’ privatizzazzjoni;

—

Ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu l-proċess ta’ privatizzazzjoni sat-30 ta’ Settembru 2010 sabiex jilliberalizzaw is-settur tal-kabotaġġ marittimu sa dik id-data;

—

Ipprovdew ħarsa ġenerali lejn il-proċess ta’ privatizzazzjoni għal Tirrenia (inkluża Siremar). B’mod partikolari, l-Italja indikat li wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess, fid-19 ta’ Frar 2010 kienu ġew sottomessi 16-il espressjoni ta’ interess minn 19-il entità. Bħala parti mill-fażi tad-diliġenza dovuta, fit-22 ta’ Marzu 2010 kienet infetħet kamra tad-data u din kienet se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Mejju 2010. F’dak iż-żmien, l-Italja stenniet li l-kuntratt ta’ bejgħ ikun jista’ jiġi ffirmat sa nofs Lulju 2010 u li s-sjieda tiġi ttrasferita sa Settembru 2010;

—

Ikkjarifikat li fil-proċedura tal-offerti għal Toremar, kien hemm 11-il parti interessata li kienu se jieħdu sehem fil-fażijiet li jmiss ta’ dik il-proċedura;

—

Indikat li l-inċertezza kontinwa li tinħoloq bħala riżultat tat-tkomplija tal-proċedura ta’ ksur tista’ tipperikola l-proċessi ta’ privatizzazzjoni u taffettwa b’mod negattiv ukoll il-valur tal-kumpaniji mressqa għall-offerti;

—

Offriet kooperazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni biex jiġi ċċarat kwalunkwe dubju li jifdal fir-rigward kemm tal-proċedura ta’ ksur kif ukoll ta’ kwistjonijiet possibbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(141)

Fl-10 ta’ Settembru 2010, l-awtoritajiet Taljani informaw lill-Kummissjoni matul laqgħa ad hoc li l-proċedura għall-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u Siremar kienet ikkanċellata fl-istadju finali u li, konsegwentement, id-data tal-għeluq tat-30 ta’ Settembru ma kinitx se tintlaħaq. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani rrapportaw li l-proċeduri kompetittivi għall-kuntratti ta’ Caremar, Saremar, Siremar u Toremar ġew ittardjati wkoll. Sussegwentement, il-Liġi tal-2010 kompliet testendi l-Konvenzjonijiet inizjali sat-tlestija tal-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u Siremar.

(142)

Wara dawn l-iżviluppi, il-Kummissjoni bagħtet ittra komplementari ta’ avviż formali fl-24 ta’ Novembru 2010. F’dik l-ittra, il-Kummissjoni:

—

Innotat li l-Konvenzjonijiet inizjali ta’ Tirrenia, Siremar, Caremar, Saremar u Toremar ġew estiżi awtomatikament u mingħajr l-ebda proċedura kompetittiva;

—

Irrimarkat li filwaqt li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku inkwistjoni komplew jiġu applikati, ma kienet tlestiet l-ebda proċedura kompetittiva;

—

Indikat li hija rriżervat id-dritt tagħha li toħroġ opinjoni motivata jekk ikun meħtieġ (filwaqt li tqis kwalunkwe kumment li tista’ tagħmel l-Italja).

(143)

Fil-21 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni adottat opinjoni motivata dwar id-dewmien tal-privatizzazzjoni ta’ tliet kumpaniji Tirrenia (Caremar, Laziomar u Saremar) ta’ dak li kien Tirrenia Group. Billi l-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti għat-tliet kumpaniji l-oħrajn (Tirrenia, Toremar u Siremar) kienu tlestew matul l-2011 (63), dawk il-kumpaniji ma kinux koperti mill-opinjoni motivata. Il-Kummissjoni nnotat li l-Italja ma kinitx implimentat proċeduri kompetittivi għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizz għall-kabotaġġ marittimu operati mill-kumpaniji Caremar, Laziomar u Saremar, aktar minn tliet snin wara l-iskadenza normali tal-Konvenzjonijiet inizjali rispettivi. Għall-kuntrarju, dawk il-Konvenzjonijiet kienu ġew estiżi awtomatikament u b’mod indefinit, biex b’hekk jimpedixxu lil sidien oħrajn ta’ bastimenti Komunitarji milli jikkompetu għall-għoti ta’ dawk il-kuntratti.

(144)

Fit-8 ta’ Awwissu 2012, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għall-opinjoni motivata li tiddikjara li l-avviżi ta’ offerti għall-għoti tal-kumpaniji mogħnija b’kuntratti ta’ servizz pubbliku ġodda ġew ippubblikati jew dalwaqt se jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, għal Caremar, l-avviż ġie ppubblikat fl-20 ta’ Lulju 2012 u għal Laziomar, l-avviż intbagħat għall-pubblikazzjoni fl-1 ta’ Awwissu 2012. Finalment, għal Saremar, fit-2 ta’ Awwissu 2012 ġiet adottata Liġi li kienet teħtieġ il-pubblikazzjoni ta’ avviż bħal dan sat-2 ta’ Ottubru 2012.

(145)

Fit-13 ta’ Jannar 2014, Compagnia Laziale di Navigazione saret is-sid il-ġdid ta’ Laziomar u ffirmat kuntratt pubbliku ta’ servizz ta’ għaxar snin għal konnessjonijiet mal-arċipelagu ta’ Pontine. Fis-16 ta’ Lulju 2015, ATI SNAV-Rifim saret is-sid ta’ Caremar u ġiet inkarigata b’kuntratt pubbliku ta’ servizz ta’ disa’ snin. Finalment, wara d-Deċiżjoni tal-2014, Saremar ġiet illikwidata u l-kuntratt pubbliku ta’ servizz għar-rotot bejn Sardinja u l-gżejjer iż-żgħar ingħata lil Delcomar f’Marzu 2016.

(146)

Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Lulju 2016, l-awtoritajiet Taljani informaw lill-Kummissjoni li l-privatizzazzjoni tal-kumpaniji kollha ta’ dak li kien Tirrenia Group kienet tlestiet. Fit-8 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ ksur.

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU U GĦALL-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA

3.1.   L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Siremar

3.1.1.   Il-konformità ma’ Altmark u l-eżistenza ta’ għajnuna

(147)

Fid-Deċiżjoni tagħha tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li d-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ma kinitx ċara biżżejjed u, b’hekk, ma ppermettietx lill-Kummissjoni tikkonkludi b’mod definittiv jekk kienx fiha żball manifest. B’mod partikolari, anke jekk l-awtoritajiet Taljani argumentaw li l-kompetituri ta’ Siremar fuq ir-rotot li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-missjoni ta’ SGEI kienu operaturi li jipprovdu servizzi marittimi b’mod ugwali taħt kumpens pubbliku, mingħajr definizzjoni minn qabel tal-livell tas-servizzi meħtieġa, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk kienx hemm ħtieġa reali għal servizz pubbliku fuq dawn ir-rotot.

(148)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li t-tieni kriterju tas-sentenza ta’ Altmark (64) ġie ssodisfat, billi l-parametri abbażi tal-kalkolu tal-kumpens kienu ġew stabbiliti minn qabel u osservaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li dawn il-parametri huma deskritti fil-Konvenzjoni inizjali (għall-kumpens li jikkonċerna s-sena 2009) u fid-Direttiva CIPE (għall-kumpens mill-2010 ’il quddiem).

(149)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset li t-tielet kriterju tas-sentenza ta’ Altmark ma kienx jidher li ġie ssodisfat u li l-operaturi setgħu ġew ikkumpensati żżejjed għat-twettiq tal-kompiti ta’ servizz pubbliku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % li beda japplika mill-2010 ’il quddiem jirriflettix livell xieraq ta’ riskju, minħabba li prima facie Siremar ma kinitx tidher li tassumi r-riskji li normalment jiġġarrbu fl-operat ta’ tali servizzi.

(150)

Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li r-raba’ kriterju ta’ Altmark ma ġiex issodisfat minħabba li l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali ma kinitx soġġetta għal sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li ma kienet irċeviet l-ebda evidenza biex tappoġġa l-argument li Siremar fil-fatt ipprovdiet is-servizzi inkwistjoni bl-inqas kost għall-komunità.

(151)

Għalhekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kumpensi għas-servizz pubbliku mħallsin lil Siremar matul il-perjodu 2009-2011 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li din l-għajnuna jenħtieġ li titqies bħala għajnuna ġdida.

(152)

Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni qieset li sal-punt li l-kundizzjonijiet kollha kienu baqgħu l-istess fl-2012 u sad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida, il-kumpens mogħti lil Siremar mill-1 ta’ Jannar 2012 taħt l-estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjoni inizjali jikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat.

3.1.2.   Il-kompatibbiltà

(153)

Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens għas-servizz pubbliku għas-snin 2009-2011 jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni kemm tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 (65) kif ukoll tal-Qafas tal-SGEI tal-2005 (66). Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat dik il-miżura direttament skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE u sabet li kellha dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà applikabbli ġewx issodisfati.

(154)

Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni nnotat li fil-31 ta’ Jannar 2012 kien daħal fis-seħħ pakkett ġdid ta’ SGEI, li jikkonsisti fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 (67) u fil-Qafas tal-SGEI tal-2011. Madankollu, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens tas-servizz pubbliku skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali ma setax jitqies kompatibbli mas-suq intern u jiġi eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2011.

(155)

Il-Liġi tal-2010 kienet tipprevedi l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali mit-30 ta’ Settembru 2010 sa tmiem il-proċess ta’ privatizzazzjoni. Siremar kienet f’diffikultà fil-mument li ġiet adottata l-Liġi tal-2010 (ara l-premessa (67)). B’riżultat ta’ dan, il-kumpens riċevut mill-kumpanija mill-1 ta’ Ottubru 2010 sal-privatizzazzjoni tagħha ma setax jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-Qafas SGEI tal-2011. Minflok, abbażi tal-paragrafu 9 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li din l-għajnuna jenħtieġ li tiġi vvalutata abbażi tal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar.

(156)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kriterji ta’ kompatibbiltà stabbiliti mil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ma ġewx issodisfati f’dan il-każ u, għalhekk, kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens imħallas lil Siremar f’diffikultà jammonta għal għajnuna inkompatibbli għar-ristrutturar.

3.2.   Estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar

(157)

Fid-Deċiżjoni tal-2012, Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-għajnuna għas-salvataġġ kienet ġiet estiża b’mod illegali mit-28 ta’ Awwissu 2011 għat-18 ta’ Settembru 2012 u li l-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ matul dan il-perjodu kienet tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli lil Tirrenia u lil Siremar u possibbilment ukoll lix-xerrejja rispettivi tagħhom. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li l-Italja ma kinitx ippreżentat pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni fi żmien sitt xhur wara l-iżborż tal-ewwel pagament parzjali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil dawn il-kumpaniji, kif meħtieġ mil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kundizzjonijiet għal estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ kif stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ma ġewx issodisfati lanqas.

3.3.   Il-privatizzazzjoni ta’ Siremar, il-kontrogaranzija, u ż-żieda fil-kapital ta’ CdI

3.3.1.   Il-privatizzazzjoni ta’ Siremar

(158)

Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha li l-proċedura tal-offerti għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kienet trasparenti u inkondizzjonata biżżejjed sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ ikun sar bil-prezz tas-suq.

(159)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li għalkemm is-sejħa għal espressjoni ta’ interess ġiet ippubblikata f’diversi gazzetti u fuq għadd ta’ siti web, is-sejħa ma kinitx tidher li tagħti dettalji dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-bejgħ u ma tat l-ebda struzzjoni ċara lill-offerenti rigward il-fażijiet sussegwenti tal-proċedura. Is-sejħa lanqas ma kien jidher li fiha kriterji ta’ qabel il-kwalifika jew tal-għażla jew xi kundizzjoni oħra li kellha tiġi ssodisfata mill-offerenti minbarra l-kundizzjoni obbligatorja li jrid jibqa’ jiġi pprovdut is-servizz pubbliku. Barra minn hekk, l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-assi soġġetti għall-proċedura tal-bejgħ saret disponibbli għall-offerenti biss matul il-fażi tad-diliġenza dovuta.

(160)

It-tieni, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li ċerti rekwiżiti imposti fil-privatizzazzjoni setgħu rrestrinġew l-għadd ta’ offerenti u/jew influwenzaw il-prezz tal-bejgħ. Il-Kummissjoni ddikjarat mill-ġdid il-prattika stabbilita tagħha dwar il-bejgħ tal-assi ta’ impriżi tal-Istat mill-Istat jew imputabbli lill-Istat: kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi, li bejjiegħ privat ma jagħmilx, bħal tħassib dwar l-ordni pubbliku, l-impjiegi jew l-iżvilupp reġjonali, jissuġġerixxu l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, jekk jimponu obbligi onerużi fuq ix-xerrej potenzjali u, għalhekk, jistgħu jnaqqsu l-prezz tal-bejgħ.

(161)

Il-proċeduri tal-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar kienu bbażati fuq il-proċedura stabbilita mil-liġi Marzano (ara l-premessa (70)). Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat iż-żewġ proċeduri flimkien. Hija kienet tal-fehma li l-bejgħ tal-fergħat kummerċjali fdati bil-Konvenzjonijiet il-ġodda rriżulta f’obbligu fuq ix-xerrejja li jipprovdu s-servizz pubbliku soġġett għall-obbligi ta’ kwalità, frekwenza u nollijiet stabbiliti minn qabel mill-Konvenzjonijiet il-ġodda. Billi impona obbligi bħal dawn, lill-Kummissjoni dehrilha li l-Istat ma fittixx li jikseb l-ogħla prezz, iżda pjuttost li jsegwi objettivi ta’ interess pubbliku. Il-Kummissjoni kkunsidrat li kien improbabbli ħafna li bejjiegħ privat kien jagħti l-istess importanza lill-operat mhux interrott tas-servizz pubbliku.

(162)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni kkunsidrat li bejjiegħ privat, li jopera taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma kienx jimponi l-obbligu li jinżammu l-livelli ta’ impjieg għal sentejn.

(163)

Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-proċedura ta’ privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma kinitx trasparenti u inkondizzjonata biżżejjed sabiex tiżgura minnha nnifisha li l-bejgħ ikun sar bil-prezz tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li ngħata vantaġġ ekonomiku la lill-attività ekonomika mibjugħa u lanqas lix-xerrej.

(164)

Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li kwalunkwe għajnuna li setgħet ingħatat matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni kienet tkun inkompatibbli.

3.3.2.   Il-kontrogaranzija

(165)

Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kontrogaranzija minn Sqallija tal-pagamenti parzjali differiti tal-prezz tal-bejgħ għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar setgħet kienet tikkostitwixxi għajnuna lil CdI bħala l-mutwatarja u lil Unicredit bħala l-ewwel garanti.

(166)

Tabilħaqq, il-kontrogaranzija dehret li ppermettiet lil CdI tibbenefika minn garanzija li altrimenti ma kinitx tingħata jew kienet tingħata fuq termini differenti u inqas favorevoli. Il-Kummissjoni nnotat li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-kontrogaranzija ma kinitx tidher li ġiet remunerata.

(167)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-pożizzjoni tal-Kontabilist Ġenerali dehret li hija tali li tinfluwenza l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi Sqallija. Minħabba l-involviment tiegħu fil-ġestjoni ta’ kuljum ta’ Mediterranea, u s-sehem sinifikanti ta’ din tal-aħħar fil-kapital ta’ CdI, il-Kummissjoni qieset li x’aktarx li l-kontrogaranzija ngħatat sabiex tiffavorixxi lil CdI fil-proċess tal-bejgħ, aktar milli skont it-termini tas-suq.

(168)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li d-dokumenti sottomessi mill-Italja biex turi li l-kontrogaranzija ma pproduċiet l-ebda effett ma kinux imorru lura qabel l-għoti tal-offerta lil CdI. Għall-kuntrarju, iż-żewġ dokumenti nħarġu wara li SNS kienet ressqet ilment lill-Kummissjoni.

(169)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kontrogaranzija setgħet akkwistat ukoll vantaġġ ekonomiku għal Unicredit, bħala l-ewwel garanti, billi naqqset ir-riskji assoċjati mal-garanzija tagħha stess, sakemm il-kontrogaranzija ma tkunx ġiet remunerata bi primjum xieraq.

(170)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kontrogaranzija setgħet kienet tikkostitwixxi għajnuna lil Unicredit u CdI.

3.3.3.   Iż-żieda fil-kapital ta’ CdI

(171)

Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni qieset li ż-żieda fil-kapital minn Mediterranea setgħet tat vantaġġ lil CdI, sal-punt li Sqallija ma kinitx aġixxiet bħal investitur tas-suq privat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li ż-żieda fil-kapital minn Mediterranea kienet iffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u kienet imputabbli lill-Istat.

(172)

Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li ż-żieda fil-kapital setgħet kienet tikkostitwixxi għajnuna lil CdI.

3.3.4.   Il-kompatibbiltà

(173)

Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni qieset, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li kwalunkwe għajnuna li setgħet inħolqot matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni kienet tkun inkompatibbli.

(174)

Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni qieset, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li kemm il-kontrogaranzija kif ukoll iż-żieda fil-kapital ta’ CdI setgħu kienu jikkostitwixxu għajnuna operatorja, li fil-prinċipju hija inkompatibbli mas-suq intern.

3.4.   Il-Konvenzjoni l-ġdida bejn l-Istat Taljan u CdI

(175)

Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens lix-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (f’dak iż-żmien, CdI), ma ssodisfax il-kriterji stabbiliti fis-Sentenza ta’ Altmark u, għalhekk, kien jammonta għal għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(176)

Il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet:

(a)

il-kompetituri li dehru li qed joffru servizzi simili kienu preżenti mill-inqas fuq ċerti rotot operati minn CdI;

(b)

il-kalkolu tal-kumpens skont id-Direttiva CIPE deher li wassal biex l-operatur jiġi kkumpensat iżżejjed għall-forniment tas-servizz pubbliku għall-istess raġunijiet espressi fid-Deċiżjoni tal-2011;

(c)

ir-raba’ kriterju tas-Sentenza ta’ Altmark (68) kien jidher li ma ġiex osservat, minħabba li l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar mogħnija b’Konvenzjoni ġdida, minflok bil-kuntratt ta’ servizz pubbliku fih innifsu, kienet ġiet offruta u ma kienx intwera li dan ippermetta l-għażla tal-offerent li kapaċi jipprovdi s-servizzi bl-inqas kost għall-komunità.

(177)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-kumpens lil CdI, il-Kummissjoni l-ewwel ivvalutatha skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011. Madankollu, billi d-durata tal-kuntratt dehret li kienet itwal minn 10 snin u billi kellha dubji dwar il-proporzjonalità tal-kumpens, hija kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens ma setax jitqies li huwa kompatibbli abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011. Il-Kummissjoni mbagħad ivvalutat il-kompatibbiltà tal-għajnuna skont il-Qafas tal-SGEI tal-2011 u sabet li hija kellha dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet kollha ta’ kompatibbiltà ta’ dak il-Qafas ġewx issodisfati.

3.5.   Il-prijorità tal-irmiġġ

(178)

Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li fejn il-prijorità tal-irmiġġ ma tkunx remunerata, il-miżura tkun vantaġġ regolatorju li ma jinvolvi l-ebda trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u, għalhekk, ma tistax tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Jekk il-prijorità tal-irmiġġ tkun remunerata, il-Kummissjoni qieset li, sal-punt li Siremar tipprovdi SGEI u li din il-prijorità tingħata biss b’rabta mar-rotot koperti minn dak l-SGEI, dan ma jirriżultax f’vantaġġ ekonomiku addizzjonali, minħabba li jkun intrinsiku għall-forniment tal-SGEI.

(179)

Peress li kienet qajmet dubji dwar il-leġittimità tal-missjoni tal-SGEI, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi dwar il-kompatibbiltà tal-miżura li kieku kellha tkun għajnuna.

3.6.   Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010

(180)

Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur il-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, inkluża Siremar. Dawn il-miżuri kienu: (1) l-użu possibbli, għal finijiet ta’ likwidità, tal-fondi allokati għall-ammeljorament tal-bastimenti; (2) l-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni; (3) l-użu possibbli tar-riżorsi tal-FAS. Tabilħaqq, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri kollha msemmija hawn fuq ippermettew lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group jevitaw kostijiet li normalment ikollhom jitħallsu permezz tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess. B’konsegwenza ta’ dan, dawk il-kumpaniji setgħu jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħhom.

(181)

Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li dawn il-miżuri x’aktarx li kienu jikkostitwixxu għajnuna operatorja li tnaqqas il-kostijiet li Siremar, u l-kumpaniji l-oħrajn tal-eks Tirrenia Group, altrimenti jkollhom iħallsu huma stess u, b’hekk, jenħtieġ li dawn il-miżuri jitqiesu bħala inkompatibbli mas-suq intern.

4.   KUMMENTI MILL-ITALJA

(182)

Wara d-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012, l-Italja ppreżentat diversi ittri u dokumenti dwar il-miżuri kollha li huma vvalutati f’din id-Deċiżjoni. Din it-taqsima tiġbor fil-qosor l-argumenti u l-kontribuzzjonijiet ewlenin ippreżentati (69).

4.1.   Dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-ambjent kompetittiv

(183)

L-Italja pprovdiet lista ta’ rotot operati minn Siremar li huma soġġetti għal obbligi ta’ servizz pubbliku, inklużi l-frekwenza u l-iskedi staġunali, l-ambjent kompetittiv u r-raġunijiet li wasslu għall-impożizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.

(184)

Fir-rigward tal-eżistenza ta’ SGEI ġenwin, l-Italja nnotat li l-obbligi ta’ servizz pubbliku li imponiet fuq Siremar u aktar tard fuq CdI u SNS jiżguraw, f’termini ta’ regolarità, kontinwità u kwalità, servizz sodisfaċenti li jgħaqqad lil Sqallija mal-gżejjer iżgħar tagħha. Dan is-servizz jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku ta’ dawk il-gżejjer, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxi l-ħtiġijiet essenzjali ta’ mobbiltà tal-komunitajiet tal-gżejjer u jiżgura li d-dritt garantit b’mod kostituzzjonali għall-kontinwità territorjali jiġi rrispettat. F’dan il-kuntest, l-Italja nnotat li l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma konformi għalkollox mal-objettivi tal-Artikoli 174 et seq. tat-TFUE u mad-Dikjarazzjoni Nru 30 dwar ir-reġjuni gżejjer (annessa mal-Att Finali tat-Trattat ta’ Amsterdam). L-Italja rreferiet ukoll għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”), li tikkonferma li l-għan li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed servizzi regolari ta’ trasport bil-baħar lejn il-gżejjer, mill-gżejjer u bejn il-gżejjer, ikun kopert minn objettiv leġittimu ta’ interess pubbliku (70).

(185)

B’mod partikolari, l-Italja rrimarkat li l-kundizzjonijiet strutturali fuq dawn ir-rotot kollha jeħtieġu l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku biex jiggarantixxu l-kontinwità territorjali. Il-ħames pakketti ta’ rotot deskritti fil-premessa (41) huma kkunsidrati bħala “żoni marittimi metropolitani”: il-popolazzjoni ta’ dawk il-gżejjer kollha tiddependi fuq il-gżira ewlenija ta’ Sqallija għall-forniment ta’ servizzi essenzjali u l-impjiegi. Fl-istess ħin, in-negozju turistiku huwa rilevanti biss fl-eqqel staġun. Għalhekk, il-kumpaniji tat-tbaħħir għandhom interess kummerċjali li joperaw ir-rotot biss fl-eqqel staġun. Fl-istaġun kwiet, id-domanda mit-turisti kważi tisparixxi, sal-punt fejn ikun impossibbli li kwalunkwe waħda minn dawn ir-rotot tiġi operata b’mod profittabbli bir-regolarità u l-frekwenza meħtieġa biex tiġi ssodisfata d-domanda tal-utenti.

(186)

F’dan l-isfond, kemm Siremar kif ukoll operaturi oħrajn, magħżula minn Sqallija permezz ta’ proċeduri miftuħa ta’ sejħiet għall-offerti, ġew assenjati obbligi ta’ servizz pubbliku biex jiġu żgurati konnessjonijiet affidabbli u stabbli bejn dawn il-gżejjer u bejniethom u Sqallija. L-operaturi mhux sussidjati ma setgħux jiżguraw il-kontinwità territorjali, minħabba li kienu joperaw biss dawn il-konnessjonijiet fl-eqqel staġun. Barra minn hekk, l-Italja rrimarkat li l-bastimenti operati minn CdI u aktar tard minn SNS spiss jittrakkaw fil-gżejjer billejl, b’kostijiet ogħla, sabiex jipprovdu l-ewwel konnessjoni filgħodu għar-residenti li jivvjaġġaw għall-edukazzjoni jew għax-xogħol u jiżguraw konnessjonijiet f’każijiet ta’ emerġenzi mediċi.

(187)

Barra minn hekk, l-Italja sostniet li s-servizzi operati minn kumpaniji soġġetti għal obbligi ta’ servizz pubbliku u dawk operati minn kumpaniji li jwettqu attività kummerċjali liberament ma jkunux kompletament komparabbli. B’mod partikolari, huma biss tal-ewwel li jiggarantixxu r-regolarità, il-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi pprovduti bis-saħħa ta’ obbligi ċari stabbiliti fil-Konvenzjonijiet, filwaqt li l-operaturi privati jkunu dipendenti biss fuq il-kalkolu tar-redditu tagħhom fuq l-investiment. F’dan ir-rigward, l-Italja tat l-eżempju tar-rotta La Maddalena – Palau, operata minn Enermar fuq termini kummerċjali, li twaqqfet mingħajr avviż minn qabel. Għall-kuntrarju, Saremar, li kienet topera din ir-rotta permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz, kienet meħtieġa tkompli s-servizz tagħha u, għalhekk, effettivament żgurat kontinwità territorjali.

(188)

Fl-aħħar nett, l-Italja rrimarkat li fid-Deċiżjoni tal-2004 (71), il-Kummissjoni kienet diġà stabbiliiet li fuq il-ħames pakketti ta’ rotot operati minn Siremar, l-ebda operatur privat ieħor ma seta’ jindirizza l-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku, b’mod partikolari f’termini ta’ kontinwità tas-servizz matul is-sena u tat-tip ta’ bastimenti li għandhom jintużaw. Għalhekk, kien hemm bżonn ta’ kumpens pubbliku biex jindirizza falliment evidenti tas-suq. L-Italja mbagħad iċċarat li din is-sitwazzjoni ma nbidlitx fis-snin ta’ wara.

4.2.   Dwar l-estensjoni illegali potenzjali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar

(189)

L-awtoritajiet Taljani jfakkru li huma kienu informaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Mejju 2011, li Tirrenia u Siremar f’EA għandhom jirrimborżaw is-self garantit mill-Istat wara t-tlestija tal-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar, bl-użu tar-rikavat minn kwalunkwe bejgħ, minħabba li kien hemm Amministrazzjoni Straordinarja waħda u Kummissarju Straordinarju wieħed li jkopru ż-żewġ kumpaniji. Minħabba li ż-żewġ proċeduri ta’ bejgħ kienu għaddejjin fir-rebbiegħa tal-2011 u minħabba li fil-25 ta’ Lulju 2011, CIN kienet iffirmat il-kuntratt għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, kemm l-awtoritajiet Taljani kif ukoll Siremar f’EA kienu kunfidenti li l-għajnuna setgħet titħallas lura sad-data tal-għeluq tat-28 ta’ Awwissu 2011.

(190)

Madankollu, l-avvenimenti sussegwenti ttardjaw bla mistenni t-tlestija tal-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar. B’mod partikolari, il-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kien ittardjat minħabba l-ħtieġa li tinkiseb l-approvazzjoni tal-fużjoni mill-Kummissjoni (ara l-premessa (65)), filwaqt li l-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kien ittardjat bit-tnedijiet mill-ġdid tal-proċedura u l-litigazzjoni relatata deskritta fit-Taqsima 2.3.3.2. B’riżultat ta’ dan, Siremar f’EA kellha tkompli topera s-servizzi tagħha għal żmien konsiderevolment itwal milli ppjanat, filwaqt li tħallas il-kostijiet relatati. Skont l-Italja, il-pjan ta’ likwidazzjoni għal Siremar kien disponibbli fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni Straordinarja qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur stabbilit mil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. L-Italja żżid li l-Kummissjoni nżammet aġġornata l-ħin kollu dwar il-progress tal-proċess ta’ privatizzazzjoni. L-ammont kollu dovut kemm minn Tirrenia kif ukoll minn Siremar, inkluż l-imgħax, tħallas lura lill-Istat 48 jum biss wara li l-Amministrazzjoni Straordinarja rċeviet l-ewwel pagament mill-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar.

4.3.   Dwar il-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar

4.3.1.   Dwar in-natura trasparenti u nondiskriminatorja tal-proċedura

(191)

L-Italja enfasizzat li l-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar twettqet f’konformità mal-liġi Marzano. Għalkemm il-liġi inkwistjoni tirreferi għall-possibbiltà li jiġi identifikat ix-xerrej permezz ta’ negozjati privati, dan ma jipprekludix l-osservanza tal-prinċipji ta’ ftuħ, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni. Barra minn hekk, f’dan il-każ hemm dispożizzjonijiet legali oħrajn li b’mod espliċitu jirrikjedu li jiġu organizzati proċeduri kompetittivi trasparenti u mhux diskriminatorji. B’mod partikolari, l-Artikolu 1(5-bis)(b) tal-Liġi tal-2010 jirrikjedi li l-Kummissarju Straordinarju jirrestrinġi l-proċedimenti “għaż-żmien minimu li huwa possibbli taħt il-proċedura amministrattiva straordinarja filwaqt li tinżamm konformità mal-proċedura kompetittiva, trasparenti u nondiskriminatorja meħtieġa għall-bejgħ”.

(192)

Skont l-Italja, il-proċedura prevista fl-Artikolu 4 (4-quater) tad-Digriet Amministrattiv 347/2003 offriet garanziji addizzjonali f’termini ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni, b’mod partikolari minħabba l-valwazzjoni tal-prezz tas-suq tal-fergħa kummerċjali mqiegħda għall-bejgħ minn espert indipendenti u l-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża f’termini ta’ prezz.

(193)

L-Italja sostniet li l-partijiet kollha kellhom aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jidentifikaw b’mod ċar l-assi offruti għall-bejgħ u jħejju offerta. Tabilħaqq, il-bejgħ kien jikkonċerna l-assi u r-relazzjonijiet kuntrattwali inerenti fil-forniment tas-servizz pubbliku, kif ġej:

(a)

bastimenti u tagħmir awżiljarju meħtieġ għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku;

(b)

kuntratti ma’ fornituri strateġiċi għas-servizzi meħtieġa għat-tmexxija normali tan-negozju;

(c)

rekwiżit legali biex issir proposta għall-impjieg mill-ġdid tal-persunal meħtieġ biex jopera n-negozju abbażi tat-tabelli dwar l-ekwipaġġ tal-flotta (ara l-premessa (195) għal aktar dettalji).

(194)

L-Italja ċċarat ukoll li wieħed mill-bastimenti ta’ Siremar, li ma kienx meħtieġ għall-forniment tas-servizz pubbliku, inbiegħ taħt proċedura ta’ bejgħ separata. B’hekk, dan il-bastiment ma kienx inkluż fl-offerta għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (ara wkoll it-Taqsima 4.3.2).

(195)

Fir-rigward speċifikament tal-obbligu li jinżammu l-livelli ta’ impjieg, l-Italja enfasizzat li l-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar ma kienx jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili u, b’hekk, ma kien hemm l-ebda trasferiment awtomatiku tal-persunal (bil-kuntratti eżistenti tagħhom) lill-offerenti rebbieħa. L-uniku obbligu legali fuq l-offerenti rebbieħa kien li jimpjegaw mill-ġdid il-persunal tal-bejjiegħ (abbażi ta’ kuntratti ġodda) u li jżommu l-livelli ta’ impjieg għal sentejn, kif meħtieġ mill-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999. Madankollu, dan ma jfissirx li l-impjegati ta’ Siremar jiġu ttrasferiti awtomatikament lix-xerrej. Barra minn hekk, dan l-obbligu huwa limitat għall-membri tal-persunal li, skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u t-tabelli dwar l-ekwipaġġ tal-bastimenti tal-fergħa kummerċjali, tqiesu essenzjali għall-operat kontinwu tas-servizz pubbliku.

(196)

L-Italja sostniet li tali obbligu, impost mil-liġi domestika ġenerali, u li jservi sabiex jiżgura l-kontinwità tal-attività u t-twettiq tas-servizz pubbliku, kien ikun impost fuq l-istess termini minn bejjiegħ privat.

(197)

Wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess bit-Taljan u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni Straordinarja u f’għadd ta’ gazzetti nazzjonali u internazzjonali u siti web speċjalizzati, waslu ħames espressjonijiet ta’ interess (ara l-premessi (76) u (77)). L-Italja tqis li dan juri li l-kontenut ta’ din is-sejħa għamilha possibbli li jiġu identifikati b’mod ċar x’kien qed jinbiegħ u n-natura tal-proċedura li għandha tiġi segwita, filwaqt li fl-istess ħin tiġi ssalvagwardjata informazzjoni kummerċjalment sensittiva (primarjament biex jiġu protetti l-interessi ta’ xerrejja potenzjali). Matul il-fażi ta’ diliġenza dovuta, l-entitajiet imbagħad ġew ipprovduti b’informazzjoni dettaljata dwar, fost l-oħrajn, l-assi speċifiċi għall-bejgħ, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, u l-abbozz tal-Konvenzjoni l-ġdida (ara l-premessa (77)).

(198)

Għalhekk, l-Italja sostniet li l-entitajiet kollha interessati li jakkwistaw il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ġew ipprovduti b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju bl-informazzjoni meħtieġa biex jagħmlu offerta ta’ xiri b’għarfien sħiħ tal-fatti.

4.3.2.   Dwar il-bejgħ tal-assi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar

(199)

L-Italja spjegat li l-Kummissarju Straordinarju nieda proċessi ta’ offerti indipendenti, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-bejgħ tas-seba’ bastimenti (72), li Tirrenia u Siremar ma kellhomx bżonn joperaw is-servizz pubbliku. Fl-10 ta’ Diċembru 2010, ġew ippubblikati sejħiet għal espressjoni ta’ interess fil-gazzetti nazzjonali u internazzjonali kif ukoll f’xi pubblikazzjonijiet speċjalizzati. Mal-iskadenza tad-data tal-għeluq, li kienet ġiet estiża darbtejn, waslu biss offerti għal finijiet ta’ demolizzjoni għas-sitt laneċ veloċi, inklużi dawk ta’ Siremar. Saru tentattivi biex jinkisbu offerti ogħla, iżda ma waslet l-ebda offerta bħal din. Fit-12 u fl-14 ta’ Lulju 2011, wara li rċieva awtorizzazzjoni mingħand il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku, il-Kummissarju Straordinarju biegħ il-bastimenti lill-offerent li kien għamel l-ogħla offerta.

4.3.3.   Dwar ir-raggruppament tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma’ Konvenzjoni ġdida

(200)

L-ewwel nett, l-Italja sostniet li d-deċiżjoni li tipprivatizza l-assi flimkien mal-inkarigu tal-obbligu ta’ servizz pubbliku ttieħdet bl-għan li tiġi żgurata liberalizzazzjoni bla xkiel tas-settur tal-kabotaġġ marittimu. L-Italja ssemmi li din l-istrateġija ġiet diskussa minn qabel mal-Kummissjoni (ara t-taqsima 2.4) u fil-prinċipju tqieset konformi mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu.

(201)

Barra minn hekk, l-Italja qieset li, minħabba l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq f’dak iż-żmien, kien xieraq li l-assi tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar jiġu raggruppati ma’ Konvenzjonijiet ġodda. Fi żmien ta’ reċessjoni u tnaqqis sinifikanti fid-domanda għas-settur tat-trasport marittimu, il-possibbiltà li tintuża l-flotta tal-fergħat kummerċjali għall-operat tar-rotot tas-servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjonijiet il-ġodda tikkostitwixxi opportunitajiet ta’ negozju vijabbli aktar milli fattur li jbaxxi l-valur tas-suq tal-fergħat kummerċjali. Għalhekk, l-Italja qieset li dan ma setax jaffettwa b’mod negattiv il-proċedura tas-sejħa għall-offerti u l-prezz li jirriżulta.

(202)

F’dan ir-rigward, l-Italja fakkret li mis-seba’ bastimenti mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar (ara l-premessa (199)), sitta kellhom jinbiegħu għal finijiet ta’ demolizzjoni. L-Italja tqis li, fid-dawl tal-kumplessità tas-suq tat-trasport marittimu u tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’dak iż-żmien, kien impossibbli li jinġieb prezz aħjar għall-assi tal-kumpanija, anke li kieku l-proċess tal-offerti ġie ripetut jew li kieku l-assi ma ġewx raggruppati flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida.

(203)

Fl-aħħar nett, l-Italja rrimarkat li la SNS u lanqas operaturi oħrajn tas-settur ma kellhom flotta u ekwipaġġi tad-daqs u tal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-forniment tas-servizzi stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida (73). Għalhekk, l-uniku mod kif dawn is-servizzi jiġu fdati b’suċċess kien li jiġu raggruppati mal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, sabiex l-operatur ikun mgħammar sewwa biex iwettaq l-obbligi tiegħu ta’ servizz pubbliku.

4.3.4.   Dwar il-ħatra tal-espert indipendenti

(204)

L-Italja sostniet li, fis-16 ta’ Diċembru 2010, ħames istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin mingħajr ebda esponiment għal Tirrenia Group ġew mistiedna jressqu offerti għall-valwazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. L-ebda waħda mill-istituzzjonijiet mistidnin ma ssottomettiet offerta sal-iskadenza stabbilita.

(205)

Imbagħad Banca Profilo esprima interess li tieħu l-kompitu ta’ konsulent indipendenti taħt l-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fil-proċedura tal-għażla. Permezz ta’ Digriet tal-4 ta’ Frar 2011, il-Ministru identifika lil Banca Profilo bħala l-espert indipendenti għall-fini tal-valutazzjoni tal-valur tas-suq tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar.

4.3.5.   Dwar it-trasparenza tal-proċedura

(206)

L-Italja ddeskriviet il-proċedura tal-bejgħ għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u s-sentenzi mit-tribunali amministrattivi Taljani (ara t-Taqsima 2.3.3.2), li kkonfermaw li l-prinċipji ġenerali tal-kompetittività, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni kienu ġew irrispettati. Il-proċedura segwita kienet dik stabbilita mill-Artikolu 4 (4 quarter) tad-Digriet Amministrattiv 347/2003 u ppermettiet li l-objettivi tal-Amministrazzjoni Straordinarja jiġu ssodisfati b’mod sħiħ, inkluż billi jinkiseb l-ogħla prezz possibbli mill-bejgħ. Dan huwa dovut għal ċerti salvagwardji inklużi fil-proċedura, inkluża, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ prezz minimu stabbilit minn espert indipendenti. Barra minn hekk, il-partijiet kollha li kienu esprimew l-interess tagħhom fil-proċedura ġew ipprovduti fil-ħin bl-informazzjoni rilevanti kollha li tippermettilhom iressqu offerta.

(207)

L-Italja kkonfermat ukoll li l-kriterju tal-għoti f’każ ta’ diversi offerti kien l-ogħla prezz, kif stabbilit fir-regoli speċifiċi applikabbli għall-proċedura.

4.3.6.   Dwar l-Ewwel u t-Tieni rapport ta’ Ecorys

(208)

Matul l-investigazzjoni, l-Italja ġiet mistiedna tikkummenta (ara l-premessa (13)) dwar l-Ewwel rapport ta’ Ecorys. L-Italja qablet mal-konklużjoni ta’ Ecorys li la r-raggruppament tal-privatizzazzjoni bl-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida u lanqas il-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol ma baxxew il-valur tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar.

(209)

Fir-rigward tar-raggruppament imsemmi hawn fuq, l-Italja rreferiet b’mod partikolari għad-dikjarazzjoni ta’ Ecorys li, fiż-żmien tal-bejgħ, l-unika alternattiva għal bejgħ tal-assi taħt ir-reġim tas-servizz pubbliku kienet il-likwidazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. L-Italja tenniet ukoll li fi żmien ta’ kriżi fis-settur tal-laneċ ikkaratterizzat minn tnaqqis sinifikanti fid-domanda, il-possibbiltà li tintuża l-flotta ta’ Siremar għar-rotot tas-servizz pubbliku identifikati fil-Konvenzjoni kienet tikkostitwixxi opportunità ta’ negozju valida, aktar milli fattur li x’aktarx inaqqas il-valur tal-assi.

(210)

Fir-rigward tal-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol, l-Italja enfasizzat il-konklużjoni ta’ Ecorys li ma hemm l-ebda element li juri li din il-kundizzjoni kellha xi impatt sinifikanti fuq il-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. L-Italja fakkret ukoll li din il-kundizzjoni kienet derivata mill-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999 u kienet tikkonċerna biss lill-impjegati li meħtieġa jiggarantixxu l-operat tan-negozju kkonċernat, f’konformità mat-tabelli dwar l-ekwipaġġ tal-flotta. It-tabelli dwar l-ekwipaġġ tal-flotta (i) jistabbilixxu l-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-ekwipaġġ meħtieġ biex jopera l-bastiment f’konformità mal-liġijiet dwar is-sikurezza marittima, (ii) huma stabbiliti b’Digriet Ministerjali; u (iii) jitħejjew minn kumitat li jinkludi, fi rwol konsultattiv, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lis-sidien tal-bastimenti. Barra minn hekk, l-Italja żiedet li filwaqt li x-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kellu joffri impjieg lill-impjegati kollha li huma meħtieġa jiggarantixxu l-operat tas-servizz pubbliku, dan kien ibbażat fuq kuntratti ta’ impjieg differenti minn dawk li kienu fis-seħħ qabel.

(211)

B’mod aktar ġenerali fir-rigward tal-valur tal-fergħa kummerċjali, l-Ewwel Rapport ta’ Ecorys ikkonkluda li l-valur stmat tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar seta’ kien madwar 4,6 % ogħla mill-valur ippreżentat mill-espert maħtur mill-awtoritajiet Taljani, Banca Profilo. Madankollu, l-Italja qieset li din id-differenza tista’ tiġi spjegata minħabba li ż-żewġ esperti kellhom jiddependu fuq previżjonijiet għal diversi parametri tekniċi u li, min-natura tagħhom, hemm marġini ta’ differenza f’tali previżjonijiet. Barra minn hekk, l-Italja nnotat li, bis-saħħa tal-preżenza ta’ żewġ offerti minn SNS u CdI, il-prezz miksub fl-ewwel trasferiment lil CdI (EUR 69,15 miljun) kien ta’ EUR 14-il miljun ogħla mill-prezz minimu stabbilit minn Banca Profilo. L-awtoritajiet Taljani ppreżentaw ukoll kontrovalwazzjoni, imħejjija minn Banca Profilo, li spjegat fid-dettall id-differenzi mar-rapport ta’ Ecorys, filwaqt li sostniet li s-suppożizzjonijiet tagħha stess kienu jirriflettu aħjar is-sitwazzjoni li qed tiġi eżaminata (74).

(212)

Barra minn hekk, l-Italja nnotat li t-trasferiment tas-sjieda fuq il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar seħħ aktar minn sentejn wara d-data ta’ referenza użata kemm minn Banca Profilo kif ukoll minn Ecorys għall-valwazzjonijiet tagħhom. Matul dak il-perjodu, il-valur tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kien deprezzat u l-prospettiva ekonomika marret għall-agħar b’mod sinifikanti. Għal din ir-raġuni, l-Italja kkonkludiet li ma seta’ jkun hemm l-ebda dubju li, fid-data meta tlesta l-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil CdI, il-kundizzjonijiet tal-prezzijiet miftiehma mill-partijiet kienu jirriflettu bis-sħiħ il-valur tas-suq tal-assi korporattivi.

(213)

Fl-aħħar nett, għall-istadji aktar tard tal-proċedura ta’ privatizzazzjoni, l-Italja ppreżentat ukoll it-Tieni Rapport ta’ Ecorys, li kkonferma li l-offerta minn SNS kienet konformi mal-valur tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, kif aġġornat aktar minn erba’ snin wara l-ewwel valutazzjoni tagħha (ara t-Taqsima 2.3.3.7). Għalhekk, anke jekk il-bejgħ finali lil SNS fl-2016 seħħ bi prezz aktar baxx minn dak inkluż fl-Ewwel Rapport ta’ Ecorys, li, għar-regoli proċedurali, l-Amministrazzjoni Straordinarja kellha tinjora, l-Italja tqis li l-kundizzjonijiet tal-prezzijiet miftiehma mill-partijiet kienu jirriflettu bis-sħiħ il-valur tas-suq tal-assi korporattivi għall-bejgħ.

4.3.7.   Dwar il-litigazzjoni nazzjonali u l-għoti finali lil SNS

(214)

L-Italja ppreżentat diversi ittri biex tinforma lill-Kummissjoni dwar id-diversi passi tal-litigazzjoni nazzjonali fit-tribunali amministrattivi u dwar l-għoti finali tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS (ara l-premessi (93) sa (100)).

(215)

L-Italja sostniet li dawn l-iżviluppi ma jitfgħux dubju fuq in-natura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja tal-proċedura għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (ara t-Taqsima 4.3.5). Tabilħaqq, l-Italja enfasizzat li d-deċiżjonijiet tat-tribunali amministrattivi Taljani ma ddikjarawx it-twaqqif u l-eżekuzzjoni tal-proċedura tal-bejgħ bħala difettużi, iżda pjuttost iffokati fuq element wieħed tal-offerta ta’ CdI, jiġifieri l-kontrogaranzija, li ma kinitx magħrufa minn Siremar f’EA meta l-offerta ngħatat għall-ewwel darba lil CdI (75). Għalhekk, l-Italja kkonkludiet li, bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 592/14 kif deskritta fil-premessi minn (96) sa (100), il-proċedura kienet ġiet iffinalizzata b’mod korrett bl-għoti tal-fergħa kummerċjali lil SNS.

4.4.   Dwar il-konformità tal-Konvenzjoni l-ġdida mal-kriterji ta’ Altmark

(216)

L-Italja tenniet li hija kienet innotifikat il-kumpens tas-servizz pubbliku li kellu jitħallas skont il-Konvenzjoni l-ġdida għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt biss, minħabba li hija kienet tqis li din il-miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat (ara l-premessa (9)). B’mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani argumentaw li l-erba’ kriterji ta’ Altmark huma rrispettati għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Is-servizzi tat-trasport marittimu kif definiti mill-awtoritajiet Taljani fil-Konvenzjoni l-ġdida huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer iżgħar ta’ Sqallija, filwaqt li jissodisfaw ukoll il-ħtiġijiet essenzjali tat-trasport ta’ dawk il-komunitajiet gżejjer u jiżguraw ir-rispett tad-dritt għall-kontinwità territorjali, stabbilit fil-Kostituzzjoni Taljana. Il-Konvenzjoni l-ġdida tistipula b’mod ċar is-servizzi, il-vapuri, l-iskedi taż-żmien u l-limiti tat-tariffi. Għalhekk, l-Italja sostniet li l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma ddefiniti b’mod ċar u li l-ewwel kriterju ta’ Altmark huwa rrispettat;

(b)

Il-parametri li abbażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens huma spjegati fid-dettall fid-Direttiva CIPE u ġew applikati fil-Konvenzjoni l-ġdida (u fl-annessi tagħha), filwaqt li l-ammonti massimi ta’ kumpens huma stabbiliti fil-Liġi tal-2009. Għalhekk, l-Italja sostniet li dawn il-parametri ġew stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti u li t-tieni kriterju ta’ Altmark huwa rrispettat;

(c)

L-operatur tas-servizz pubbliku jerfa’ r-riskji kollha tal-attività (ara wkoll it-Taqsima 4.5) b’kumpens ta’ ammont fiss ta’ sussidju, li ma jipprovdi l-ebda ċertezza ta’ kopertura sħiħa tal-kostijiet tiegħu. Għal din ir-raġuni, l-Italja sostniet li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % huwa konformi mal-attività, mingħajr ma jirriżulta f’kumpens żejjed tas-servizz pubbliku. Għalhekk, anke t-tielet kriterju ta’ Altmark jitqies li ġie rrispettat;

(d)

Il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ġiet privatizzata permezz ta’ proċedura miftuħa ta’ sejħa għall-offerti, li tkopri l-assi meħtieġa biex jiġi pprovdut is-servizz pubbliku u raggruppata flimkien ma’ Konvenzjoni ġdida ta’ tnax-il sena għall-operat ta’ dak is-servizz. Peress li l-proċedura tal-offerti rrispettat il-prinċipji tal-kompetizzjoni, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni u l-kriterju tal-għoti kien l-ogħla prezz, l-Italja sostniet li r-raba’ kriterju ta’ Altmark huwa ssodisfat ukoll.

4.5.   Dwar il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % stabbilit fid-Direttiva CIPE mill-2010

(217)

L-Italja rrimarkat li, irrispettivament mill-primjum tar-riskju statutorju ta’ 6,5 %, il-kumpens imħallas lil Siremar fl-2009 kien jammonta għal EUR 67 009 405. Mill-2010 ’il quddiem, l-ammont massimu ta’ kumpens ġie ffissat għal EUR 55 694 895. L-Italja nnotat li dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 25 %. Dan iġiegħel lix-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar jagħmel l-operazzjonijiet ferm aktar effiċjenti sabiex iġib il-kostijiet fil-limiti tal-ammont ta’ sussidju fiss matul id-durata kollha tal-Konvenzjoni l-ġdida u jikkumpensa għall-inflazzjoni tul perjodu twil fil-futur.

(218)

L-Italja nnotat li d-Direttiva CIPE tistabbilixxi li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % jintuża biex jiġi ddeterminat ir-redditu fuq il-kapital abbażi tad-WACC (ara l-premessi (49) sa (58)). Madankollu, minħabba li l-Liġi tal-2009 tillimita l-ammont ta’ kumpens, il-kalkolu ġie ssimplifikat bl-applikazzjoni tar-rata fissa ta’ 6,5 % tar-redditu fuq il-kapital biex jiġi vverifikat kwalunkwe kumpens żejjed. Dan l-approċċ japplika skont il-Konvenzjoni l-ġdida. L-awtoritajiet Taljani wrew ukoll li l-applikazzjoni tal-metodoloġija sħiħa kif stabbilita fid-Direttiva CIPE setgħet irriżultat f’redditu fuq il-kapital li, mill-inqas f’xi snin, kien jaqbeż ir-rata ta’ 6,5 % (jiġifieri, 8,87 %). Għal din ir-raġuni, l-Italja tqis li l-approċċ issimplifikat tagħhom huwa wieħed konservattiv u ma jippermettix kumpens għal Siremar, CdI jew SNS li jkun ogħla minn dak li kien stabbilit mid-Direttiva CIPE.

(219)

L-Italja sostniet ukoll li redditu fuq il-kapital ta’ 6,5 % jirrifletti r-riskju tal-attivitajiet fdati lil Siremar, CdI jew SNS, u li ma kien hemm l-ebda kumpens żejjed tas-servizz pubbliku, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Ċerti studji makroekonomiċi jassenjaw primjum tar-riskju lil ċertu pajjiż jew ċerta żona ġeografika. Skont l-IESE Business School, 6,4 % ikun riskju ta’ pajjiż adattat għall-Italja. Għalhekk, primjum tar-riskju ta’ 6,5 % ikun redditu raġonevoli;

(b)

Il-Konvenzjoni l-ġdida tipprevedi li l-livell ta’ kumpens jiġi kkalkolat abbażi tal-evoluzzjoni mbassra tad-dħul u l-kostijiet. Għall-kuntrarju tal-Konvenzjonijiet inizjali, il-Konvenzjoni l-ġdida ma tistabbilixxi l-ebda kumpens sħiħ u awtomatiku għaż-żieda fil-kostijiet operatorji (bħall-ħaddiema, il-fjuwil, in-noleġġ, eċċ.). Ir-riskji assoċjati ma’ kwalunkwe żieda fil-kostijiet, kif ukoll ir-riskji marbuta mal-volumi tat-traffiku jiġu mġarrba kompletament mill-operatur. B’mod partikolari, l-operatur jerfa’ r-riskji kollha assoċjati mas-servizz u ma għandu l-ebda garanzija li jiġi kkumpensat sa livell suffiċjenti biex ikopri l-kostijiet tiegħu. Dan jibqa’ minnu anke meta jitqiesu l-Artikoli 8 u 9 tal-Konvenzjoni l-ġdida, billi l-operatur għadu espost għar-riskju ta’ dewmien bejn l-okkorrenza ta’ kwalunkwe żbilanċ bħal dan u l-punt li fih jistgħu jsiru l-aġġustamenti. L-Italja ssottomettiet il-kontijiet annwali rotta b’rotta ta’ CdI u ta’ SNS għall-perjodu bejn Awwissu 2012 u Diċembru 2019, sabiex turi li ma kien hemm l-ebda kumpens żejjed skont il-Konvenzjoni l-ġdida (76);

(c)

Għall-ewwel sena tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, fl-2009, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kumpens stabbilita fil-Konvenzjoni inizjali applikata, li ma kinitx tinkludi l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 %. Għal dik is-sena, l-Italja pprovdiet il-kalkolu dettaljat tal-kumpens skont il-Konvenzjoni inizjali u l-kontijiet rotta b’rotta. Għas-snin sussegwenti tal-estensjoni, jiġifieri l-2010, l-2011 u minn Jannar sa Lulju 2012, kienet tapplika l-metodoloġija CIPE għall-kalkolu tal-kumpens, li kienet tinkludi l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 %. Madankollu, l-Italja enfasizzat li, minbarra l-metodoloġija CIPE, mill-2010 beda japplika wkoll il-limitu massimu ta’ EUR 55,7 miljun stabbilit mil-Liġi tal-2009. Dak l-ammont ma jkunx biżżejjed biex jappoġġa l-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ Siremar, minħabba ż-żieda fil-kostijiet tal-fjuwil, il-bidliet fir-rata tal-kambju EUR/USD u l-kriżi fis-settur tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri fl-Italja. Sabiex tissostanzja din l-affermazzjoni, l-Italja pprovdiet rapporti trimestrali mill-Amministrazzjoni Straordinarja, il-kontijiet rotta b’rotta għall-2010 u l-ittri mibgħuta minn Tirrenia u Siremar f’EA f’April u Ġunju 2010 lill-Ministeru tat-Trasport (77).

4.6.   Dwar il-konformità tal-Konvenzjoni l-ġdida mad-Deċiżjoni SGEI tal-2011

(220)

anke jekk l-Italja tqis li l-kumpens għas-servizz pubbliku mħallas skont il-Konvenzjoni l-ġdida ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, hija sostniet ukoll għaliex din il-miżura tkun konformi mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 li kieku kienet għajnuna.

(221)

L-Italja fakkret li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tan-natura ġenwina ta’ SGEI hija limitata għall-verifika ta’ jekk l-Istat Membru għamilx żball ċar meta ddefinixxa servizz bħala SGEI. F’dan l-isfond, l-Italja ddeskriviet ir-rotot speċifikati fil-Konvenzjoni l-ġdida u rrimarkat li l-konnessjonijiet kollha jeħtieġu strutturalment l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, kemm lil Siremar kif ukoll lil operaturi oħrajn.

(222)

L-Italja pprovdiet ukoll data annwali dwar it-traffiku tal-passiġġieri għas-sentejn finanzjarji qabel dik li fiha ġie assenjat l-SGEI (jiġifieri l-2010 u l-2011), sabiex issostni li l-limitu massimu ta’ 300 000 passiġġier, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1)(d) u (e) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011, ma kienx inkiser fuq ir-rotot individwali operati minn Siremar. Barra minn hekk, l-Italja sostniet li l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 huwa rrispettat, minħabba li bil-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar permezz ta’ proċedura tal-offerti kompetittiva, trasparenti u mhux diskriminatorja, ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu ġew irrispettati bis-sħiħ.

(223)

L-Italja sostniet li l-Konvenzjoni l-ġdida tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li japplikaw għall-atti ta’ inkarigu kif speċifikati fl-Artikoli 4 sa 9 tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. B’mod partikolari, il-Konvenzjoni tistabbilixxi fid-dettall l-obbligi ta’ servizz pubbliku, id-durata tagħhom, il-mekkaniżmu ta’ kumpens (ibbażat fuq id-Direttiva CIPE u l-Liġi tal-2009), u l-mekkaniżmi biex jiġi evitat u rkuprat kwalunkwe kumpens żejjed. Fl-aħħar nett, l-Italja indikat il-miżuri li huma fis-seħħ biex tiġi żgurata konformità stretta mat-termini tal-Konvenzjoni l-ġdida, li jinkludu sistema ta’ rimedji u sanzjonijiet finanzjarji.

4.7.   Dwar il-kontrogaranzija

(224)

L-Italja sostniet li d-dokumenti ppreżentati mill-offerenti potenzjali matul il-proċedura tas-sejħa għall-offerti ma pprovdew l-ebda indikazzjoni tal-eżistenza ta’ kontrogaranzija li tappoġġa l-ittra ta’ konfort ta’ Unicredit mehmuża mal-offerta ta’ suċċess ta’ CdI. Tabilħaqq, dik l-ittra ma kinitx tirreferi, la b’mod espliċitu u lanqas b’mod impliċitu, għall-eżistenza ta’ kontrogaranzija minn Sqallija. Skont l-Italja, l-offerta ngħatat lil CdI, billi l-offerta tagħha ssodisfat ir-rekwiżiti kollha meħtieġa u kienet aktar vantaġġuża mill-offerta magħmula minn SNS. L-Italja sostniet ukoll li n-nuqqas ta’ rabta bejn l-ittra ta’ konfort u l-kontrogaranzija minn Sqallija huwa kkonfermat mill-fatt li anke wara li Sqallija rtirat din il-kontrogaranzija (78), Unicredit ikkonfermat l-impenn tagħha lejn CdI u sussegwentement ħarġet garanzija bankarja indirizzata lil Siremar f’EA biex tkopri l-pagamenti parzjali ta’ CdI (79).

(225)

L-Italja ssottomettiet ukoll ċerti dokumenti biex turi li l-kontrogaranzija ma kinitx tat vantaġġ selettiv lil CdI u, b’hekk, ma kinitx tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, l-Italja ssottomettiet: Ftehim ta’ Garanzija ffirmat fl-20 ta’ Novembru 2011 mill-azzjonisti ta’ CdI (jiġifieri, Sqallija, Mediterranea, Isolemar S.r.l., Lauro.it S.p.A. u Davimar), li permezz tiegħu huma qablu li joħorġu kontrogaranzija konġunta fuq l-offerta ta’ suċċess ta’ CdI sa EUR 35 miljun; u ittra minn Unicredit tal-10 ta’ Mejju 2012, li tinforma lil CdI dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għall-garanzija tagħha, notevolment primjum ta’ mill-inqas 250 punt bażi fis-sena. Skont l-Italja, ma seta’ jkun hemm l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat fil-kontrogaranzija, jekk l-irtirar sussegwenti tagħha ma kellu l-ebda effett fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-benefiċjarju tagħha. B’hekk, dawn id-dokumenti juru li l-kundizzjonijiet għal sejba ta’ għajnuna f’garanzija, kif speċifikati mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Unjoni, ma humiex preżenti f’dan il-każ.

4.8.   Dwar il-prijorità tal-irmiġġ

(226)

L-awtoritajiet Taljani sostnew li ma ntilfet jew tintilef l-ebda riżorsa tal-Istat permezz tal-allokazzjoni tal-prijorità tal-irmiġġ. Tabilħaqq, l-operaturi kollha tal-laneċ iħallsu tariffi regolari lill-awtoritajiet tal-port rilevanti għall-irmiġġ, irrispettivament minn jekk jipprovdux servizzi pubbliċi jew le. Din il-prijorità tal-irmiġġ hija applikabbli biss għar-rotot tas-servizz pubbliku u ġiet aċċettata mill-Kummissjoni b’ittra tal-24 ta’ Jannar 2011, mibgħuta fil-kuntest tal-proċedura ta’ ksur Nru. 2007/4609 (ara t-Taqsima 2.4), sa fejn kienet tapplika biss għal dawk ir-rotot. Barra minn hekk, l-Italja ċċarat li Siremar u s-suċċessuri tagħha ma ħallsux u lanqas iħallsu xi tariffa addizzjonali għal din il-prijorità tal-irmiġġ.

(227)

Minħabba li ma hija dovuta l-ebda tariffa għall-prijorità tal-irmiġġ, il-vantaġġ monetarju mogħti lil Siremar u lis-suċċessuri tagħha, jekk ikun hemm, ma jistax jiġi kkwantifikat. Madankollu, l-Italja nnotat li, fil-prattika, il-prijorità tal-irmiġġ tapplika biss f’ċirkostanzi limitati, minħabba d-daqs tal-biċċa l-kbira tal-portijiet u l-iskedar bil-quddiem tal-wasliet u tat-tluq.

4.9.   Dwar il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010

(228)

L-Italja ma kkontestatx li Siremar irċeviet EUR 7 215 800 biex twettaq l-ammeljoramenti tal-bastimenti meħtieġa biex jiġu rrispettati l-istandards internazzjonali tas-sikurezza (li ssir referenza għalihom bħala l-“fondi ta’ Stokkolma”). Madankollu, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li dawn il-fondi ntużaw biss biex jitħallsu l-ammeljoramenti tal-bastimenti. Tabilħaqq, sa meta ġie ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ ma’ CdI fil-21 ta’ Ottubru 2011, kien għad fadal EUR 580 600 biss x’jintefqu. Siremar f’EA nefqet dawk il-fondi li kien fadal f’Jannar 2012, qabel it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali lil CdI, sabiex twettaq ċerti xogħlijiet meħtieġa fuq il-bastiment Martini li kienu għadhom pendenti.

(229)

Fir-rigward tal-eżenzjonijiet fiskali fuq l-atti u l-operazzjonijiet relatati mal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, stabbiliti mil-Liġi tal-2010, l-awtoritajiet Taljani l-ewwel irrimarkaw li għall-kumpaniji involuti fi proċedimenti ta’ insolvenza, il-qligħ jiġi ddeterminat skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 183 tal-Liġi Konsolidata dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu. Abbażi ta’ dik id-dispożizzjoni, il-qligħ ta’ impriża għall-perjodu mill-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment sal-konklużjoni tagħhom huwa d-differenza bejn l-assi tal-impriża fil-bidu tal-proċedimenti u l-assi residwi fi tmiemhom. Għalhekk, qabel it-tmiem tal-proċedimenti, ma huwiex possibbli li jiġi antiċipat jekk hemmx obbligazzjoni ta’ taxxa u d-daqs tagħha.

(230)

Fir-rigward tat-taxxi indiretti, l-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li l-eżenzjonijiet previsti tfasslu bil-ħsieb li tinkiseb simplifikazzjoni amministrattiva. Mill-perspettiva tat-tassazzjoni, l-effetti tagħhom jistgħu jitqiesu bħala negliġibbli u ta’ impatt żgħir b’rabta mat-taxxi fuq id-dokumenti li jiġu imposti b’rati fissi. B’mod aktar speċifiku, dan jikkonċerna d-dazju tar-reġistrazzjoni (EUR 168 għal kull dokument), it-tariffi tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki (EUR 168 kull waħda) u t-taxxa tal-boll (EUR 14,62 għal erba’ naħat). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani nnotaw li skont l-Artikolu 9 tal-kuntratti għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali minn Siremar f’EA lil CdI u lil SNS, id-dazji u t-tariffi kollha kienu pagabbli mix-xerrej. Fil-każ tat-trasferiment lil SNS, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw li kien japplika dazju ta’ reġistrazzjoni fiss ta’ EUR 245, skont il-paragrafu 24-bis tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009.

(231)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw li r-riżorsi tal-FAS ma ntużawx biex jagħtu kumpens addizzjonali lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, inkluża Siremar. Minflok, dawn ir-riżorsi saru disponibbli biex jissupplimentaw l-approprjazzjonijiet tal-baġit stabbiliti għall-ħlas tal-kumpensi tas-servizz pubbliku lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, f’każ li dawk l-approprjazzjonijiet tal-baġit ma jkunux biżżejjed. L-Italja tinnota li l-paragrafu 5-ter tal-Artikolu 1 tad-Digriet Amministrattiv 125/2010 ippermetta lir-reġjuni jużaw ir-riżorsi tal-FAS biex jiffinanzjaw (parti minn) il-kumpens għas-servizz pubbliku regolari u, b’hekk, jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi marittimi. Barra minn hekk, l-Italja ċċarat li, skont l-Artikolu 26 tad-Digriet Amministrattiv 185/2008, ġew allokati EUR 65 miljun għal kull waħda mis-snin 2009, 2010 u 2011 lil Tirrenia Group u EUR 195 miljun ittieħdu kif xieraq mir-riżorsi tal-FAS. Dawk il-fondi mbagħad ġew ittrasferiti għall-kont tal-Ministeru tat-Trasport allokat għall-ħlas tal-kumpens għas-servizz pubbliku lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group (Tirrenia, Siremar, Caremar, Toremar u Saremar). Għalhekk, din il-miżura tkun tikkonċerna biss allokazzjoni ta’ riżorsi fil-baġit tal-Istat Taljan għall-ħlas tal-kumpensi għas-servizz pubbliku.

4.10.   Dwar in-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u CdI

(232)

L-Italja sostniet li ma hemm l-ebda kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u CdI abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Kamp ta’ applikazzjoni tal-bejgħ: L-Italja rrimarkat li Siremar inizjalment kellha tinbiegħ bħala parti minn Tirrenia (li tagħha kienet sussidjarja). Wara li dak it-tentattiv ta’ privatizzazzjoni falla, ġew organizzati offerti separati għal parti mill-assi tal-kumpanija rispettiva (jiġifieri, il-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar, rispettivament). Barra minn hekk, il-bejgħ kien jikkonċerna għadd limitat ta’ assi ta’ Siremar f’EA li qabel ma kellhom l-ebda awtonomija funzjonali; l-assi mhux essenzjali għas-servizz pubbliku, inkluża lanċa veloċi waħda, inbiegħu separatament. Barra minn hekk, id-djun imġarrba minn Siremar f’EA qabel it-trasferiment ma tteħdux minn CdI;

(b)

Attività ekonomika: il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti mill-Konvenzjoni l-ġdida għal CdI huma sostanzjalment differenti minn dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni inizjali għal Siremar. B’mod partikolari, il-Konvenzjoni l-ġdida tipprevedi kriterji differenti għall-kalkolu tal-kumpens għall-forniment tas-servizz pubbliku (li huwa ffissat għal ammont massimu, minflok ma jkopri kompletament it-telf mis-servizz pubbliku) u tintroduċi aktar flessibbiltà fir-rati offruti lill-passiġġieri (bl-użu ta’ limiti massimi tal-prezzijiet minflok prezzijiet fissi). L-Italja tqis li t-tibdil sinifikanti fil-metodu tal-kumpens bilfors kien jobbliga lix-xerrej iżid l-effiċjenza organizzazzjonali tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Fl-aħħar nett, l-Italja sostniet li s-sempliċi trasferiment minn sid pubbliku għal sid privat jinvolvi bidla drastika fl-organizzazzjoni u fil-ġestjoni tal-fergħa kummerċjali;

(c)

Diskontinwità tal-forza tax-xogħol: L-Italja indikat li ma kien hemm l-ebda trasferiment awtomatiku tal-impjegati lix-xerrej. Siremar f’EA tkeċċi l-impjegati tagħha u tkun responsabbli għal kwalunkwe kost li jifdal marbut mal-kuntratti l-antiki. Ix-xerrej imbagħad jagħmel offerti ġodda ta’ impjieg lill-eks impjegati, sal-punt li dawn tqiesu meħtieġa għall-operat tan-negozju ttrasferit (jiġifieri s-servizz pubbliku). Fejn l-ex impjegati aċċettaw l-offerta, huma ġew impjegati taħt kuntratt ġdid u differenti;

(d)

Prezz tat-trasferiment: L-Italja rrimarkat li espert indipendenti għamel stima tal-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u li l-proċedura tal-offerti għall-bejgħ ta’ din tal-aħħar kellha l-ogħla prezz bħala l-uniku kriterju għall-għażla tal-offerti;

(e)

Parteċipazzjoni azzjonarja differenti tal-bejjiegħ u tax-xerrej: L-Italja nnotat li x-xerrej ġie identifikat permezz ta’ proċess pubbliku miftuħ ta’ sejħa għall-offerti għall-akbar numru possibbli ta’ offerenti potenzjali. Din l-offerta kienet ibbażata fuq il-prinċipji tal-kompetizzjoni, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni u l-offerta ngħatat bl-użu tal-kriterju tal-ogħla prezz. Barra minn hekk, l-Italja rreferiet għad-deċiżjoni tal-AGCM nru. 23023 tat-23 ta’ Novembru 2011 (80), li skontha l-ebda azzjonist individwali ta’ Mediterranea ma kien ikun jista’ jeżerċita kontroll esklużiv jew konġunt fuq il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Tabilħaqq, l-offerenta rebbieħa, CdI, kienet ikkontrollata għal 65,32 % minn Mediterranea. Sqallija kellha 43,02 % tal-ishma f’Mediterranea, filwaqt li tliet partijiet privati flimkien kellhom l-ishma li jifdal. Dawk il-partijiet kellhom ishma ordinarji jew “ishma tat-tip A”, iżda Sqallija kellha “ishma tat-tip B”, li huma soġġetti għal ċerti limitazzjonijiet. Pereżempju, Sqallija ma setgħet taħtar l-ebda wieħed mill-uffiċjali jew mid-diretturi tagħha fuq il-Bord ta’ Tmexxija tal-kumpanija. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Italja sostniet li l-identità tal-bejjiegħ kienet differenti minn dik tax-xerrej u li l-bejjiegħ ma seta’ jeżerċita l-ebda tip ta’ kontroll jew saħansitra interferenza sempliċi fil-ġestjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, wara t-trasferiment tagħha lil CdI;

(f)

Il-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni: l-għan tat-tranżazzjoni kien li tilliberalizza l-attivitajiet tat-trasport marittimu operati minn Siremar biex ikunu konformi mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. Barra minn hekk, l-ewwel sejħa għal espressjonijiet ta’ interess ġiet ippubblikata fl-4 ta’ Ottubru 2010, filwaqt li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-Kummissjoni nfetħet bid-Deċiżjoni tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2011. Għalhekk, l-Italja qieset li t-tranżazzjoni ma kellhiex l-għan li tevita r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda kienet ippjanata u eżegwita bl-intenzjoni li twettaq proġett industrijali importanti.

5.   IL-KUMMENTI MINGĦAND IL-PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   Kummenti minn Siremar f’amministrazzjoni straordinarja

(233)

Siremar f’EA issottomettiet sett ewlieni ta’ osservazzjonijiet u ittra sussegwenti waħda. Saru wkoll skambji informali sussegwenti, b’għarfien sħiħ tal-awtoritajiet Taljani, sabiex jiġu ċċarati ċerti kwistjonijiet pendenti jew tinkiseb informazzjoni speċifika. Barra minn hekk, dwar il-biċċa l-kbira tal-miżuri ta’ għajnuna, Siremar f’EA ressqet argumenti li kienu simili ħafna għal dawk ipprovduti mill-Italja.

5.1.1.   Dwar il-proċedura ta’ ksur Nru. 2007/4609

(234)

Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2012, li waslet fid-19 ta’ April 2013, Siremar f’EA l-ewwel irreferiet għall-proċedura ta’ ksur tal-Kummissjoni Nru 2007/4609 dwar l-applikazzjoni ħażina tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (ara wkoll it-Taqsima 2.4). F’dan il-kuntest, Siremar f’EA irreferiet għall-ittra tal-21 ta’ Diċembru 2009 (ara l-premessa (136)) dwar l-intenzjoni tal-Italja li tniedi offerti mhux għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku, iżda għall-bejgħ tal-kumpaniji tat-tbaħħir li għandhom tali kuntratti. F’dik l-ittra, ġie nnotat li, filwaqt li jitqies it-tiġdid radikali tas-settur ippjanat, u minħabba l-impatt soċjali li jkollhom l-offerti jekk ma jkunux jinkludu l-kumpaniji, il-proċeduri magħżula kienu aċċettabbli – fil-prinċipju u bħala eċċezzjoni – għall-iskop li tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fost is-sidien tal-bastimenti Komunitarji.

(235)

Fil-21 ta’ Ġunju 2012 (ara l-premessa (143)), il-Kummissjoni bagħtet lill-Italja opinjoni motivata dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proċeduri kompetittivi għall-għoti tas-servizzi pubbliċi ta’ kabotaġġ marittimu operati minn Caremar, minn Laziomar u minn Saremar, aktar minn tliet snin wara l-iskadenza normali tal-kuntratti rilevanti. Minħabba li l-awtoritajiet Taljani kienu lestew il-proċeduri kompetittivi għall-għoti tas-servizzi pubbliċi ta’ kabotaġġ marittimu operati mill-kumpaniji Tirrenia, Siremar u Toremar, l-opinjoni motivata ma kinitx tikkonċerna lil dawk il-kumpaniji. Fuq din il-bażi u fid-dawl tal-iskambji preċedenti bejn l-awtoritajiet Taljani u s-servizzi tal-Kummissjoni, Siremar f’EA sostniet li l-Kummissjoni kienet sabet li l-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kienet konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu.

(236)

Abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej, (81) Siremar f’EA sostniet li ladarba jkunu ġew stabbiliti l-obbligi ta’ servizz pubbliku f’konformità mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, dawn iridu jitqiesu li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni mingħajr il-ħtieġa li jitwettaq skrutinju ulterjuri skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Skont Siremar f’EA, billi l-proċedura ta’ ksur waslet għall-konklużjoni li l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq ir-rotot operati mill-fergħa kummerċjali ta’ Siremar qabel il-privatizzazzjoni kienu ġustifikati fid-dawl tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, tali konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-Kummissjoni stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (82). Għalhekk, kwalunkwe azzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE jenħtieġ li tkun limitata għal miżuri oħrajn, differenti mill-kumpens għall-kostijiet addizzjonali kkawżati mill-obbligi ta’ servizz pubbliku fdati u operati legalment skont ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu.

(237)

Fl-aħħar nett, Siremar f’EA irreferiet għas-Sentenza tal-2009 li annullat id-Deċiżjoni tal-2004 u l-possibbiltà li l-kumpens għas-servizz pubbliku vvalutat f’dik id-Deċiżjoni jista’ jiġi kklassifikat bħala għajnuna eżistenti. Jekk l-għajnuna mogħtija lill-eks Tirrenia Group kienet tabilħaqq ikklassifikata bħala għajnuna eżistenti, din il-klassifikazzjoni x’aktarx tapplika wkoll għall-kumpens imħallas għall-obbligi ta’ servizz pubbliku operati mill-fergħa kummerċjali ta’ Siremar sal-privatizzazzjoni, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali kienet strettament meħtieġa biex tiggarantixxi l-forniment tas-servizz pubbliku, sakemm tingħata l-Konvenzjoni l-ġdida, fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Għalhekk, din tqieset li kienet ġustifikata fid-dawl tal-eżitu tal-proċedura ta’ ksur tal-Kummissjoni;

(b)

l-uniċi bidliet materjali li saru mill-1 ta’ Jannar 2009 kellhom l-effett li jnaqqsu l-ammont globali tal-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti.

5.1.2.   Dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali

(238)

Fir-rigward tal-eżistenza ta’ SGEI reali fuq ir-rotot moqdija mill-fergħa kummerċjali ta’ Siremar skont il-Konvenzjoni inizjali, Siremar f’EA l-ewwel elenkat il-konnessjonijiet fejn kienet qed topera servizz pubbliku matul il-perjodu ta’ estensjoni. Kien hemm kompetizzjoni fuq xi rotot għal xi perjodi tas-sena. Madankollu, dawn l-operaturi kienu qed jipprovdu wkoll servizz pubbliku u ġew ikkumpensati kif xieraq. Għalhekk, Siremar f’EA innotat li l-preżenza ta’ dawk l-operaturi ma qajmitx dubju dwar l-eżistenza ta’ SGEI ġenwin. Barra minn hekk, Siremar f’EA ipprovdiet data dwar il-passiġġieri fuq ir-rotot operati fl-2010 u fl-2011, li wriet li fuq ir-rotot individwali kollha, it-traffiku annwali medju tal-passiġġieri kien taħt it-300 000 (83). Fuq din il-bażi, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(d) u (e) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 jiġu rrispettati. Barra minn hekk, billi l-kumpens imħallas abbażi tal-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali ġie approvat fil-kuntest tal-proċedura ta’ ksur, il-kundizzjonijiet stabbiliti, rispettivament, fl-Artikolu 2(4) u fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjonijiet dwar l-SGEI tal-2011 u tal-2005, jiġu ssodisfati wkoll.

(239)

Barra minn hekk, Siremar f’EA sostniet li hija ma kinitx ġiet ikkumpensata żżejjed mill-Italja. L-ewwel nett, il-kumpanija rreferiet għal rapport mill-Corte dei Conti li kkonkluda dwar il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni inizjali għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ kumpens tal-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group. It-tieni, Siremar f’EA irrimarkat li matul il-perjodu li fih kienet taħt amministrazzjoni straordinarja (Settembru 2010 – Lulju 2012), l-ammont tas-sussidju kien madwar EUR 16-il miljun inqas f’termini assoluti, u madwar 25 % inqas f’termini relattivi, mill-ammont medju ta’ sussidji riċevuti mill-kumpanija matul is-sentejn preċedenti (2008 – 2009). Siremar f’EA innotat li l-kumpens għas-servizz pubbliku mħallas sa tmiem l-2009 ippermettielha tibbilanċja l-introjtu u l-ispejjeż tagħha u tkompli topera minkejja d-deterjorament gradwali tal-prospettiva ekonomika u finanzjarja tagħha. Madankollu, maż-żmien, Siremar saret aktar dipendenti fuq is-sussidji: bejn l-1999 u l-2008, is-sehem tagħhom tal-fatturat żdied minn 64 % għal 77 %. Imbagħad, mill-2010 ’il quddiem, il-Liġi tal-2009 illimitat l-ammont ta’ kumpens f’livell ferm aktar baxx minn dak tas-snin preċedenti. Siremar f’EA sostniet li s-sussidju pubbliku b’hekk ma kienx ikun jista’ jkopri l-kostijiet operatorji tagħha. Għalhekk, Siremar f’EA ikkonkludiet li, fis-snin meta ġiet estiża l-Konvenzjoni inizjali, ma seta’ jkun hemm l-ebda kumpens żejjed u li l-metodoloġija l-ġdida għall-kalkolu tal-kumpens tisforza lis-sid il-ġdid tal-fergħa kummerċjali biex jorganizza mill-ġdid l-operazzjonijiet ta’ din tal-aħħar biex iżid l-effiċjenza tagħha.

5.1.3.   Dwar l-estensjoni illegali potenzjali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar

(240)

Siremar f’EA fakkret li l-awtoritajiet Taljani informaw lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Mejju 2011 li l-Amministrazzjonijiet Straordinarji ta’ Tirrenia u ta’ Siremar iħallsu lura l-għajnuna għas-salvataġġ approvata bid-Deċiżjoni tal-2010 wara t-tlestija tal-bejgħ tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar, bl-użu tal-irċevuti mill-bejgħ ta’ dawn il-fergħat. Madankollu, Siremar f’EA innotat li t-tlestija tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ġiet ittardjata minħabba avvenimenti mhux mistennija u, għalhekk, Siremar f’EA kellha tkompli topera s-servizzi tagħha għal żmien konsiderevolment itwal minn dak ippjanat u kellha terfa’ l-kostijiet assoċjati. Madankollu, l-għajnuna kollha għas-salvataġġ tħallset lura kompletament lill-Istat permezz ta’ pagament uniku fit-18 ta’ Settembru 2012, jiġifieri 48 jum biss wara t-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, li seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2012.

(241)

Fir-rigward tar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 25(c) tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, Siremar f’EA innotat li l-pjan ta’ likwidazzjoni kemm għal Tirrenia kif ukoll għal Siremar kien ġie ppubblikat fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni Straordinarja (84) ħafna qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur imsemmi hawn fuq. Siremar f’EA żiedet li kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-progress sussegwenti tal-proċess ta’ privatizzazzjoni – li hija sostniet li hija, essenzjalment, pjan ta’ ristrutturar kif definit mil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar – ġiet sottomessa regolarment lill-Kummissjoni skont il-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat u tal-approvazzjoni tal-fużjonijiet. Għalhekk, Siremar f’EA sostniet li l-Kummissjoni kienet informata bis-sħiħ u li dan il-pjan kien fattibbli, koerenti u estensiv ħafna, b’tali mod li titreġġa’ lura l-vijabbiltà ta’ Siremar kif meħtieġ mil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar.

(242)

Siremar f’EA sostniet ukoll li Siremar ma baqgħetx impriża f’diffikultà hekk kif irċeviet l-għajnuna għas-salvataġġ li ppermettitilha tipprovdi s-servizz pubbliku b’mod regolari, filwaqt li tiġġestixxi kif xieraq il-proċess ta’ likwidazzjoni. Fil-fehma tagħha, matul il-perjodu inkwistjoni, dawn l-attivitajiet twettqu b’mod regolari u mingħajr l-ebda tfixkil li ġeneralment jindika impriża f’diffikultà. Siremar f’EA żiedet li t-tlestija tal-privatizzazzjoni ħabtet mal-implimentazzjoni kompluta tal-pjan ta’ ristrutturar. Din kienet tinvolvi modifiki strutturali fl-organizzazzjoni u fil-ġestjoni ta’ Siremar, li żguraw ir-ritorn tagħha għal profittabbiltà fit-tul. Fl-aħħar nett, Siremar f’EA irrimarkat li d-Deċiżjoni tal-2010 ikkonfermat li l-prinċipju ta’ “darba waħda, darba biss” kien ġie rrispettat ukoll fir-rigward tal-passat, b’rabta ma’ kwalunkwe għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar jew kwalunkwe għajnuna illegali, bħall-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku. Għalhekk, Siremar f’EA sostniet li l-awtoritajiet Taljani seta’ kellhom aspettattivi leġittimi li dak il-kumpens ma kien jinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat.

5.1.4.   Dwar il-Konvenzjoni l-ġdida

(243)

Fir-rigward tal-proċedura segwita, Siremar f’EA sostniet li l-Italja kienet innotifikat il-Konvenzjoni l-ġdida lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Jannar 2012 biss għal raġunijiet ta’ ċertezza legali. Tabilħaqq, Siremar f’EA ma qablitx mal-fehma tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2012 li din il-miżura tista’ tikkostitwixxi għajnuna illegali, mogħtija bi ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(244)

Fir-rigward tas-sustanza, Siremar f’EA ippreżentat l-erba’ kriterji ta’ Altmark u sostniet għaliex hija qieset li kull kriterju ġie rrispettat, biex b’hekk eskludiet il-preżenza ta’ kwalunkwe element ta’ għajnuna mill-Istat fil-Konvenzjoni l-ġdida.

(245)

L-ewwel nett, il-kumpanija ġiet fdata bil-forniment ta’ SGEI (Altmark I): l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni l-ġdida jistabbilixxi b’mod ċar is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, filwaqt li l-Anness A tagħha jidentifika fid-dettall it-tipi ta’ bastimenti li għandhom jintużaw u l-meded ta’ żmien li għandhom jiġu koperti, filwaqt li jispeċifika r-rekwiżiti għas-servizz ta’ filgħaxija u ta’ billejl u l-limitazzjonijiet tan-nollijiet. It-tieni, il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens ġew stabbiliti minn qabel b’mod trasparenti u oġġettiv (Altmark II): il-Konvenzjoni l-ġdida, l-annessi tagħha u d-Direttiva CIPE pprovdew deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-kalkolu. It-tielet, huma biss il-kostijiet netti tal-forniment tas-servizz pubbliku li ġew ikkumpensati (Altmark III): il-Konvenzjoni l-ġdida tistabbilixxi li huma biss is-servizzi operati bħala missjoni pubblika li jiġu kkumpensati. L-elementi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-kostijiet u l-profitt raġonevoli, jiġifieri, ir-redditu fuq il-kapital ta’ riskju ta’ 6,5 %, ġew elenkati fid-Direttiva CIPE u fl-Annessi B u Ċ tal-Konvenzjoni l-ġdida. Ir-raba’, il-kumpens għandu jiġi stabbilit fil-livell minimu (Altmark IV): Siremar f’EA sostniet li l-offerta għall-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kienet trasparenti, miftuħa u mhux diskriminatorja, u li l-metodu tal-kalkolu tal-kumpens kien jeħtieġ effiċjenza akbar min-naħa tal-operatur tas-servizz.

(246)

Minkejja r-raġunament ta’ Altmark, Siremar f’EA indirizzat ukoll id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-konformità tal-Konvenzjoni l-ġdida mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011.

(247)

B’mod partikolari, Siremar f’EA sostniet li, abbażi tad-data dwar il-passiġġieri għall-2010 u l-2011, il-limitu tal-passiġġieri stabbilit mill-Artikolu 2(1)(d) u (e) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 ma nkisirx. Barra minn hekk, Siremar f’EA sostniet li fid-dawl tal-eżitu tal-proċedura ta’ ksur (ara wkoll it-Taqsima 5.1.1), u wara l-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, il-kundizzjoni fl-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 hija rrispettata wkoll.

(248)

Siremar f’EA irreferiet għall-argumenti pprovduti għar-raġunament tagħha f’Altmark sabiex tiġi pprovata l-konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 4(a) u (b) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni l-ġdida tistabbilixxi l-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-rieżami tal-kumpens u l-arranġamenti għall-evitar u l-irkupru ta’ kwalunkwe kumpens żejjed, kif ukoll rekwiżiti vinkolanti li jkopru aspetti essenzjali (il-prezz, il-kwalità u l-kwantità) tas-servizzi pprovduti (l-Artikolu 4(d) u (e) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011). Barra minn hekk, għal kull rotta, in-nollijiet massimi applikabbli għal kull persuna jew vettura huma stabbiliti fl-Anness A tal-Konvenzjoni l-ġdida, li jagħmel distinzjoni bejn in-nollijiet standard u n-nollijiet imnaqqsa għar-residenti tal-gżejjer. Il-kumpens annwali għall-obbligi ta’ servizz pubbliku huwa fiss għad-durata tal-Konvenzjoni. Madankollu, hemm mekkaniżmu għar-reviżjoni kull tliet snin tal-parametri ekonomiċi ta’ referenza, kif ukoll dispożizzjoni ta’ salvagwardja favur iż-żewġ partijiet fil-każ ta’ tibdiliet mhux previsti u strutturali, li jaqbżu l-limitu fiss, għal ċerti parametri ekonomiċi. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-rekwiżiti deskritti hawn fuq, il-Konvenzjoni l-ġdida introduċiet sistema stretta u komprensiva ta’ penali għall-operatur tas-servizz, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ deterrenza. Il-Ministeri superviżorji għandhom ukoll is-setgħa li jwettqu spezzjonijiet u kontrolli, u jiksbu informazzjoni biex jivvalutaw l-issodisfar tal-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni (l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011). Fl-aħħar nett, Siremar f’EA sostniet li hija kienet konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli l-oħrajn tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 (l-Artikoli minn 6 sa 9) permezz tad-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw offerta miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, bħal dik użata għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar.

5.1.5.   Dwar il-privatizzazzjoni ta’ Siremar u l-kontrogaranzija

(249)

Siremar f’EA fakkret fil-passi ewlenin tal-proċedura tal-offerti u fl-iżviluppi sussegwenti. Hija enfasizzat li l-Kummissarju Straordinarju fassal u mexxa l-proċedura tal-offerti bil-mod meqjus l-aktar xieraq sabiex jiżgura l-kisba tal-ogħla valur possibbli u li huwa kien meħtieġ bil-liġi li jistabbilixxi salvagwardji li jiżguraw it-trasparenza, l-imparzjalità u l-ġustizzja tal-proċedura tal-offerti. B’mod partikolari, espert indipendenti kien stabbilixxa l-prezz minimu u l-għażla tal-offerta ta’ suċċess kienet ibbażata fuq il-kriterju tal-ogħla prezz. Barra minn hekk, Siremar f’EA innotat li, meta tikkunsidra l-għajnuna possibbilment mogħtija fi privatizzazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni ssegwi l-ġurisprudenza ta’ GRAWE, (85) li tiddikjara li meta kumpanija tal-Istat tiġi privatizzata, jista’ jiġi preżunt li l-prezz tas-suq jikkorrespondi għall-ogħla offerta riċevuta, jekk tali offerta tkun kredibbli u jkollha valur ekonomiku.

(250)

Siremar f’EA sostniet ukoll li l-proċess ta’ sejħa għall-offerti ma kien soġġett għall-ebda kundizzjoni li minnha nnifisha kienet kapaċi tikkawża tnaqqis fil-valur tal-assi offruti għall-bejgħ, jew tnaqqas l-għadd ta’ xerrejja potenzjali. B’mod partikolari, dan japplika għall-kundizzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni tal-2011 dwar: (i) il-preservazzjoni tal-livelli ta’ impjieg, (ii) ir-raggruppar tal-bastimenti mal-obbligi ta’ servizz pubbliku fi proċedura unika ta’ sejħa għal offerti. Fir-rigward tal-ewwel, Siremar f’EA irrimarkat li din tikkonċerna dispożizzjoni obbligatorja, stabbilita minn att leġiżlattiv ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u applikabbli mingħajr distinzjoni, għal perjodu limitat għal sentejn. Fir-rigward tal-aħħar, Siremar f’EA innotat li l-possibbiltà li tintuża l-flotta tal-fergħa kummerċjali biex topera r-rotot tas-servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni dehret li tikkostitwixxi opportunità kummerċjali vijabbli aktar milli fattur negattiv li jaffettwa l-valur tal-fergħa kummerċjali offruta għall-bejgħ, speċjalment fi żmien ta’ riċessjoni għas-settur tat-trasport marittimu.

(251)

Fir-rigward tal-kwistjoni speċifika tal-kontrogaranzija minn Sqallija, Siremar f’EA sostniet li ma kien hemm l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ xi kontrogaranzija fid-dokumenti sottomessi mill-offerenti matul il-proċedura tal-offerti. B’mod partikolari, l-ittra ta’ konfort ta’ Unicredit tat-12 ta’ Ottubru 2011 ma kien fiha l-ebda referenza, espliċita jew impliċita, għal kontrogaranzija maħruġa minn Sqallija. Barra minn hekk, Unicredit żammet l-impenn tagħha li tiggarantixxi l-pagamenti differiti ta’ parti mill-prezz tal-bejgħ anke wara li Sqallija rtirat il-kontrogaranzija tagħha. Tabilħaqq, il-fatt li l-bejgħ tlesta ħafna wara li Sqallija fakkret il-kontrogaranzija tagħha jkun biżżejjed biex jiġi konkluż li ma kien hemm l-ebda rabta materjali bejn l-ittra ta’ konfort ta’ Unicredit u l-kontrogaranzija ta’ Sqallija.

(252)

Għal dawn ir-raġunijiet, Siremar f’EA ikkonkludiet li d-dubji tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna fil-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, inkluża l-kontrogaranzija maħruġa minn Sqallija, ma kinux ġustifikati.

5.1.6.   Dwar in-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u CdI

(253)

Siremar f’EA iddeskriviet il-karatteristiċi li ġejjin tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar: l-ambitu tat-trasferiment (assi u obbligazzjonijiet); l-attività ekonomika, il-forza tax-xogħol u l-identità tal-partijiet; il-prezz tal-bejgħ; il-loġika u t-twaqqit tal-operazzjoni. Siremar f’EA sostniet li f’dan il-każ, dawn l-elementi kollha indikaw diskontinwità ekonomika bejn l-Amministrazzjoni Straordinarja li tbiegħ il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u l-akkwirent.

(254)

B’mod partikolari, Siremar f’EA innotat li:

(a)

il-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferiment lil CdI kien aktar limitat minn dak li kien previst inizjalment, billi l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar biss tqiegħdet għall-bejgħ u mhux Tirrenia kollha kemm hi (inkluża Siremar). Barra minn hekk, mat-tlestija tal-bejgħ, l-obbligazzjonijiet pendenti kollha marbuta mal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ġew ikkanċellati;

(b)

in-natura stess tat-tranżazzjoni – jiġifieri l-kisba tal-privatizzazzjoni – timplika diskontinwità ovvja tal-attività ekonomika, f’termini tal-istruttura organizzazzjonali, tal-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, tal-kriterji ta’ ġestjoni u tal-istrateġiji tan-negozju;

(c)

kif stabbilit fl-Artikolu 56 (3-bis) tad-Digriet Amministrattiv Nru. 270/1999, l-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili Taljan ma japplikax għall-bejgħ ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi pubbliċi essenzjali, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kontinwità fil-forza tax-xogħol;

(d)

espert indipendenti kien stabbilixxa l-prezz minimu tal-bejgħ; il-proċedura tal-bejgħ kienet trasparenti u mhux diskriminatorja, bl-ogħla prezz bħala l-uniku kriterju għall-għoti;

(e)

iż-żewġ partijiet kienu indipendenti minn xulxin, billi l-ishma ta’ Sqallija f’Mediterranea ma ppermettewlhiex teżerċita influwenza fuq in-negozju (ara l-premessa (232)(e));

(f)

il-proċedura tal-offerti għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar tnediet fl-4 ta’ Ottubru 2010, filwaqt li l-Kummissjoni fetħet biss l-investigazzjoni formali tagħha bid-Deċiżjoni tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2011. Għalhekk, it-tranżazzjoni ma setax ikollha l-għan li tevadi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju, l-objettiv tat-tranżazzjoni kien li tilliberalizza s-settur tat-trasport marittimu, kif impost mir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, permezz ta’ privatizzazzjoni.

5.1.7.   Sottomissjoni addizzjonali tad-deċiżjoni tas-CdS dwar il-kontrogaranzija

(255)

Fit-12 ta’ Frar 2014, Siremar f’EA issottomettiet id-Deċiżjoni 592/14 dwar il-kwistjoni tal-kontrogaranzija pprovduta minn Sqallija (ara l-premessa (96)), u ppreżentat il-valutazzjoni preliminari tagħha stess. B’mod partikolari, id-Deċiżjoni 592/14:

(a)

kienet ibbażata fuq il-liġi nazzjonali, filwaqt li tirrikonoxxi li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza esklussiva li tivvaluta l-kompatibbiltà mas-suq intern ta’ kwalunkwe għajnuna nnotifikata jew illegali mill-Istat;

(b)

assumiet li l-kontrogaranzija pperikolat l-effettività sħiħa tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn iż-żewġ parteċipanti fl-offerta;

(c)

iddikjarat, għalhekk, il-proċedura tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar bħala parzjalment nulla.

(256)

Fir-rigward tal-aħħar punt, diġà f’dak l-istadju, l-Amministrazzjoni Straordinarja indikat li ma jistax jiġi eskluż li hija tintalab mill-ġdid biex tistabbilixxi l-attivitajiet legalment meħtieġa biex tiffinalizza l-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Siremar.

5.2.   Kummenti minn SNS

(257)

SNS ippreżentat erba’ ittri matul l-investigazzjoni: tliet sottomissjonijiet ta’ informazzjoni u talba formali waħda għall-Kummissjoni biex tagħti prijorità lill-parti ta’ Siremar tal-investigazzjoni dwar Tirrenia Group. Saru wkoll skambji informali sussegwenti, b’għarfien sħiħ tal-awtoritajiet Taljani, sabiex jiġu ċċarati ċerti kwistjonijiet pendenti jew tinkiseb informazzjoni speċifika. Din it-taqsima se tiġbor fil-qosor biss it-tliet sottomissjonijiet (86).

5.2.1.   L-ewwel sottomissjoni

(258)

Fl-ewwel sottomissjoni, mibgħuta fit-22 ta’ Frar 2012 wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2011, il-kumpanija ppreżentat aġġornament dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Siremar u ċerti kjarifiki rigward il-kontrogaranzija maħruġa minn Sqallija fit-12 ta’ Ottubru 2011, wara l-aħħar talba għal offerti inkrementali tad-29 ta’ Settembru 2011. B’mod partikolari, SNS irrimarkat li din il-kontrogaranzija: (1) ma kinitx proporzjonali għall-ishma ta’ Sqallija f’Mediterranea; (2) inħarġet minn Sqallija fuq inizjattiva tagħha stess u ma ġietx remunerata; (3) saret mingħajr ebda kumpens li jintervjeni jew mitigazzjoni tar-riskju min-naħa tal-azzjonisti ta’ CdI. SNS issottomettiet ukoll il-kontrogaranzija hija stess lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, hija sostniet li t-test ta’ dik il-kontrogaranzija għamilha ċara li din tal-aħħar kienet rekwiżit għall-ħruġ tal-garanzija fuq il-pagamenti parzjali differiti tal-prezz tal-bejgħ minn Unicredit. B’hekk, SNS ikkonkludiet li l-kontrogaranzija kienet tammonta għal għajnuna illegali mill-Istat lil CdI u possibbilment lil Unicredit.

5.2.2.   It-tieni sottomissjoni

(259)

Fit-tieni sottomissjoni, mibgħuta fil-21 ta’ Marzu 2013 wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2012, il-kumpanija reġgħet ittraċċat id-diversi passi tal-proċedura ta’ privatizzazzjoni u litigazzjoni relatata sa dik id-data (ara t-Taqsima 2.3.3.2). Hija rrapportat ukoll dwar ilment maħruġ mill-operatur tal-laneċ NGI lill-Ministeru tat-Trasport, kontra l-għoti ta’ kuntratt għall-operat tas-servizzi lejn il-gżejjer Egadi, Pantelleria u Ustica lil CdI (87). Imbagħad, hija ċċarat in-natura tal-parteċipazzjoni azzjonarja indiretta ta’ Sqallija f’CdI, u sostniet għaliex kemm il-kontrogaranzija kif ukoll iż-żieda fil-kapital kienu jirrappreżentaw miżuri ta’ għajnuna mill-Istat.

(260)

L-ewwel nett, fil-fehma ta’ SNS, il-parteċipazzjoni azzjonarja indiretta ta’ Sqallija f’CdI ma tistax titqies bħala parteċipazzjoni azzjonarja minoritarja mingħajr ebda influwenza fuq il-ġestjoni tal-kumpanija. Tabilħaqq, Sqallija kienet tintervjeni fid-deċiżjonijiet strateġiċi kollha ta’ CdI. B’mod partikolari, l-ilmentatur irrimarka li s-Sur Vincenzo Emanuele kellu fl-istess ħin il-pożizzjoni ta’ Kontabilist Ġenerali ta’ Sqallija u President tal-Bord Superviżorju ta’ Mediterranea u, għalhekk, kien f’pożizzjoni li jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta’ CdI. Skont l-Artikolu 2409-octies tal-Kodiċi Ċivili Taljan, il-Bord Superviżorju jeżerċita funzjonijiet ta’ kontroll. Huwa fdat bir-responsabbiltajiet li ġejjin, fost l-oħrajn: il-ħatra u r-revoka tal-Bord tad-Diretturi; l-approvazzjoni tal-karta bilanċjali; it-twettiq tal-funzjonijiet attribwiti lill-Collegio Sindacale skont l-Artikolu 2403 tal-Kodiċi Ċivili Taljan; il-promozzjoni ta’ azzjonijiet ta’ danni kontra membri tal-Bord tad-Diretturi; il-preżentazzjoni ta’ aġġornament annwali bil-miktub lill-azzjonisti. Barra minn hekk, l-Istatut ta’ Mediterranea attribwixxa lill-Bord Superviżorju tagħha l-kompetenza addizzjonali tal-votazzjoni fuq l-operazzjonijiet strateġiċi u l-pjanijiet finanzjarji u kummerċjali mħejjija mill-Bord tad-Diretturi. SNS irrimarkat ukoll li, meta kienet qed titwaqqaf Mediterranea, Sqallija nnominat tnejn mit-tliet membri tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija. Fl-aħħar nett, SNS innotat li l-azzjonisti minoritarji ta’ Mediterranea u CdI kienu parzjalment l-istess, u b’hekk żiedu l-ingranaġġ ta’ Sqallija. B’mod partikolari, Lauro.it S.p.A. u Isolemar S.r.l. kienu azzjonisti minoritarji kemm f’Mediterranea kif ukoll f’CdI.

(261)

It-tieni, fir-rigward tal-kontrogaranzija, SNS irrimarkat li, meta l-offerta kienet waslet biex tingħata lil SNS, u wara l-iskadenza tad-data tal-għeluq proċedurali, CdI mmodifikat l-offerta tagħha billi pproponiet li l-garanzija sottomessa qabel tiġi sostitwita, minn Commercial Fidi, b’garanzija minn Unicredit, li kienet kontrogarantita minn Sqallija. Imbagħad, fit-12 ta’ Ottubru 2011, wara l-aħħar talba għal offerti inkrementali, Unicredit ħarġet ittra ta’ konfort ġdida lil CdI, mingħajr ma semmiet xi kontrogaranzija. Madankollu, fl-istess jum, Sqallija kkonfermat il-kontrogaranzija tagħha lil Unicredit, filwaqt li mmodifikat l-ammonti biex ikunu jaqblu ma’ dawk fl-ittra ta’ Unicredit. SNS innotat ukoll li minbarra l-parteċipazzjoni tal-ekwità indiretta tagħha f’CdI, Sqallija kellha wkoll parteċipazzjoni azzjonarja minoritarja f’Unicredit (0,62 %) u kellha relazzjoni mill-qrib ma’ tal-aħħar (88).

(262)

SNS tqis li l-Amministrazzjoni Straordinarja kienet tagħti l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS, mingħajr l-għoti minn Unicredit tal-garanzija lil CdI. F’dan l-isfond, SNS sostniet li, abbażi tal-ġurisprudenza dwar l-għajnuna mill-Istat u l-Avviż dwar il-Garanziji, il-kontrogaranzija taqbel mad-definizzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat, minħabba li tat vantaġġ ekonomiku selettiv lil CdI billi ppermettitilha tirbaħ l-offerta għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, tuża riżorsi tal-Istat u tfixkel il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Tabilħaqq, SNS sostniet li l-miżura tista’ tinvolvi wkoll għajnuna lil Unicredit, minħabba li l-profil tar-riskju tal-garanzija tagħha favur CdI jitnaqqas kif xieraq.

(263)

It-tielet, SNS iddeskriviet iż-żieda fil-kapital minn CdI, u l-bidliet fl-istrutturi tal-parteċipazzjoni azzjonarja kemm ta’ CdI kif ukoll ta’ Mediterranea maż-żmien. SNS l-ewwel innotat li wara ż-żieda fil-kapital li seħħet f’żewġ stadji, minn EUR 1 miljun għal EUR 21 480 263, Mediterranea xorta kellha l-maġġoranza tal-ishma ta’ CdI. SNS innotat ukoll li, fiż-żmien taż-żewġ stadji taż-żieda fil-kapital, Sqallija kienet l-azzjonista maġġoritarja ta’ CdI, anke jekk is-sehem tagħha aktar tard jiġi dilwit għal 43,02 %. SNS tqis li d-deċiżjonijiet biex issir iż-żieda fil-kapital u biex tingħata l-kontrogaranzija kienu jkunu marbuta u, fl-aħħar mill-aħħar, l-ebda waħda minnhom ma kienet tfittex profitt. Tabilħaqq, l-ebda investitur privat ma kien jissottoskrivi ż-żieda fil-kapital u, fl-istess ħin, joħroġ tali kontrogaranzija, filwaqt li jieħu f’kunsiderazzjoni l-ammonti involuti u t-twaqqit taż-żewġ miżuri. Fl-aħħar nett, SNS irrimarkat li s-sħab privati, li pparteċipaw fiż-żieda fil-kapital ta’ CdI, kellhom parteċipazzjonijiet azzjonarji ferm iżgħar minn Sqallija (madwar nofs), u qatt ma kienu jipparteċipaw f’dik iż-żieda fil-kapital mingħajr ma Sqallija kienet tipprovdi l-biċċa l-kbira tal-fondi bl-użu ta’ riżorsi pubbliċi. Għalhekk, SNS sostniet li ż-żieda fil-kapital minn CdI ssodisfat ukoll il-kundizzjonijiet kollha biex titqies bħala għajnuna mill-Istat.

(264)

Fl-aħħar nett, il-kumpanija ddeskriviet il-problemi fl-eżekuzzjoni tal-Konvenzjoni l-ġdida minn CdI, b’dewmien konsiderevoli, kanċellazzjonijiet u żidiet fin-nollijiet li affettwaw lill-utenti finali, u talbet lill-Kummissjoni tiffinalizza l-investigazzjoni li tikkonċerna biss il-kontrogaranzija u ż-żieda fil-kapital.

5.2.3.   It-tielet sottomissjoni

(265)

Fit-tielet sottomissjoni, mibgħuta fil-31 ta’ Lulju 2019, SNS għamlet rimarki preliminari dwar il-gżejjer minuri servuti skont il-Konvenzjoni l-ġdida. Il-gżejjer minuri ta’ Sqallija huma erbatax, kull waħda bil-popolazzjoni u l-ħtiġijiet ta’ konnessjoni marittima tagħha, li jeħtieġu servizzi marittimi regolari u frekwenti mal-art kontinentali wkoll għall-forniment ta’ provvisti essenzjali bħall-ikel, l-ilma, il-fjuwil u l-posta. Ħafna minn dawn il-gżejjer ma għandhom l-ebda sptar jew skola sekondarja sabiex il-pazjenti u l-istudenti jiddependu fuq konnessjonijiet stabbli u affordabbli biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-edukazzjoni u tas-saħħa tagħhom (89). SNS innotat ukoll li l-pjanijiet kollha ta’ evakwazzjoni għal dawn il-gżejjer, f’każijiet ta’ diżastri naturali jew għal finijiet ta’ protezzjoni ċivili, jiddependu fuq il-konnessjonijiet marittimi pprovduti skont il-Konvenzjoni l-ġdida.

(266)

SNS imbagħad sostniet li hija qieset li l-kumpens imħallas lilha skont il-Konvenzjoni l-ġdida ma kienx jammonta għal għajnuna mill-Istat, minħabba li kien konformi mal-kriterji ta’ Altmark. B’mod partikolari, SNS qabblet il-każ tagħha mas-servizzi pprovduti minn Saremar, li ġew ivvalutati fid-Deċiżjoni tal-2014, u enfasizzat diversi elementi li japplikaw għal SNS, iżda li ma kinux japplikaw għal dawk is-servizzi:

(a)

Obbligi ta’ servizz pubbliku definiti sewwa, meħtieġa biex jiġi indirizzat falliment storiku tas-suq (Altmark I). Tabilħaqq, l-obbligi ta’ servizz pubbliku fdati lil SNS huma definiti b’mod ċar fil-karatteristiċi kollha tagħhom, f’termini ta’ rotot, tip ta’ bastiment, frekwenza tas-servizzi, standards, kumdità, sikurezza, rati massimi, eċċ. u r-reġim tas-servizz pubbliku jeħtieġ li jiffaċċja l-falliment tas-suq storiku li jeżisti fil-konnessjonijiet marittimi bejn Sqallija u l-gżejjer minuri tagħha. Pereżempju, SNS innotat li d-dħul annwali tagħha mill-biljetti jammonta għal bilkemm 30 % tal-kostijiet tar-rotot skont il-Konvenzjoni l-ġdida, li jissuġġerixxi bil-qawwa li dawn is-servizzi ma setgħux jiġu pprovduti mis-suq, taħt l-ebda ċirkostanza, u storikament qatt ma kienu. L-uniċi eċċezzjonijiet huma l-konnessjonijiet offruti minn SNAV u Alilauro fuq il-pakkett ta’ Napli – il-Gżejjer Eoliċi, li huma operati mingħajr kumpens pubbliku. Madankollu, dawn is-servizzi huma pprovduti biss fl-eqqel staġun, b’tipi differenti ta’ dgħajjes minn dawk meħtieġa fil-Konvenzjoni l-ġdida, u ma jilħqux lil Milazzo (fi Sqallija). Huma essenzjalment jaqdu lit-turisti li jivvjaġġaw mill-bqija tal-Italja lejn il-Gżejjer Eoliċi u lura fl-eqqel staġun u, bħala tali, ma jistgħux jitqabblu mas-servizzi offruti minn SNS;

(b)

Mekkaniżmu ta’ kumpens stabbilit b’mod ċar fid-Direttiva CIPE u fil-Konvenzjoni l-ġdida (Altmark II). Tabilħaqq, il-livell ta’ kumpens kien stabbilit b’mod ċar abbażi tad-Direttiva CIPE, u l-metodu ta’ kalkolu tal-kumpens, jiġifieri l-elementi tal-kost ikkunsidrati u r-redditu fuq il-kapital investit, huma spjegati fid-dettall fiha. SNS innotat li dan huwa konformi wkoll mal-fehma preliminari tal-Kummissjoni espressa fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012;

(c)

Ammont ta’ kumpens proporzjonat mal-kostijiet imġarrba (inkluż marġini raġonevoli – Altmark III). Tabilħaqq, il-kumpens mogħti lil SNS huwa meħtieġ u proporzjonat biex ikopri l-kostijiet imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u jiżgura profitt raġonevoli. Il-primjum tar-riskju ffissat għal 6,5 % huwa konformi mal-analiżi makroekonomika għall-Italja u huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li mhux biss jiġu koperti l-kostijiet imġarrba fil-forniment tas-servizzi marittimi, iżda wkoll li tiġi ggarantita remunerazzjoni xierqa għall-kapital investit. SNS innotat li fin-nuqqas ta’ dan tal-aħħar, l-ebda operatur privat qatt ma jiddeċiedi li jwettaq obbligi ta’ servizz pubbliku kif definiti fil-Konvenzjoni l-ġdida;

(d)

L-għoti tal-fergħa kummerċjali u tal-Konvenzjoni l-ġdida wara proċedura tal-offerti miftuħa u mfassla tajjeb (Altmark IV). Tabilħaqq, SNS innotat li hija kienet intgħażlet wara proċedura tal-offerti li ppermettiet l-għażla tal-offerent li kapaċi jipprovdi s-servizzi bl-inqas kost għall-komunità. B’mod aktar speċifiku, fost ir-rekwiżiti l-oħrajn tas-sejħa għall-offerti, l-għażla li l-operatur rebbieħ jintalab jieħu f’idejh il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kienet l-uniku mod possibbli biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali, billi l-ebda kumpanija li tressaq offerti ma kienet diġà ngħatat biżżejjed bastimenti u ekwipaġġi biex twettaq is-servizzi meħtieġa.

(267)

Barra minn hekk u bħala raġunament sussidjarju, SNS innotat li l-kumpens skont il-Konvenzjoni l-ġdida kien jirrispetta wkoll il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti mid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011. Tabilħaqq, l-obbligi ta’ servizz pubbliku li għandhom jiġu ssodisfati minn SNS huma identifikati u definiti b’mod ċar fil-karatteristiċi kollha tagħhom. Barra minn hekk, il-konvenzjoni ma’ SNS:

(a)

Tidentifika l-kontenut u d-durata tal-obbligi ta’ servizz pubbliku;

(b)

Tidentifika l-impriża u t-territorju kkonċernat;

(c)

Fiha deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens u tal-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-rieżami tal-kumpens;

(d)

Fiha l-arranġamenti għall-evitar u l-irkupru ta’ kwalunkwe kumpens żejjed.

5.3.   Il-kummenti ta’ Pan Med

(268)

Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2011, mibgħuta fid-29 ta’ Frar 2012, Pan Med iddikjarat li hija qablet ma’ ċerti taqsimiet ta’ dik id-deċiżjoni dwar il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna fil-privatizzazzjoni, il-prijorità tal-irmiġġ, u l-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010.

(269)

Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-2012, mibgħuta fid-19 ta’ April 2013, Pan Med innotat li hija kellha l-ħsieb li tibda topera ċerti rotot ġodda, iżda allegat li l-kompetizzjoni kienet imfixkla mill-għajnuna inkompatibbli mogħtija lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group u l-akkwirenti tagħhom. Il-premessi li ġejjin jiġbru fil-qosor il-kummenti ta’ Pan Med li jirreferu għal Siremar.

(270)

Fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ mogħtija lil Tirrenia u lil Siremar, Pan Med sostniet li mit-28 ta’ Awwissu 2011 – jiġifieri, id-data sa meta dik l-għajnuna kellha tiġi tterminata – sakemm tiġi rrimborżata madwar sena u xahrejn wara, dawn iż-żewġ kumpaniji bbenefikaw minn għajnuna illegali u irregolari għas-salvataġġ. B’mod partikolari, l-għajnuna għas-salvataġġ ma kinitx tikkonforma mal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u ma kinitx tkun parti minn pjan ta’ ristrutturar komprensiv. Għalhekk, fil-fehma ta’ Pan Med, din kienet issarraf f’għajnuna operazzjonali lil Tirrenia u lil Siremar.

(271)

Fir-rigward tal-Konvenzjonijiet il-ġodda, Pan Med esprimiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar in-natura ġenwina tal-SGEI mwettaq minn CIN u CdI, filwaqt li ffokat ir-raġunament tagħha fuq ir-rotot operati minn tal-ewwel (jiġifieri l-konnessjonijiet bejn Sqallija u l-art kontinentali, għall-kuntrarju tal-konnessjonijiet bejn Sqallija u l-gżejjer iżgħar, operati minn CdI). Pan Med sostniet li la l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tal-komunitajiet lokali u lanqas l-argumenti ta’ żvilupp ekonomiku ma jistgħu jiġġustifikaw il-kumpens pubbliku mogħti lil dawn l-operaturi. Pan Med irrimarkat li l-objettiv li tiġi żgurata l-kontinwità territorjali ma jenħtieġx li jiġi indirizzat permezz ta’ pakketti ta’ rotot magħżula b’mod arbitrarju, li ma kinux jidhru li jirriflettu l-interess ġenerali u li kienu ġew definiti kważi 25 sena qabel. Barra minn hekk, Pan Med sostniet li l-kumpens għall-operat tas-servizz pubbliku ppermetta lill-operaturi jagħmlu profitti li kienu aktar raġonevoli u, b’hekk, ma jissodisfawx it-tielet kriterju ta’ Altmark (90). B’mod partikolari, Pan Med sostniet li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % kif stabbilit fid-Direttiva CIPE ma jkunx ġustifikat, minħabba li ma jitħalla l-ebda riskju kummerċjali għall-operaturi.

(272)

Fl-ittra tagħha, Pan Med iddeskriviet ukoll għadd ta’ rotot ġodda li kienet iddeċidiet li topera u servizz ġdid ta’ kuljum fuq ir-rotta ta’ Gaeta – Milazzo, li kienet għadha qed tevalwa. Pan Med qieset dan is-servizz bħala kummerċjalment vijabbli. Madankollu, il-proġett kien jieqaf minħabba l-burokrazija u r-reżistenza minn CdI u minn operaturi oħrajn (91). Dan is-servizz jikkompeti mas-servizzi tal-laneċ operati minn CdI fuq ir-rotta ta’ Napli – il-Gżejjer Eoliċi – Milazzo (kif ukoll mas-servizz ipprovdut minn Tirrenia fuq ir-rotta ta’ Napli – Palermo). Fir-rigward tas-sitwazzjoni kompetittiva fuq ir-rotot ta’ kabotaġġ moqdija minn CdI, Pan Med fakkret li l-Kummissjoni kienet diġà nnotat li l-operaturi kompetituri kienu qed jipprovdu servizzi mħalltin komparabbli, mill-inqas fuq ir-rotot li ġejjin: Milazzo – il-Gżejjer Eoliċi – Napli, Trapani – Pantelleria u Palermo – Ustica. Fil-fehma ta’ Pan Med, dan juri li s-suq huwa tabilħaqq kapaċi jissodisfa l-obbligi ta’ servizz pubbliku li kienu fdati arbitrarjament lil CdI.

(273)

Pan Med ikkonkludiet li l-għajnuna mogħtija taħt l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, l-għajnuna għas-salvataġġ u l-għajnuna mogħtija skont il-Konvenzjoni l-ġdida huma illegali u inkompatibbli u kellhom jiġu rkuprati mill-benefiċjarji rispettivi (jiġifieri, il-kumpaniji oriġinali jew is-sidien il-ġodda, skont il-miżura inkwistjoni u l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika).

5.4.   Il-kummenti ta’ Grandi Navi Veloci

(274)

Fl-1 ta’ Marzu 2012, bi tweġiba għad-Deċiżjoni tal-2011, Grandi Navi Veloci ressqet kummenti dwar il-punti li ġejjin:

(a)

il-ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, li jikkonċerna lil Saremar;

(b)

il-kumpens annwali mogħti lil Saremar għall-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha;

(c)

il-privatizzazzjoni tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u Siremar;

(d)

il-prijorità tal-irmiġġ assenjata lil Saremar;

(e)

miżuri ta’ għajnuna oħrajn mogħtija lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group fil-kuntest tal-privatizzazzjonijiet;

(f)

l-illegalità tal-għajnuna diġà mogħtija lil Saremar u l-ħtieġa li tiġi sospiża u rkuprata b’mod provviżorju dik l-għajnuna (92).

Grandi Navi Veloci sostniet li l-miżuri ta’ għajnuna elenkati fil-punti (b) u (e) jirrappreżentaw għajnuna ġdida, li hija kemm illegali kif ukoll inkompatibbli mat-TFUE. Madankollu, l-enfasi tal-kummenti ta’ Grandi Navi Veloci hija fuq il-każ speċifiku ta’ Saremar, li jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Dawk il-kummenti, li huma rilevanti wkoll għal din id-Deċiżjoni, huma miġbura fil-qosor hawn taħt.

(275)

Fir-rigward tal-allegat ksur tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, Grandi Navi Veloci nnotat li skont dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jintervjenu fil-każ ta’ nuqqas tas-suq li jipprovdi servizzi adegwati, billi jagħtu sussidji relatati mal-obbligi ta’ servizz pubbliku fuq rotot identifikati mill-Istati Membri nfushom. Madankollu, l-Istati Membri jridu jillimitaw l-intervent tagħhom għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tas-sidien kollha tal-bastimenti Komunitarji interessati li jaqdu dawk ir-rotot. Minħabba li l-Italja tat ir-rotot lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group esklussivament mingħajr ma nediet sejħa miftuħa għall-offerti, hija kisret l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. Barra minn hekk, Grandi Navi Veloci tinnota li, jekk ikun hemm kompetituri li joffru l-istess servizzi fuq dawk ir-rotot, il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ġurisprudenza ta’ Analir ma jiġux issodisfati (93).

(276)

Fir-rigward tal-prijorità tal-irmiġġ, Grandi Navi Veloci ma kkontestatx il-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, minħabba li ma hemm l-ebda telf ta’ riżorsi tal-Istat. Madankollu, Grandi Navi Veloci sostniet li t-trasferiment tal-prijorità tal-irmiġġ lis-sidien il-ġodda tal-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, kif awtorizzat mill-paragrafu 21 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009, huwa wkoll ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. Grandi Navi Veloci mbagħad semmiet żewġ deċiżjonijiet (segnalazioni) adottati mill-AGCM fl-1995 u fl-1997 u li jikkonċernaw lil Caremar, li ddikjaraw li din il-prijorità jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni, b’mod partikolari jekk il-benefiċjarju jkollu dritt esklużiv fuq is-slots tal-irmiġġ li huma l-aktar siewja minn perspettiva ekonomika.

(277)

Fir-rigward tal-privatizzazzjoni tal-fergħat kummerċjali ta’ Tirrenia u ta’ Siremar, Grandi Navi Veloci qablet mal-fehma preliminari tal-Kummissjoni, kif espressa fid-Deċiżjoni tal-2011, li l-proċeduri ma kinux ikunu trasparenti u inkondizzjonati biżżejjed biex tiġi eskluża l-eżistenza ta’ għajnuna. Barra minn hekk, Grandi Navi Veloci sostniet li l-awtoritajiet Taljani kienu qed idewmu b’mod indefinit il-privatizzazzjoni tal-kumpaniji ta’ Tirrenia Group, inklużi l-kumpaniji reġjonali, minkejja l-garanziji mogħtija matul is-snin lill-Kummissjoni u formalizzati fid-Deċiżjoni tal-2001 (fil-premessi 4 u 12 tagħha) u fid-Deċiżjoni tal-2004 (fil-premessi 5 u 45 tagħha). Grandi Navi Veloci sostniet li l-prospett tal-privatizzazzjonijiet futuri ntuża bħala pedina fin-negozjati vis-à-vis il-Kummissjoni sabiex ikun jista’ jsir il-ħlas ta’ kumpens għas-servizz pubbliku lill-kumpaniji ta’ Tirrenia Group sal-aħħar tal-2008.

5.5.   Ittra mis-sindku ta’ Lipari

(278)

Fit-2 ta’ Diċembru 2019, is-sindku ta’ Lipari u tal-Gżejjer Eoliċi l-oħrajn ħlief Salina (94) ssottometta ittra, wara d-dati tal-għeluq proċedurali, sabiex il-partijiet terzi interessati jesprimu l-fehmiet tagħhom fir-rigward tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012.

(279)

F’din l-ittra, is-sindku enfasizza l-importanza tas-settur tat-trasport marittimu għall-ħajja ta’ kuljum tan-nies li jgħixu fil-Gżejjer Eoliċi. B’mod partikolari, is-sindku enfasizza li l-gżejjer inkwistjoni huma ħafna iżgħar minn Sardinja jew Sqallija u għal din ir-raġuni l-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ marittimu huma ta’ importanza kruċjali. Is-sindku nnota li dawn il-gżejjer – speċjalment l-iżgħar fosthom – jeħtieġu dawn il-konnessjonijiet għall-provvisti bażiċi tal-ikel u tal-mediċina. Mingħajr konnessjonijiet affidabbli u frekwenti, dawn il-gżejjer ikunu qed jirriskjaw l-emigrazzjoni tal-massa sakemm ma jibqgħux abitati. Barra minn hekk, is-sindku enfasizza kif it-turiżmu jirrappreżenta l-attività ekonomika ewlenija ta’ dawn il-gżejjer u kemm it-trasport effiċjenti u effettiv huwa essenzjali għat-turiżmu, b’mod partikolari fl-eqqel staġun. Fir-rigward ta’ dan il-punt, is-sindku nnota li d-domanda tal-utenti għal dawn is-servizzi tat-trasport hija relattivament żgħira iżda stabbli fl-istaġun kwiet, li tikkonċerna l-aktar lill-vjaġġaturi u lir-residenti tal-gżejjer, filwaqt li hija aktar b’saħħitha fl-eqqel staġun, li tikkonċerna l-aktar lit-turisti. B’konsegwenza ta’ dan, il-konnessjonijiet mal-Gżejjer Eoliċi jeħtieġu appoġġ mill-Istat u l-irtirar tiegħu jkun diżastru għad-drittijiet u l-ħtiġijiet bażiċi tan-nies li jgħixu f’dawk il-gżejjer.

6.   SOTTOMISSJONIJIET MINN COMPAGNIA DELLE ISOLE

(280)

Fit-23 ta’ Ottubru 2014, CdI pparteċipat f’laqgħa mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet Taljani. Il-kumpanija ssottomettiet ukoll tliet settijiet ta’ osservazzjonijiet, kollha wara d-dati tal-għeluq proċedurali sabiex il-partijiet terzi interessati jesprimu l-fehmiet tagħhom fir-rigward tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012. Għall-ebda waħda minn dawn is-sottomissjonijiet, CdI ma mliet il-formola obbligatorja għall-ilmenti msemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (95). Madankollu, il-Kummissjoni se tiġbor fil-qosor dawn is-sottomissjonijiet fit-taqsimiet li ġejjin u qisithom fil-valutazzjoni tagħha.

6.1.   L-ewwel sottomissjoni

(281)

Fl-ewwel ittra tagħha mibgħuta fit-8 ta’ Awwissu 2013, mibgħuta fuq talba mill-Kummissjoni, CdI pprovdiet data dettaljata dwar ir-rotot li kienet topera fil-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012. L-informazzjoni pprovduta kienet tinkludi, fost elementi oħrajn, lista tar-rotot operati bid-data li ġejja:

(1)

L-istaġun li fih tiġi operata r-rotta (96);

(2)

It-tunnellaġġ tal-bastimenti użati;

(3)

L-għadd globali ta’ vjaġġi;

(4)

L-għadd medju ta’ passiġġieri u karozzi għal kull vjaġġ;

(5)

Il-volum medju tal-merkanzija (f’metri lineari) għal kull vjaġġ;

(6)

Id-dħul totali medju għal kull vjaġġ (f’EUR);

(7)

Il-medja tal-għadd ta’ persunal u tal-kostijiet (f’EUR) għal kull vjaġġ (97);

(282)

Barra minn hekk, CdI ddikjarat li hija kienet akkwistat il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar wara valwazzjoni minn espert indipendenti u li ma kien hemm l-ebda kontinwità ekonomika ma’ Siremar f’EA.

6.2.   It-tieni sottomissjoni

(283)

Fit-tieni sett ta’ osservazzjonijiet tagħha, mibgħuta fit-23 u fit-30 ta’ Ottubru 2014, CdI pprovdiet kummenti dwar il-kontrogaranzija.

(284)

L-ewwel nett, hija nnotat li Sqallija kienet iddeċidiet li tistabbilixxi lil Mediterranea b’objettivi politiċi u ekonomiċi ċari: l-appoġġ lill-komunitajiet ta’ gżejjer minuri bil-forniment “intern” ta’ servizzi ta’ kabotaġġ marittimu u l-għoti tal-kapital meħtieġ għal parteċipazzjoni kwalifikata u definita sewwa fil-forniment ta’ dawk is-servizzi. F’dan ir-rigward, sabiex twettaq l-għan kummerċjali tagħha, CdI għamlet diversi offerti ta’ xiri għal Siremar, bl-aktar reċenti fosthom ikunu dawk tad-9 ta’ Ġunju, tat-18 ta’ Lulju u tat-13 ta’ Ottubru 2011.

(285)

It-tieni, hija sostniet li l-għoti tal-fergħa kummerċjali kien leġittimu u pprovdiet dokumenti dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti u l-litigazzjoni nazzjonali relatata. CdI sostniet li Siremar f’EA u l-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku kienu konxji tal-eżistenza tal-kontrogaranzija, u xorta waħda wettqu t-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil CdI, 10 xhur sħaħ wara l-għoti tal-offerta. B’mod partikolari, CdI qasmet mal-Kummissjoni deċiżjoni mit-Tribunal ta’ Ruma tal-15 ta’ April 2014, li ħelset lill-atturi minn kwalunkwe akkużi kriminali, billi t-Tribunal ikkonkluda li l-Amministrazzjoni Straordinarja kienet taf dwar il-kontrogaranzija minn Sqallija meta hija tat il-fergħa kummerċjali lil CdI. Billi l-fatti stabbiliti fid-deċiżjonijiet finali fi proċedimenti kriminali ma jistgħux jiġu kkontestati fi proċeduri relatati, CdI sostniet li dan wera li l-kontrogaranzija kienet kompletament regolari u fl-istess ħin mhux deċiżiva għall-eżitu tal-offerta (98).

(286)

It-tielet, CdI nnotat li Sqallija offriet il-kontrogaranzija fil-kapaċità tagħha bħala investitur b’sehem f’kumpanija, mhux bħala awtorità pubblika. Billi kontrogaranzija kienet meħtieġa biex tinkiseb il-garanzija minn Unicredit fuq il-pagamenti differiti tal-prezz tal-bejgħ, l-azzjonisti kollha tagħha, inklużi l-partijiet privati Lauro.it S.p.A., Davimar u Isolemar S.r.l, ħarġu kontrogaranzija. Għall-ewwel offerta minn CdI, huma għamlu dan anke qabel ma Sqallija ħarġet il-kontrogaranzija tagħha stess, minħabba l-proċeduri itwal tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Tabilħaqq, dak id-dewmien wassal biex CdI tiddependi għall-ewwel fuq il-garanzija minn Commercial Fidi, li aktar tard tiġi sostitwita bl-ittra ta’ konfort minn Unicredit, li kienet tinkludi klawżola ta’ sospensjoni dwar il-verifika tas-setgħat tal-Kontabilist Ġenerali ta’ Sqallija biex joħroġ il-kontrogaranzija (ara l-premessa (84)). Madankollu, din ma tkunx rilevanti, għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, il-Kummissarju Straordinarju ma kkunsidrahiex u talab serje oħra ta’ offerti; it-tieni, il-kontrogaranziji mill-partijiet l-oħrajn kienu kompluti. Għalhekk, CdI kkonkludiet li l-kontrogaranzija minn Sqallija kienet tranżazzjoni kummerċjali ordinarja u ma pprovdiet l-ebda vantaġġ lil CdI jew Unicredit.

6.3.   It-tielet sottomissjoni

(287)

Fit-tielet ittra tagħha, mibgħuta fil-15 ta’ Lulju 2015, CdI l-ewwel irreferiet għall-argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani dwar il-prezz tal-fergħa kummerċjali, li ssodisfat il-kriterju tal-bejjiegħ privat, u dwar id-diskontinwità ekonomika bejn Siremar fl-EA u fis-CdI. CdI sostniet, b’mod partikolari, li d-Deċiżjonijiet 5172/2012 u 592/14 ma biddlux din il-konklużjoni, minħabba li ffokaw fuq punt wieħed tal-proċedura ta’ privatizzazzjoni, jiġifieri l-kontrogaranzija minn Sqallija. Id-deċiżjonijiet minn TAR u CdS ma kellhom l-ebda effett fuq il-mekkaniżmi stabbiliti biex tiġi żgurata d-diskontinwità ekonomika: il-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferiment u tas-servizzi pubbliċi skont il-Konvenzjoni l-ġdida, kif definit mil-Liġi tal-2010; u d-dispożizzjonijiet dwar il-forza tax-xogħol stabbiliti mill-Artikolu 56(3-bis) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999. Barra minn hekk, Sqallija kienet ħarġet il-kontrogaranzija, filwaqt li l-Amministrazzjoni Straordinarja u l-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku ssorveljaw it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali. Għalhekk, l-eżistenza ta’ tali kontrogaranzija ma tistax tqajjem dubji dwar il-leġittimità tal-proċedura tal-bejgħ. CdI informat ukoll lill-Kummissjoni li d-diversi istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati involuti kienu ltaqgħu fl-20 ta’ April 2015 biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tad-Deċiżjonijiet 5172/2012 u 592/14 (99).

(288)

Barra minn hekk, CdI sostniet li s-salvagwardji tal-proċedura żguraw li l-prezz imħallas għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kien il-prezz tas-suq reali tagħha wara l-għoti tal-għajnuna, li jfisser li l-valur ta’ tali għajnuna kien effettivament diġà inkluż fil-prezz tal-bejgħ (100). Skont din l-interpretazzjoni, il-bejjiegħ kien iżomm il-vantaġġ ta’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat, minħabba li l-prezz tas-suq tal-assi tiegħu kien korrispondentement ogħla u, għalhekk, ix-xerrej ma jkunx meħtieġ iħallas lura dik l-għajnuna. Għalhekk, kwalunkwe ordni ta’ rkupru potenzjalment diretta lejn Siremar f’EA ma jenħtieġx li tiġi estiża għax-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar.

7.   KUMMENTI MILL-ITALJA DWAR IL-KUMMENTI U S-SOTTOMISSJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(289)

Il-Kummissjoni bagħtet lill-Italja l-kummenti u s-sottomissjonijiet miġbura fil-qosor fit-Taqsimiet 5 u 6. Madankollu, l-Italja pprovdiet biss kummenti għat-tieni sottomissjoni minn SNS (ara t-Taqsima 5.2.2), permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Mejju 2015.

(290)

B’mod partikolari, l-Italja nnotat li fl-aħħar fażi tal-proċedura tal-bejgħ, bid-data tal-għeluq tat-13 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissarju Straordinarju espliċitament ta pariri lill-offerenti kontra s-sottomissjoni ta’ offerti appoġġati minn kwalunkwe garanzija bi ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, CdI ssottomettiet l-offerta tagħha bl-ittra ta’ konfort minn Unicredit, li ma kienet tinkludi l-ebda referenza għal kontrogaranzija minn Sqallija, filwaqt li xorta waħda kienet qed tissoġġetta l-validità tal-ittra ta’ konfort għal kundizzjonijiet oħrajn (101). Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ministerjali ngħatat bis-suppożizzjoni li r-regoli tal-proċedura kienu ġew irrispettati bis-sħiħ.

(291)

L-Italja sostniet ukoll li ż-żieda fil-kapital minn Mediterranea saret pari passu mal-azzjonisti privati l-oħrajn ta’ CdI, u li għal din ir-raġuni ma kienet tinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, l-Italja tenniet li l-ishma ta’ Sqallija kienu statutorjament differenti minn dawk tal-azzjonisti privati ta’ CdI, biex b’hekk tiġi llimitata strettament l-influwenza tagħha fi ħdan il-kumpanija.

8.   IL-VALUTAZZJONI

8.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(292)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(293)

Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju:

(a)

jingħata minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat,

(b)

jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti,

(c)

iwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni,

(d)

jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(294)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Konvenzjoni l-ġdida jenħtieġ li tiġi vvalutata b’mod konġunt mal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Tali valutazzjoni konġunta hija xierqa minħabba li essenzjalment l-Italja organizzat offerta għal kuntratt ta’ servizz pubbliku (jiġifieri l-Konvenzjoni l-ġdida) li biha l-offerent rebbieħ kellu jakkwista mingħand Siremar għadd ta’ assi (prinċipalment bastimenti) meħtieġa biex iwettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti f’dak il-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

(295)

It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Taljani u CdI diġà rrevokaw kemm il-kuntratt tal-bejgħ kif ukoll il-Konvenzjoni l-ġdida li kienu kkonkludew. Din tal-aħħar, raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, imbagħad ġiet ittrasferita lil SNS. Fil-fatt, kif deskritt fil-premessi (99) u (100), l-għoti inizjali tal-Konvenzjoni l-ġdida u tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil CdI ġie annullat kompletament u t-tnejn li huma fl-aħħar mill-aħħar ġew attribwiti lil SNS fil-11 ta’ April 2016. Barra minn hekk, minħabba li l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida u l-bejgħ tal-fergħa kummerċjali huma intrinsikament marbuta, ma huwiex possibbli li tiġi vvalutata kwalunkwe waħda miż-żewġ miżuri separatament, lanqas għal perjodu ta’ żmien limitat. F’dan l-isfond, il-konklużjoni tal-investigazzjoni dwar l-għoti inizjali tal-Konvenzjoni l-ġdida, raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, lil CdI, matul il-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-10 ta’ April 2016, tkun loġikament impossibbli, minħabba li tammonta għal valutazzjoni tal-istess proċedura darbtejn (darba għall-għoti intermedjarju lil CdI u darba għall-għoti finali lil SNS) (102). Għalhekk, din id-Deċiżjoni se tivvaluta biss l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida, raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, minn Siremar f’EA lil SNS. Minħabba li l-Konvenzjoni l-ġdida, li ilha fis-seħħ mill-11 ta’ April 2016, kellha essenzjalment l-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk li kienu japplikaw fil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-10 ta’ April 2016, u minħabba li l-fergħa kummerċjali kienet essenzjalment l-istess, il-Kummissjoni integrat l-informazzjoni rilevanti kollha li ġabret matul l-investigazzjoni formali dwar il-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-10 ta’ April 2016 fil-valutazzjoni tal-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS.

(296)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-prijorità tal-irmiġġ, li tapplika biss għar-rotot tas-servizz pubbliku, hija marbuta b’mod inseparabbli mal-prestazzjoni tal-SGEI minn Siremar u l-akkwirenta tagħha SNS. Għalhekk, din il-miżura se tiġi vvalutata b’mod konġunt mal-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil dawk il-kumpaniji (ara t-Taqsimiet 8.1.1, 8.1.3 u 8.3.1).

8.1.1.   L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Siremar u l-Italja

8.1.1.1.   Ir-riżorsi tal-Istat

(297)

Sabiex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

(298)

Siremar ġiet fdata mill-Istat Taljan bl-operat tar-rotot marittimi kif spjegat fid-dettall mill-Konvenzjoni inizjali, kif estiża. Il-Konvenzjoni inizjali ġiet konkluża mal-Istat u l-kumpens għas-servizz pubbliku li jirriżulta għal Siremar jitħallas mill-Istat mill-baġit tiegħu stess. Għalhekk, il-kumpens għas-servizz pubbliku lil Siremar huwa imputabbli lill-Istat u jingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

(299)

Il-Kummissjoni tieħu nota li, skont l-Italja, l-operaturi kollha tal-laneċ iħallsu tariffi regolari lill-awtoritajiet tal-port rilevanti għall-irmiġġ, iżda li Siremar ma ħallset u ma tħallas l-ebda tariffa addizzjonali għall-prijorità tal-irmiġġ. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, fil-prinċipju, l-Italja setgħet għażlet li timponi tariffa addizzjonali għall-prijorità tal-irmiġġ u li jekk ma tagħmilx dan, tkun tilfet dħul mill-Istat. Barra minn hekk, minħabba li l-prijorità tal-irmiġġ tingħata bil-liġi, hija imputabbli lill-Istat (ara l-premessa (131)).

8.1.1.2.   Is-selettività

(300)

Sabiex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun selettiva. Il-kumpens għas-servizz pubbliku għall-forniment tas-servizzi marittimi inkwistjoni jingħata biss lil Siremar, biex b’hekk huwa selettiv. Minħabba li l-prijorità tal-irmiġġ ingħatat biss lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, inkluż lil Siremar, hija wkoll selettiva.

8.1.1.3.   Il-vantaġġ ekonomiku

(301)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-kumpensi tas-servizz pubbliku mogħtija lil kumpanija jistgħu ma jkunux jikkostitwixxu vantaġġ ekonomiku taħt ċerti kundizzjonijiet iddefiniti b’mod strett.

(302)

B’mod partikolari, fis-sentenza ta’ Altmark tagħha (103), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fejn miżura tal-Istat trid titqies bħala kumpens għas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu l-obbligi ta’ servizz pubbliku, biex b’hekk dawk l-impriżi ma jgawdux vantaġġ finanzjarju reali u, b’hekk, il-miżura ma jkollhiex l-effett li tpoġġihom f’pożizzjoni kompetittiva aktar favorevoli mill-impriżi li jikkompetu magħhom, tali miżura ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(303)

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara wkoll li sabiex tali kumpens għas-servizz pubbliku jaħrab mill-kwalifika bħala għajnuna mill-Istat f’każ partikolari, iridu jiġu ssodisfati l-erba’ kriterji kumulattivi (il-“Kriterji ta’ Altmark”) li ġejjin, li huma miġbura fil-qosor hawn taħt:

(a)

l-impriża benefiċjarja attwalment irid ikollha obbligi ta’ servizz pubbliku xi twettaq u dawn l-obbligi jridu jkunu definiti b’mod ċar (“Altmark 1”);

(b)

il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti (“Altmark 2”);

(c)

il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-kostijiet kollha, jew parti mill-kostijiet, imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi (“Altmark 3”);

(d)

meta l-impriża li għandha twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, f’każ speċifiku, ma tintgħażilx skont proċedura ta’ akkwist pubbliku li tippermetti l-għażla tal-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas kost għall-komunità, il-livell ta’ kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b’mezzi ta’ trasport adegwati sabiex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa tas-servizz pubbliku, kienet iġġarrab fit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, filwaqt li tqis id-dħul rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi (“Altmark 4”).

(304)

Il-Kummissjoni speċifikat kif hija tapplika l-kriterji ta’ Altmark fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-forniment ta’ SGEI (il-“Komunikazzjoni dwar l-SGEI”) (104).

(305)

Minħabba li l-kriterji ta’ Altmark għandhom jiġu rrispettati b’mod kumulattiv, jekk xi wieħed minn dawn il-kriterji ma jiġix issodisfat, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura taħt valutazzjoni tipprovdi vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju. Imbagħad, il-Kummissjoni l-ewwel tivvaluta r-rispett ta’ Altmark 4.

(306)

Altmark 4 jipprovdi li l-kumpens irid ikun il-minimu meħtieġ sabiex ma jikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat. Dan il-kriterju jitqies bħala ssodisfat jekk il-benefiċjarju tal-kumpens ikun intgħażel wara proċedura tal-offerti li tiżgura l-għażla tal-offerent li jkun kapaċi jipprovdi s-servizzi bl-anqas kost għall-komunità jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-kumpens ikun ġie kkalkolat b’referenza għall-kostijiet ta’ impriża effiċjenti.

(307)

Għall-ebda waħda mill-estensjonijiet tal-Konvenzjoni inizjali fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Lulju 2012 Siremar ma ntgħażlet wara proċedura pubblika ta’ sejħa għall-offerti. L-Italja sempliċiment estendiet is-sistema diġà fis-seħħ, u b’hekk tat id-dritt lill-operatur stabbilit minn qabel li jkompli jirċievi kumpens għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.

(308)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani ma pprovdew lill-Kummissjoni l-ebda informazzjoni li tissuġġerixxi li l-livell ta’ kumpens kien iddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b’mezzi tat-trasport adegwati sabiex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa tas-servizz pubbliku, kienet iġġarrab fit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, filwaqt li tqis id-dħul rilevanti u profitt raġonevoli. L-Italja sostniet biss li l-kumpens għas-servizz pubbliku għal Siremar naqas b’mod sinifikanti mill-2010 ’il quddiem, wara l-introduzzjoni tal-ammont massimu ta’ kumpens stabbilit mil-Liġi tal-2009. Madankollu, l-Italja ma wrietx li l-kostijiet imġarrba minn Siremar fil-forniment tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha kienu konformi ma’ dawk ta’ impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b’mezzi tat-trasport adegwati.

(309)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li Altmark 4 ma kienx osservat f’dan il-każ.

(310)

Minħabba li l-erba’ kriterji ta’ Altmark ma humiex osservati b’mod kumulattiv f’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens għall-operat tar-rotot marittimi taħt l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali pprovda vantaġġ ekonomiku lil Siremar.

(311)

Fir-rigward tal-prijorità tal-irmiġġ, il-Kummissjoni l-ewwel tfakkar li l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni, AGCM, ikkunsidrat tal-anqas f’żewġ okkażjonijiet li din il-miżura għandha valur ekonomiku (ara l-premessa (276)). Madankollu, Siremar ma tħallas l-ebda tariffa għall-prijorità tal-irmiġġ (ara l-premessa (226)). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-prijorità tal-irmiġġ għandha, tal-anqas teoretikament, il-potenzjal li tnaqqas il-kostijiet tal-operatur (eż. minħabba li l-irmiġġ garantit jista’ jnaqqas il-ħinijiet ta’ stennija fil-portijiet u, b’hekk, tirriżulta f’kostijiet aktar baxxi tal-fjuwil) jew iżżid id-dħul tiegħu (eż., minħabba li xi ħinijiet jistgħu jattiraw aktar domanda mill-passiġġieri). Fil-fatt, sa fejn il-prijorità tal-irmiġġ tippermetti proċedura aktar mgħaġġla ta’ trakkar tal-bastimenti, l-utenti tas-servizz tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jistgħu jippreferu l-operatur tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma li jibbenefika minn din il-miżura. anke jekk dawn l-effetti jimmaterjalizzaw biss f’ċirkostanzi rari jew ikunu limitati, il-prijorità tal-irmiġġ xorta waħda tista’ tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal Siremar.

8.1.1.4.   L-effetti fuq il-kompetizzjoni u n-negozju

(312)

Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-Unjoni, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna (105). Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni (106).

(313)

Fil-każ preżenti, il-benefiċjarju jopera f’kompetizzjoni ma’ impriżi oħrajn li jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu fl-Unjoni, b’mod partikolari mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 (107) u tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, filwaqt li jilliberalizza s-suq tat-trasport marittimu internazzjonali u tal-kabotaġġ marittimu, rispettivament. Għalhekk, il-kumpens għall-operat tar-rotot marittimi taħt l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali jista’ jaffettwa l-kummerċ tal-Unjoni u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern. Għall-istess raġunijiet, dik il-konklużjoni tgħodd ukoll għall-prijorità tal-irmiġġ.

8.1.1.5.   Konklużjoni

(314)

Billi l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma ssodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens għas-servizz pubbliku mħallas abbażi tal-estensjonijiet suċċessivi tal-Konvenzjoni inizjali u l-prijorità tal-irmiġġ jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Siremar.

8.1.1.6.   L-għajnuna ġdida jew eżistenti

(315)

Il-Kummissjoni l-ewwel tfakkar li, skont l-Artikolu 1(c) tar-Regolament (UE) 2015/1589, għajnuna ġdida tfisser “kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali, li ma hijiex għajnuna eżistenti, inklużi tibdiliet fl-għajnuna eżistenti”. Fil-fatt, l-Artikolu 108(3) tat-TFUE jistabbilixxi li l-pjanijiet għall-għoti jew għat-tibdil tal-għajnuna eżistenti jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u ma jistgħux jiġu implimentati qabel ma l-proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali (108).

(316)

Siremar f’EA tqis li jekk il-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Siremar, inkluż sal-2008, jitqies bħala għajnuna eżistenti abbażi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, dan japplika wkoll għall-kumpens imħallas abbażi tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali (il-premessa (237)). Il-Kummissjoni tinnota li l-kumpens imħallas lil Siremar għall-operat tal-obbligi ta’ servizz pubbliku marittimu sal-2008 kien ivvalutat fid-deċiżjoni ta’ Tirrenia Group tal-2020 u kien tabilħaqq ikklassifikat bħala għajnuna eżistenti (ara l-premessa (19)).

(317)

Madankollu, f’konformità mal-pożizzjoni tal-Qrati Ewropej (109), il-Kummissjoni tqis li l-emendar (jiġifieri l-estensjoni) tad-durata ta’ skema ta’ għajnuna li kellha data ta’ skadenza ċara (f’dan il-każ, il-31 ta’ Diċembru 2008) huwa biżżejjed biex issir għajnuna ġdida, irrispettivament minn jekk inbidlux jew le karatteristiċi oħrajn tal-miżura. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens għas-servizz pubbliku mħallas skont l-estensjonijiet suċċessivi tal-Konvenzjoni inizjali jenħtieġ li jitqies bħala għajnuna ġdida. B’hekk, jenħtieġ li l-argumenti ta’ Siremar f’EA jiġu rrifjutati.

(318)

Il-Kummissjoni tinnota li la l-awtoritajiet Taljani u lanqas Siremar f’EA ma sostnew li l-prijorità tal-irmiġġ hija għajnuna eżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta din il-miżura bħala għajnuna ġdida.

8.1.2.   Estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar

(319)

Il-Kummissjoni diġà stabbiliet fil-premessi minn (34) sa (40) tad-Deċiżjoni tal-2010 li l-miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ innotifikata kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(320)

Fid-Deċiżjoni tal-2010, il-Kummissjoni ddikjarat li l-għajnuna għas-salvataġġ innotifikata lil Siremar hija kompatibbli mas-suq intern. F’konformità mal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, l-Italja impenjat ruħha li tikkomunika lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur, jew pjan ta’ ristrutturar (jew ta’ likwidazzjoni) jew prova li s-self ġie rimborżat kollu u/jew li l-garanzija ġiet itterminata.

(321)

L-ewwel pagament parzjali tas-self garantit ġie żborżat lil Siremar fit-28 ta’ Frar 2011 u, b’hekk, id-data ta’ skadenza ta’ sitt xhur kienet tiskadi fit-28 ta’ Awwissu 2011.

(322)

L-Italja ma ssottomettietx lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar (jew ta’ likwidazzjoni) sa dik id-data. Fil-11 ta’ Lulju 2011, il-garanzija ġiet eżerċitata minn BIIS u Siremar saret debitur għall-Istat (ara l-premessa (63)). Fit-18 ta’ Settembru 2012, Siremar irrimborżat l-ammont dovut lill-Istat (ara l-premessa (65)). Sad-data msemmija l-aħħar, Siremar kompliet tibbenefika bis-sħiħ mill-miżura ta’ għajnuna għas-salvataġġ.

(323)

L-awtoritajiet Taljani la argumentaw u lanqas ma urew li l-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ ma tibqax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Huma pprovdew biss argumenti (ara t-taqsima 4.2) dwar għaliex il-miżura tibqa’ kompatibbli anke wara l-iskadenza tad-data ta’ skadenza ta’ sitt xhur.

(324)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ lil hinn mid-data ta’ skadenza ta’ sitt xhur, jiġifieri mit-28 ta’ Awwissu 2011 sat-18 ta’ Settembru 2012, tikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.1.3.   L-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u tal-prijorità tal-irmiġġ lil SNS, iż-żieda fil-kapital ta’ CdI u l-kontrogaranzija

(325)

Sabiex tikkonkludi dwar jekk l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u tal-prijorità tal-irmiġġ jikkostitwixxix vantaġġ lil SNS skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-osservanza tal-kriterji ta’ Altmark (ara l-premessi minn (301) sa (304).

8.1.3.1.   Altmark 1

(326)

Il-Kummissjoni tfakkar li ma hemm l-ebda definizzjoni uniformi u preċiża ta’ servizz li jista’ jikkostitwixxi SGEI skont id-dritt tal-Unjoni, la skont it-tifsira tal-ewwel kriterju ta’ Altmark u lanqas skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Il-paragrafu 46 tal-Komunikazzjoni SGEI jistipula dan li ġej:

“Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi tal-Unjoni li jiddefinixxu l-ambitu għall-eżistenza ta’ SGEI, l-Istati Membri għandhom marġini wiesa’ ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni ta’ servizz partikolari bħala SGEI u fl-għoti ta’ kumpens lill-fornitur tas-servizz. Il-kompetenza tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward hija limitata għal li tiċċekkja jekk l-Istat Membru għamilx żball ċar meta ddefinixxa s-servizz bħala SGEI u li tevalwa l-għajnuna mill-Istat involuta fil-kumpens. Fejn jeżistu regoli tal-Unjoni speċifiċi, id-diskrezzjoni tal-Istati Membri hija ulterjorment marbuta minn dawn ir-regoli, mingħajr ħsara għad-dmir tal-Kummissjoni li twettaq valutazzjoni dwar jekk l-SGEI ġiex definit b’mod korrett għall-għan tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.”

(327)

Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali huma intitolati li jqisu li ċerti servizzi huma fl-interess ġenerali u jridu jiġu operati permezz ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku sabiex jiżguraw li l-interess pubbliku jkun protett meta l-forzi tas-suq ma jkunux biżżejjed sabiex jiggarantixxu li huma pprovduti bil-livell jew bil-kundizzjonijiet meħtieġa.

(328)

Fil-qasam tal-kabotaġġ marittimu, ġew stabbiliti regoli dettaljati tal-Unjoni li jirregolaw l-obbligi ta’ servizz pubbliku fir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u, għall-eżami ta’ għajnuna mill-Istat potenzjali lil impriżi involuti fit-trasport marittimu, fil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (“il-Linji Gwida Marittimi”) (110).

(329)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jistipula:

“Stat Membru jista’ jagħmel kuntratti ta’ servizz pubbliku ma’ jew jimponi obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ servizzi ta’ kabotaġġ, fuq kumpanniji ta’ ġarr marittimu li jipparteċipaw f’servizzi regolari lejn, minn u bejn gżejjer. Kull meta Stat Membru jagħmel kuntratti ta’ servizz pubbliku jew jimponi obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku, dan għandu jagħmel hekk fuq bażi mhux diskriminatorja għar-rigward ta’ proprjetarji ta’ vapuri tal-Komunità.”

(330)

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jistabbilixxi li kuntratt ta’ servizz pubbliku jista’ jkopri:

—

Servizzi tat-trasport li jissodisfaw standards fissi ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità,

—

Servizzi tat-trasport addizzjonali,

—

Servizzi tat-trasport b’rati speċifikati u soġġetti għal kundizzjonijiet speċifikati, b’mod partikolari għal ċerti kategoriji ta’ passiġġieri jew fuq ċerti rotot,

—

Aġġustamenti tas-servizzi għar-rekwiżiti attwali.

(331)

F’konformità mat-taqsima 9 tal-Linji Gwida Marittimi, “obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu imposti jew kuntratti pubbliċi ta’ servizz (PSCs) jistgħu jiġu konklużi għas-servizzi indikati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92” [traduzzjoni mhux uffiċjali], jiġifieri servizzi skedati lejn, minn u bejn il-gżejjer.

(332)

Mill-ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu ġġustifikati mill-ħtieġa li jiġu żgurati servizzi regolari adegwati tat-trasport marittimu li ma jistgħux jiġu żgurati mill-forzi tas-suq weħidhom (111). Il-Komunikazzjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (112) tikkonferma li “huma l-Istati Membri (inklużi, fejn xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali) u mhux is-sidien tal-bastimenti li għandhom il-kompetenza biex jiddeterminaw liema rotot jeħtieġu obbligi ta’ servizz pubbliku. B’mod partikolari, l-obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu kkunsidrati għal servizzi regolari (skedati) ta’ kabotaġġ tal-gżejjer f’każ li s-suq jonqos milli jipprovdi servizzi adegwati.” Barra minn hekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jiddefinixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku bħala l-obbligi li s-sid tal-bastiment inkwistjoni, jekk jikkunsidra l-interessi kummerċjali tiegħu, ma jassumix jew ma jassumix sal-istess punt jew taħt l-istess kundizzjonijiet.

(333)

F’konformità mal-ġurisprudenza (113), sabiex jiġi vverifikat jekk hemmx ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku u jekk l-użu ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku (jiġifieri l-Konvenzjoni l-ġdida) kienx meħtieġ u proporzjonali, u b’hekk jekk l-ewwel kriterju ta’ Altmark huwiex issodisfat, il-Kummissjoni se tivvaluta:

(1)

Jekk kienx hemm domanda mill-utenti;

(2)

Jekk dik id-domanda setgħetx tiġi ssodisfata mill-operaturi tas-suq fin-nuqqas ta’ obbligu impost mill-awtoritajiet pubbliċi (l-eżistenza ta’ falliment tas-suq);

(3)

Li sempliċiment rikors għall-obbligi ta’ servizz pubbliku kien insuffiċjenti sabiex jiġi rrimedjat dak in-nuqqas (l-anqas approċċ dannuż).

(1)   Id-domanda mill-utenti

(334)

F’dan il-każ, CdI u aktar tard SNS ġew fdati bil-forniment ta’ servizzi mħalltin tal-passiġġieri u tal-merkanzija u servizzi tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja biss fuq diversi linji. L-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq CdI u aktar tard fuq SNS jikkonċernaw il-konnessjonijiet tat-trasport marittimu li għandhom jiġu operati, it-tip u l-kapaċità tal-bastimenti assenjati għar-rotot marittimi rispettivi operati, id-disponibbiltà ta’ bastiment ta’ riżerva biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, il-frekwenza tas-servizz, u n-nollijiet massimi imposti fuq l-utenti tas-servizz fuq kull waħda mir-rotot rispettivi (jiġifieri nollijiet aktar baxxi għar-residenti tal-gżejjer iżgħar u nollijiet ogħla għal passiġġieri oħrajn).

(335)

Kif deskritt fil-premessa (184), l-Italja imponiet l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida prinċipalment biex (i) tiżgura l-kontinwità territorjali bejn Sqallija u l-gżejjer iżgħar tagħha u (ii) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati, permezz ta’ servizzi regolari u affidabbli tat-trasport marittimu. Il-Kummissjoni tqis li dawn tabilħaqq jistgħu jkunu objettivi leġittimi ta’ interess pubbliku.

(336)

Qabel ma CdI kienet oriġinarjament fdata bl-operat tal-konnessjonijiet marittimi kif definiti mill-Konvenzjoni l-ġdida, dawn ir-rotot kienu operati minn Siremar abbażi tal-Konvenzjonijiet inizjali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li r-rotot inkwistjoni kienu operati, fil-biċċa l-kbira mingħajr tibdil, għal ħafna snin, jiġifieri mill-inqas mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni inizjali (114). Meta fdaw il-Konvenzjoni l-ġdida fl-2012, l-awtoritajiet Taljani u, b’mod partikolari, Sqallija, qiesu li dawn is-servizzi komplew ikunu meħtieġa biex tiġi ssodisfata d-domanda tal-utenti.

(337)

Sabiex turi d-domanda ġenwina mill-utenti għas-servizzi, l-Italja pprovdiet statistika li turi li, fl-2010, Siremar ittrasportat 1 342 402 passiġġier u 311 114,50 metru lineari ta’ merkanzija fuq il-ħames pakketti ta’ rotot flimkien. Fl-2011, dawk iċ-ċifri kienu 1 332 400 u 290 704,70, rispettivament. Dan juri li fis-sentejn qabel ma CdI ġiet fdata bl-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha, kien hemm domanda aggregata sinifikanti għas-servizzi tat-trasport marittimu fuq ir-rotot ikkonċernati.

(338)

Madankollu, sabiex jiġi stabbilit li hemm domanda reali mill-utenti fuq kull waħda mill-għoxrin rotta kkonċernati, raggruppati fil-ħames pakketti, hija meħtieġa valutazzjoni aktar dettaljata. Għal dan l-għan, l-Italja pprovdiet statistika rotta b’rotta għall-perjodu 2007 – 2019 (115). Din l-istatistika tinkludi l-għadd totali ta’ passiġġieri jew metri lineari ta’ merkanzija ttrasportata kull sena, li ppermettew li jiġu kkalkolati l-medji għal kull vjaġġ. Bħala eżempju, it-Tabella 5 turi żewġ metriki bħal dawn għas-snin 2010 u 2019. Dawn iċ-ċifri juru li matul iż-żewġ snin, il-biċċa l-kbira tal-vjaġġi bir-ritorn fuq ir-rotot ikkonċernati ġarrew aktar minn mitt passiġġier. Fl-2010, bħala medja, erba’ rotot biss ġarrew inqas minn mitt passiġġier, filwaqt li fl-2019, tliet rotot biss għamlu dan. Il-Kummissjoni tinnota li l-għadd baxx ta’ passiġġieri fuq dawk ir-rotot individwali jista’ jiġi spjegat mill-popolazzjonijiet baxxi u mid-daqsijiet żgħar tal-gżejjer ikkonċernati, kif ukoll mill-vjaġġi relattivament qosra u frekwenti, li huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tal-abitanti ta’ dawk il-gżejjer. Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-istatistika rotta b’rotta għal kull sena sal-aħħar tal-2019 (116). Il-Kummissjoni tinnota li kien hemm varjazzjonijiet fl-għadd ta’ vjaġġi u passiġġieri rreġistrati fuq id-diversi linji matul is-snin. Madankollu, dan minħabba li dawn huma gżejjer żgħar ħafna, b’infrastruttura limitata tal-port, li huma relattivament qrib xulxin. Dan jeħtieġ aġġustament frekwenti tal-iskedi biex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet lokali (bħax-xejriet tal-ivvjaġġar għall-finijiet ta’ edukazzjoni jew xogħol) u biex tittaffa kwalunkwe problema ta’ konnessjoni (pereżempju, jekk post ta’ rmiġġ tkun qed issirlu manutenzjoni u jista’ jakkomoda biss bastimenti iżgħar, jew inqas bastimenti fl-istess ħin, rotta waħda ta’ pakkett ma tistax topera għal xi żmien, filwaqt li rotot oħrajn ta’ dak il-pakkett jistgħu joperaw bi frekwenzi miżjuda). Madankollu, abbażi tad-data għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, ma hemm l-ebda indikazzjoni li d-domanda mill-utenti fuq kwalunkwe rotta jew pakkett ta’ rotot kienet jew fil-fatt sparixxiet.

 

Medja tal-għadd ta’ passiġġieri għal kull vjaġġ  (117)

Medja ta’ merkanzija għal kull vjaġġ  (118)

Rotot ta’ servizzi mħallta

2010

2019

2010

2019

Il-pakkett ta’ Milazzo – il-Gżejjer Eoliċi – Napli

C/1

(…)

(…)

(…)

(…)

C/2

(…)

(…)

(…)

(…)

C/3

(…)

(…)

(…)

(…)

C/4

(…)

(…)

(…)

(…)

C/6

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-pakkett ta’ Palermo – Ustica

D/1

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-pakkett ta’ Trapani – il-Gżejjer Egadi

D/2

(…)

(…)

(…)

(…)

D/3

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-pakkett ta’ Trapani – Pantelleria

D/4

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-pakkett ta’ Trapani – il-Gżejjer Pelagie

D/5

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Medja tal-għadd ta’ passiġġieri għal kull vjaġġ

Rotot tal-passiġġieri biss

2010

2019

Il-pakkett ta’ Milazzo – il-Gżejjer Eoliċi (–Napli)

ALC/2

(…)

(…)

ALC/2 bis

(…)

(…)

ALC/3

(…)

(…)

ALC/4

(…)

(…)

ALC/6

(…)

Mhux applikabbli (119)

Il-pakkett ta’ Palermo – Ustica

ALD/1

(…)

(…)

Il-pakkett ta’ Trapani – il-Gżejjer Egadi

ALD 2/3

(…)

(…)

ALD 2/3 bis

(…)

(…)

Tabella 5 – Statistika dwar id-domanda mill-utenti għas-sena 2010 (operata minn Siremar) u għas-sena 2019 (operata minn SNS)

(339)

Sabiex turi li d-domanda mill-utenti baqgħet preżenti meta CdI u aktar tard SNS bdew joperaw ir-rotot skont il-Konvenzjoni l-ġdida, l-Italja pprovdiet aktar statistika. Iċ-ċifri fit-Tabella 6 juru li, mill-2013 ’il quddiem, CdI u aktar tard SNS ittrasportaw aktar passiġġieri u merkanzija milli ttrasportat Siremar fl-2010 u fl-2011 (ara l-premessa (337)). Filwaqt li kien hemm xi varjazzjonijiet maż-żmien, dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li d-domanda mill-utenti baqgħet preżenti u saħansitra żdiedet f’dawn l-aħħar snin.

 

L-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati

Merkanzija ttrasportata (f’metri lineari)

2012 (Awwissu-Diċembru)

(…)

(…)

2013

(…)

(…)

2014

(…)

(…)

2015  (120)

(…)

(…)

2016 (April – Diċembru)  (121)

(…)

(…)

2017

(…)

(…)

2018

(…)

(…)

2019

(…)

(…)

Tabella 6 – Statistika għas-snin 2012-2019 (rotot imħalltin u tal-passiġġieri biss operati minn CdI u SNS)

(340)

Il-Kummissjoni tqis li l-istatistika ta’ hawn fuq (ara l-premessi (337), (338) u (339)) turi b’mod ċar li hemm domanda ġenwina għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq kull waħda mill-għoxrin rotta ta’ servizz pubbliku miġbura f’ħames pakketti. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li dawn is-servizzi jissodisfaw domanda ġenwina mill-utenti u, b’hekk, jindirizzaw il-ħtiġijiet pubbliċi reali.

(2)   L-eżistenza ta’ falliment tas-suq

(341)

Skont il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI, “ma jkunx xieraq li tinkludi obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ attività li qed tiġi diġà pprovduta jew li tista’ tiġi pprovduta b’mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet, bħall-prezz, kriterji oġġettivi tal-kwalità, kontinwità u aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq (122)”. Għalhekk, il-Kummissjoni trid teżamina jekk is-servizz ikunx inadegwat, fid-dawl tar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku imposti mill-Istat Membru permezz tal-Konvenzjoni l-ġdida, jekk il-forniment tiegħu jitħalla biss għall-forzi tas-suq. Il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni SGEI jinnota f’dan ir-rigward li “[l-]valutazzjoni tal-Kummissjoni hi limitata biss għal […] li tiċċekkja jekk l-Istati Membri għamlux xi żball ovvju”.

(342)

Il-Kummissjoni diġà analizzat f’deċiżjonijiet tal-passat jekk kienx hemm falliment tas-suq fuq dawn il-pakketti ta’ rotot. B’mod partikolari, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2004, il-Kummissjoni nnotat li, fir-rigward ta’ Siremar, l-ebda wieħed mill-operaturi privati Taljani fuq il-pakketti ta’ rotot moqdija mill-operatur pubbliku (ta’ dak iż-żmien) ma pprovda servizzi komparabbli matul is-sena kollha li kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tas-servizz pubbliku stipulati fil-pjanijiet ta’ ħames snin (123). Din is-sejba hija relatata mal-perjodu 1992-2008 u ma hijiex ikkontestata mis-Sentenza tal-2009 li annullat id-Deċiżjoni tal-2004, u lanqas mid-deċiżjoni ta’ Tirrenia Group tal-2020, li kkonkludiet li l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Siremar kien għajnuna eżistenti.

(343)

Madankollu, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2012, il-Kummissjoni nnotat li matul il-perjodu ta’ żmien li wassal għall-ewwel għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida, operaturi oħrajn kienu qed jipprovdu servizzi regolari fuq ir-rotot rilevanti (124). F’dak iż-żmien, l-Italja kienet sostniet li Sqallija, permezz ta’ diversi proċeduri ta’ sejħa għall-offerti, kienet għażlet lil dawn l-operaturi l-oħrajn biex joperaw servizzi pubbliċi addizzjonali skont kuntratti separati. Qabel ma tipproċedi bil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej.

(344)

L-ewwel nett, din il-valutazzjoni hija limitata għas-sitwazzjoni kompetittiva tas-suq fis-snin ta’ qabel Lulju 2012, billi dan kien il-perjodu rilevanti għall-awtoritajiet Taljani meta kienu qed jiddefinixxu l-obbligi ta’ servizz pubbliku. Għalkemm il-Konvenzjoni l-ġdida timponi obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku f’termini ta’ nollijiet li għandhom jiġu imposti (inklużi nollijiet imnaqqsa għar-residenti tal-gżejjer iżgħar), l-Italja ma ġġustifikatx il-ħtieġa tas-servizz pubbliku billi sostniet li CdI u aktar tard SNS kellhom bżonn iżommu n-nollijiet f’livell aktar baxx minn dawk imposti mill-operaturi l-oħrajn. Matul l-investigazzjoni, minflok, l-Italja sostniet li, sakemm ikun hemm operaturi oħrajn li jipprovdu servizzi bil-laneċ fuq ir-rotot operati minn CdI u aktar tard minn SNS, dawn is-servizzi kompetituri jkunu differenti f’termini tal-kontinwità u tal-frekwenza matul is-sena, ma jkunux ekwivalenti (f’termini tal-portijiet jew tat-tip ta’ servizz, eż. tal-passiġġieri biss minflok imħalltin), ma jkunux tal-istess kwalità, jew ikunu ssussidjati wkoll taħt kuntratti separati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma wettqitx analiżi komparattiva tan-nollijiet imposti mill-operaturi kollha fuq ir-rotot inkwistjoni. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ffokat fuq id-differenzi possibbli f’termini ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità (ara l-premessa (330)), u fuq jekk l-operaturi kompetituri kinux ukoll issussidjati taħt kuntratti separati.

(345)

It-tieni, is-servizzi komparabbli offruti minn operaturi oħrajn fuq il-pakketti ta’ rotot definiti fil-Konvenzjoni l-ġdida ġew ipprovduti wkoll taħt reġimi ta’ kumpens pubbliku, bħala SGEI komplementari definit minn Sqallija (125). Fil-prinċipju, il-preżenza ta’ fornituri oħrajn ta’ SGEI fuq il-pakketti ta’ rotot stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida ma tqiegħedx f’dubju l-validità tal-SGEI għal dawk il-pakketti, iżda pjuttost issaħħaħha, minħabba li tissuġġerixxi li l-ħtieġa għal dawn il-konnessjonijiet kienet tant qawwija u/jew varjata li tista’ tiġi ssodisfata biss minn diversi operaturi. Tabilħaqq, il-fatt li operaturi oħrajn huma preżenti fuq ċertu pakkett ta’ rotot ma jistax ikun indikazzjoni li dak il-pakkett jista’ jiġi moqdi b’mod adegwat mill-forzi tas-suq biss, jekk dawk l-operaturi l-oħrajn ikunu qed jirċievu wkoll kumpens pubbliku taħt kuntratti separati biex joffru s-servizzi tagħhom.

(346)

It-tielet, l-Italja identifikat 20 rotta fuq ħames pakketti, jew networks ta’ konnessjonijiet, li għandhom jiġu inklużi fil-Konvenzjoni l-ġdida (126). Il-Kummissjoni tinnota li, skont it-Taqsima 5.5.3 tal-Komunikazzjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (127), “L-Istati Membri ta’ spiss juru x-xewqa li jiggruppaw f’pakkett wieħed rotot ta’ servizz pubbliku lejn u minn gżejjer differenti, sabiex jiġġeneraw ekonomiji ta’ skala u jattiraw l-operaturi. Fihom infushom, pakketti bħal dawn ma humiex kontra d-dritt tal-Unjoni, sakemm dan ir-raggruppament tar-rotot ma jwassalx għal diskriminazzjoni u għal distorsjonijiet żejda fis-suq. L-aktar daqs xieraq ta’ pakketti jenħtieġ li jiġi deċiż billi jitqies x’inhi l-aħjar sinerġija li għandha tinħoloq biex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali tat-trasport.”

(347)

F’dan il-każ, ir-rotot ġew raggruppati f’pakketti ġeografiċi għal finijiet ta’ ppjanar, biex jiġu identifikati lakuni jew sovrapożizzjonijiet potenzjali u jiġi żgurat sett koerenti u komplut ta’ konnessjonijiet għall-abitanti ta’ dawn il-gżejjer, kemm ma’ Sqallija kif ukoll mal-gżejjer l-oħrajn, b’mod partikolari dawk relattivament akbar. Tabilħaqq, Table 3 turi li r-rotot f’kull pakkett ta’ spiss jikkoinċidu u huma komplementari għal xulxin (128). Minħabba l-preżenza ta’ ċerti servizzi essenzjali bħal skejjel, ħwienet tal-merċa kbar, u servizzi mediċi speċjalizzati fi Sqallija jew fil-gżejjer relattivament akbar biss, l-Italja għażlet li tafda pakketti ta’ rotot minflok rotot individwali. Tabilħaqq, filwaqt li l-operaturi privati joffru xi konnessjonijiet bejn il-gżejjer relattivament akbar (eż. Lipari u Pantelleria) u Sqallija, huma ma joffrux konnessjonijiet lejn u bejn il-gżejjer kollha matul is-sena kollha. Minħabba l-ħtieġa li jiġu żgurati konnessjonijiet bejn diversi gżejjer żgħar f’diversi postijiet u xi drabi f’postijiet relattivament remoti, il-Kummissjoni tqis li l-Italja ma għamlitx żball ovvju meta identifikat ħames pakketti, li jinkludu rotta waħda jew aktar skont il-karatteristiċi tal-gżira jew tal-arċipelagu inkwistjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni ma vvalutatx kull konnessjoni individwali, iżda minflok iffokat fuq kull pakkett bħala sett koerenti ta’ konnessjonijiet lejn, minn u fi ħdan arċipelagu jew gżira.

(348)

F’dan l-isfond, abbażi tas-sitwazzjoni kompetittiva li twassal għall-mument tal-ewwel inkarigu fit-30 ta’ Lulju 2012 u abbażi tal-kummenti mill-partijiet interessati (ara t-Taqsima 5), il-Kummissjoni analizzat kull pakkett ta’ rotot biex tivverifika li l-Italja ma għamlitx żball ovvju meta stabbiliiet li kien hemm falliment tas-suq:

—

Milazzo – il-Gżejjer Eoliċi – Napli. CdI operat u SNS topera ħames rotot moqdija minn laneċ u ħames rotot moqdija minn bastimenti ta’ veloċità għolja, li jgħaqqdu l-Gżejjer Eoliċi ma’ Sqallija u mal-art kontinentali (129). F’dan il-pakkett, matul il-perjodu 2009-2012, il-kompetituri kienu Ustica Lines, NGI, SNAV u Alilauro. Ustica Lines u NGI kienu qed joperaw rotot matul is-sena kollha, li jgħaqqdu lil Milazzo mal-Gżejjer Eoliċi, taħt kumpens pubbliku mogħti permezz ta’ kuntratti separati: Ustica Lines ipprovdiet servizzi ta’ veloċità għolja fuq żewġ rotot, filwaqt li NGI operat servizz imħallat fuq rotta waħda. SNAV u Alilauro operaw servizz ta’ bastiment veloċi biss matul l-eqqel staġun fuq rotot li jgħaqqdu lil Napli u lill-Gżejjer Eoliċi, mingħajr ma rċevew kumpens pubbliku. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-kompetituri ma offrewx servizzi komparabbli ma’ dawk ta’ CdI u aktar tard ta’ SNS f’termini tar-rotot koperti, tal-frekwenza u tal-kapaċità. Għall-kuntrarju, dawn kienu sempliċiment qed joperaw fuq rotta waħda jew żewġ rotot, fejn ipprovdew servizz ferm aktar limitat f’termini ta’ kapaċità u twaqqit. B’mod partikolari, NGI pprovdiet servizzi ta’ laneċ permezz ta’ bastimenti soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapaċità differenti. Fir-rigward ta’ SNAV u Alilauro, is-servizzi tagħhom ma pprovdewx konnessjoni ma’ Milazzo, minħabba li r-rotot tagħhom għaqqdu biss lil Napli mal-Gżejjer Eoliċi u pprovdew konnessjonijiet fi ħdan dawk il-gżejjer. Barra minn hekk, dawn l-operaturi privati ma kinux qed jaqdu dawn ir-rotot fl-istaġun kwiet. Bħala tali, dawn is-servizzi ma humiex komparabbli ma’ dawk operati l-ewwel minn CdI u aktar tard minn SNS skont il-Konvenzjoni l-ġdida. Pan Med sostniet li l-kompetituri offrew servizzi simili fuq dan il-pakkett (ara l-premessa (272)). Madankollu, Pan Med ma identifikatx dawk il-kompetituri u lanqas ma wriet għaliex hija qieset is-servizzi tagħhom bħala simili jew komparabbli ma’ dawk imwettqa minn CdI u aktar tard minn SNS. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-operaturi kollha li kienu qed jipprovdu servizzi matul is-sena kollha fuq dawn il-linji għamlu dan taħt kumpens pubbliku. Dan, flimkien mal-kuntest ġeografiku u demografiku ta’ dawn il-gżejjer (b’popolazzjoni li tvarja bejn madwar 100 f’Alicudi u madwar 10 700 f’Lipari), juri li l-forzi tas-suq weħidhom ma kinux biżżejjed biex jipprovdu l-livell ta’ konnessjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda operatur ieħor, meta jitqies biss l-interess kummerċjali tiegħu stess, ma kien jipprovdi servizzi tal-livell meħtieġ fil-Konvenzjoni l-ġdida. Għalhekk, l-Italja ma għamlitx żball ovvju billi kkunsidrat li kien hemm falliment tas-suq f’dan il-pakkett ta’ rotot;

—

Trapani – il-Gżejjer Egadi. CdI operat u SNS topera żewġ rotot moqdija minn laneċ u erba’ rotot moqdija minn bastimenti ta’ veloċità għolja (130). Ustica Lines u Traghetti delle Isole (131) kienu qed joperaw ukoll rotot matul is-sena kollha li jgħaqqdu l-Gżejjer Egadi ma’ Sqallija, u joffru servizzi ta’ veloċità għolja u tal-laneċ, rispettivament. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li Ustica Lines u Traghetti delle Isole ġew ikkumpensati minn Sqallija għall-forniment ta’ dawn is-servizzi taħt kuntratti separati. Barra minn hekk, għal Traghetti delle Isole, il-frekwenza meħtieġa kienet differenti minn dik ipprovduta minn CdI u aktar tard minn SNS, billi Traghetti delle Isole ma kellhiex għaliex toffri konnessjonijiet ta’ kuljum bħalma għamlu CdI u aktar tard SNS. Barra minn hekk, Traghetti delle Isole pprovdiet servizzi ta’ laneċ permezz ta’ bastimenti soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapaċità differenti, li kienu jinkludu, pereżempju, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi. Għal Ustica Lines, il-frekwenza meħtieġa kienet simili għal dik ipprovduta minn CdI u aktar tard minn SNS (diversi konnessjonijiet kuljum). Madankollu, Ustica Lines ipprovdiet is-servizzi tagħha permezz ta’ bastimenti soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapaċità differenti. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-operaturi kollha li kienu qed jipprovdu servizzi matul is-sena kollha fuq dawn il-linji għamlu dan taħt kumpens pubbliku. Dan, flimkien mal-kuntest ġeografiku u demografiku ta’ dawn il-gżejjer (il-popolazzjoni totali ta’ Favignana, Levanzo u Marettimo hija ta’ madwar 4 300), juri li l-forzi tas-suq weħidhom ma kinux biżżejjed biex jipprovdu l-livell ta’ konnessjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda operatur ieħor, meta jitqies biss l-interess kummerċjali tiegħu stess, ma kien jipprovdi servizzi tal-livell meħtieġ fil-Konvenzjoni l-ġdida. Għalhekk, l-Italja ma għamlitx żball ovvju billi kkunsidrat li kien hemm falliment tas-suq f’dan il-pakkett ta’ rotot;

—

Porto Empedocle – il-Gżejjer Pelagie. CdI operat u SNS topera kemm servizzi ta’ laneċ kif ukoll ta’ veloċità għolja matul is-sena kollha. Ustica Lines kienet l-uniku operatur ieħor li pprovda servizzi ta’ veloċità għolja matul is-sena kollha fuq ir-rotta, b’servizz addizzjonali ta’ veloċità għolja fl-eqqel staġun. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li Ustica Lines ġiet ikkumpensata minn Sqallija għall-forniment ta’ dawn is-servizzi taħt kuntratt separat. Barra minn hekk, Ustica Lines kienet qed tipprovdi servizz għall-passiġġieri biss, mingħajr ma ġġorr merkanzija, u bi frekwenza differenti. Bħala tali, is-servizzi tagħha ma humiex komparabbli mas-servizzi pprovduti minn CdI u aktar tard minn SNS skont il-Konvenzjoni l-ġdida. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-uniku operatur li pprovda servizzi matul is-sena kollha f’dan il-pakkett ta’ rotot għamel dan taħt kumpens pubbliku. Dan, flimkien mal-kuntest ġeografiku u demografiku ta’ dawn il-gżejjer (il-popolazzjoni totali ta’ Linosa u Lampedusa hija ta’ madwar 6 500), juri li l-forzi tas-suq weħidhom ma kinux biżżejjed biex jipprovdu l-livell ta’ konnessjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda operatur ieħor, meta jitqies biss l-interess kummerċjali tiegħu stess, ma kien jipprovdi servizzi tal-livell meħtieġ fil-Konvenzjoni l-ġdida. Għalhekk, l-Italja ma għamlitx żball ovvju billi kkunsidrat li kien hemm falliment tas-suq f’dan il-pakkett ta’ rotot;

—

Trapani – Pantelleria. CdI operat u SNS topera servizzi tal-laneċ matul is-sena kollha. Traghetti delle Isole kienet l-uniku operatur ieħor li pprovda servizzi ta’ laneċ matul is-sena kollha fuq ir-rotta. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li Traghetti delle Isole ġiet ikkumpensata wkoll minn Sqallija għall-forniment ta’ dawn is-servizzi, taħt kuntratti separati. Barra minn hekk, Traghetti delle Isole pprovdiet servizzi ta’ laneċ bi frekwenza simili għal CdI u aktar tard SNS, permezz ta’ bastimenti soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapaċità differenti, li kienu jinkludu, pereżempju, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi. Pan Med sostniet li l-kompetituri offrew servizzi simili fuq dan il-pakkett (ara l-premessa (272)). Madankollu, Pan Med ma identifikatx dawk il-kompetituri u lanqas ma wriet għaliex hija qieset is-servizzi tagħhom bħala simili jew komparabbli ma’ dawk imwettqa minn CdI u aktar tard minn SNS. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-uniku operatur ieħor li pprovda servizzi matul is-sena kollha fuq din il-linja għamel dan taħt kumpens pubbliku. Dan, flimkien mal-kuntest ġeografiku u demografiku ta’ Pantelleria (gżira żgħira b’madwar 7 800 abitant), juri li l-forzi tas-suq weħidhom ma kinux biżżejjed biex jipprovdu l-livell ta’ konnessjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda operatur ieħor, meta jitqies biss l-interess kummerċjali tiegħu stess, ma kien jipprovdi servizzi tal-livell meħtieġ fil-Konvenzjoni l-ġdida. Għalhekk, l-Italja ma għamlitx żball ovvju billi kkunsidrat li kien hemm falliment tas-suq f’dan il-pakkett ta’ rotot;

—

Palermo – Ustica. CdI operat u SNS topera kemm servizzi ta’ laneċ kif ukoll ta’ veloċità għolja matul is-sena kollha. Ustica Lines u NGI kienu preżenti fuq ir-rotta matul is-sena kollha, fejn tal-ewwel kienet tipprovdi servizz ta’ veloċità għolja u tal-aħħar kienet tipprovdi servizz tal-laneċ. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li Ustica Lines u NGI ġew ikkumpensati wkoll minn Sqallija għall-forniment ta’ dawn is-servizzi, taħt kuntratti separati. Barra minn hekk, iż-żewġ operaturi pprovdew servizzi tal-laneċ permezz ta’ bastimenti soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapaċità differenti, li kienu jinkludu, għal NGI, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi. Barra minn hekk, il-frekwenza meħtieġa kienet differenti wkoll minn dik ipprovduta minn CdI u aktar tard minn SNS, billi l-operaturi l-oħrajn ma kellhomx għaliex joffru konnessjonijiet ta’ kuljum bħalma għamlu CdI u aktar tard SNS. Pan Med sostniet li l-kompetituri offrew servizzi simili fuq dan il-pakkett (ara l-premessa (272)). Madankollu, Pan Med ma identifikatx dawk il-kompetituri u lanqas ma wriet għaliex hija qieset is-servizzi tagħhom bħala simili jew komparabbli ma’ dawk imwettqa minn CdI u aktar tard minn SNS. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-operaturi kollha li pprovdew servizzi matul is-sena kollha fuq dan il-pakkett ta’ rotot għamlu dan taħt kumpens pubbliku. Dan, flimkien mal-kuntest ġeografiku u demografiku ta’ Ustica (gżira żgħira ħafna b’madwar 1 300 abitant), juri li l-forzi tas-suq weħidhom ma kinux biżżejjed biex jipprovdu l-livell ta’ konnessjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda operatur ieħor, meta jitqies biss l-interess kummerċjali tiegħu stess, ma kien jipprovdi servizzi tal-livell meħtieġ fil-Konvenzjoni l-ġdida. Għalhekk, l-Italja ma għamlitx żball ovvju billi kkunsidrat li kien hemm falliment tas-suq fuq dan il-pakkett ta’ rotot.

(349)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fil-mument tal-inkarigu, il-forzi tas-suq waħedhom ma kinux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, fuq il-pakketti tar-rotot kollha li bħalissa huma operati skont il-Konvenzjoni l-ġdida minn SNS, sa ċertu punt, is-servizzi komparabbli pprovduti mill-operaturi l-oħrajn kienu ssussidjati wkoll u, fi kwalunkwe każ, ma kinux kompletament ekwivalenti f’termini ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità u, għalhekk, ma ssodisfawx bis-sħiħ il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku identifikati mill-Italja fil-Konvenzjoni l-ġdida.

(3)   L-approċċ l-anqas dannuż

(350)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani għażlu li jikkonkludu kuntratt ta’ servizz pubbliku ma’ operatur wieħed (CdI u aktar tard SNS) minflok li jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku fuq diversi operaturi. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Italja, il-Kummissjoni taċċetta li d-domanda mill-utenti (kif deskritta hawn fuq, ara l-premessi minn (334) sa (340)) ma setgħetx tiġi ssodisfata bl-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. Fuq il-pakketti tar-rotot kollha, il-forniment ta’ servizzi regolari matul is-sena kollha jeħtieġ kumpensi għas-servizz pubbliku. Meta jkun hemm operaturi privati preżenti li ma jirċevux kumpens għas-servizz pubbliku, l-offerta tiġi pprovduta biss fl-eqqel staġun (ara l-premessa (348)). Barra minn hekk, analiżi tal-kontijiet dettaljati għal kull rotta skont il-Konvenzjoni l-ġdida turi li l-operat tar-rotot kollha minn SNS fl-2017, fl-2018 u fl-2019 qed jagħmel it-telf strutturalment u, għalhekk, mingħajr kumpens għas-servizz pubbliku, dawn ma jiġux operati bil-frekwenza, il-kapaċità u l-kwalità mixtieqa (132). Ecorys waslet għal konklużjoni simili fir-rapport tagħha lill-Kummissjoni (ara l-premessa (119)). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tieħu nota tal-argument tal-Italja li l-għażla għal kuntratt ta’ servizz pubbliku kienet meħtieġa wkoll fid-dawl tal-privatizzazzjoni ta’ Siremar. B’mod aktar speċifiku, l-Italja sostniet li s-sejħa għal offerti għall-assi ta’ Siremar flimkien ma’ kuntratt ta’ servizz pubbliku ġdid ippermettiet li (i) tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku marittimu, (ii) jiġi mmassimizzat il-valur għall-Istat, u (iii) jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li l-Kummissjoni qablet li l-Italja tagħmel sejħa għal offerti għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida (ara l-premessa (136)). Meta għamlet dan, il-Kummissjoni aċċettat ukoll, u ttenni f’din id-Deċiżjoni, li l-Italja ma tiddependix fuq l-obbligi ta’ servizz pubbliku li japplikaw għall-operaturi kollha, iżda tikkonkludi kuntratt ta’ servizz pubbliku uniku, inizjalment ma’ CdI u aktar tard ma’ SNS.

Konklużjoni

(351)

Abbażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma għamlet l-ebda żball ovvju meta ddefinixxiet is-servizzi fdati lil CdI u aktar tard lil SNS bħala SGEI. B’hekk, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2012 huma eliminati.

(352)

Sabiex tikkonkludi li Altmark 1 huwa rrispettat, il-Kummissjoni xorta trid tivverifika jekk CdI u aktar tard SNS kinux fdati b’obbligi ta’ servizz pubbliku li kienu definiti b’mod ċar. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma deskritti b’mod ċar fil-Konvenzjoni l-ġdida u fl-annessi tagħha (li jinkludu pereżempju l-ispeċifikazzjonijiet tal-vapuri għal kull rotta). Bl-istess mod, ir-regoli li jirregolaw il-kumpens huma spjegati fil-Konvenzjoni, fil-Liġi tal-2009 u fid-Direttiva CIPE. Il-Konvenzjoni l-ġdida għandha wkoll durata ċara (12-il sena), tidentifika lil CdI u aktar tard lil SNS bħala l-operatur tas-servizz pubbliku u fiha l-arranġamenti għall-evitar u l-irkupru ta’ kwalunkwe kumpens żejjed (ara wkoll it-Taqsima 2.3.4). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel kriterju ta’ Altmark huwa ssodisfat.

Il-prijorità tal-irmiġġ

(353)

Il-paragrafu 21 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009 jispeċifika b’mod ċar li l-prijorità tal-irmiġġ hija meħtieġa biex tiggarantixxi l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, inkluża Siremar. Tabilħaqq, jekk ma jkun hemm l-ebda rmiġġ ta’ prijorità għall-kumpaniji fdati b’obbligi ta’ servizz pubbliku, jista’ jkun li (xi drabi) dawn ikollhom jistennew meta jkun imisshom biex jittrakkaw u, b’hekk, iġarrbu dewmien, li jwassal biex jintilef l-iskop li tiġi żgurata konnettività affidabbli u konvenjenti liċ-ċittadini. Skeda ta’ żmien regolari hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tal-popolazzjoni tal-gżejjer iżgħar u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati. Barra minn hekk, minħabba li hemm ċerti obbligi għall-iskedar tal-ħin fil-Konvenzjoni l-ġdida, bħall-kunsiderazzjoni tal-iskedi ta’ żmien ta’ mezzi oħrajn ta’ trasportazzjoni (bħal karozzi tal-linja), il-prijorità tal-irmiġġ tgħin sabiex tiżgura li l-portijiet jallokaw l-irmiġġi u l-ħinijiet tal-irmiġġ b’tali mod li jippermettu lill-operatur tas-servizz pubbliku jirrispetta l-obbligi tiegħu ta’ servizz pubbliku. Din il-prijorità tal-irmiġġ ġiet ittrasferita lil CdI u aktar tard lil SNS wara l-akkwiżizzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura qed tingħata sabiex CdI u aktar tard SNS ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom ta’ servizz pubbliku li jikkostitwixxu SGEI ġenwin (ara l-premessa (351)). Għalhekk, il-prijorità tal-irmiġġ tikkonforma wkoll mal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark.

8.1.3.2.   Altmark 2

(354)

Il-Kummissjoni tfakkar li fid-Deċiżjoni tal-2012 (ara l-premessa 205 tagħha), hija kienet tal-fehma preliminari li t-tieni kundizzjoni tas-sentenza ta’ Altmark hija osservata.

(355)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-parametri li abbażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens ġew stabbiliti minn qabel u josservaw ir-rekwiżiti tat-trasparenza skont it-tieni kriterju ta’ Altmark.

(356)

B’mod aktar speċifiku, il-parametri li fuq il-bażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens huma spjegati fid-dettall fid-Direttiva CIPE u ġew applikati fil-Konvenzjoni l-ġdida (u l-annessi għaliha) filwaqt li l-ammonti massimi tal-kumpens huma stabbiliti fil-Liġi tal-2009. Il-metodu tal-kalkolu tal-kumpens, inkluż pereżempju l-elementi tal-kostijiet ikkunsidrati, huma spjegati fid-Direttiva CIPE. Minħabba li l-prijorità tal-irmiġġ ma tinkludi l-ebda trasferiment finanzjarju lill-operatur tas-servizz, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tikkonforma mat-tieni kriterju ta’ Altmark.

(357)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tieni kundizzjoni tas-sentenza ta’ Altmark hija osservata.

8.1.3.3.   Altmark 3

(358)

Skont it-tielet kriterju ta’ Altmark, il-kumpens riċevut ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-kostijiet kollha, jew parti minnhom, imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli.

(359)

Madankollu, is-sentenza Altmark ma tipprovdix definizzjoni preċiża tal-profitt raġonevoli. Skont il-Komunikazzjoni SGEI, jenħtieġ li profitt raġonevoli jinftiehem bħala r-rata ta’ redditu fuq il-kapital li tkun meħtieġa minn kumpanija tipika li tkun qed tikkunsidra jekk tipprovdix is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali jew le għad-durata kollha tal-inkarigu, filwaqt li tqis il-livell tar-riskju. Il-livell tar-riskju jiddependi mis-settur ikkonċernat, mit-tip ta’ servizz u mill-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta’ kumpens.

(360)

Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proporzjonalità tal-kumpens imħallas lil CdI. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % ma jirriflettix livell xieraq ta’ riskju minħabba li, prima facie, CdI ma kinitx tidher li qed tassumi r-riskji normalment imġarrba fl-operat ta’ tali servizzi. B’mod aktar speċifiku, l-elementi tal-kost ikkunsidrati għall-fini tal-kalkolu tal-kumpens jinkludu l-kostijiet kollha involuti fil-provvista tas-servizz u jridu jiġu kkunsidrati l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet, pereżempju, tal-fjuwil. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni qieset f’dak l-istadju li CdI setgħet ġiet ikkumpensata żżejjed.

(361)

Il-Kummissjoni tinnota li ċerti aspetti tal-metodu ta’ kumpens kif stabbilit fil-Konvenzjoni l-ġdida tabilħaqq jidhru li jnaqqsu r-riskju kummerċjali mġarrab minn CdI u aktar tard minn SNS. B’mod partikolari, in-nollijiet massimi li jista’ jimponi l-operatur jiġu aġġustati kull sena sabiex iqisu l-inflazzjoni u jirriflettu l-varjazzjonijiet fil-kostijiet tal-fjuwil. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni l-ġdida fiha ċerti klawżoli li għandhom l-għan li jżommu l-ekwilibriju ekonomiku-finanzjarju tas-servizz pubbliku (ara l-premessa (130)). B’mod partikolari, fil-każ li l-kumpens għal servizz pubbliku ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri l-kost tas-servizzi inkarigati mill-Konvenzjoni l-ġdida, dawn il-klawżoli jippermettu li jiġu riveduti (i) l-ambitu ta’ dawn is-servizzi, (ii) il-mod kif jiġu pprovduti s-servizzi (eż. it-tip ta’ vapuri), jew (iii) in-nollijiet massimi.

(362)

Madankollu, il-klawżoli msemmija hawn fuq huma soġġetti għal għadd ta’ restrizzjonijiet. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni l-ġdida, l-ekwilibriju ekonomiku-finanzjarju tas-servizz pubbliku jiġi rivedut biss kull tliet snin. Jekk dan ir-rieżami juri li l-kumpens ma huwiex biżżejjed sabiex ikopri l-kost tas-servizz pubbliku, allura l-operatur u l-awtoritajiet Taljani jistgħu jaqblu biss li jagħmlu bidliet għall-perjodu ta’ tliet snin li jmiss. Fil-każ li d-dħul jew il-kostijiet tas-servizz pubbliku juru differenzi strutturali mhux prevedibbli aktar minn 3 % ogħla jew inqas mill-valuri stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida, l-Artikolu 9 tagħha jippermetti lill-partijiet jitolbu (soġġetti għal għadd ta’ kundizzjonijiet) reviżjoni tal-ekwilibriju ekonomiku-finanzjarju. Skont iż-żewġ Artikoli, dawn il-bidliet (jekk ikun hemm) huma r-riżultat ta’ proċedura ta’ negozjar u sakemm jintlaħaq ftehim, l-operatur irid ikompli jopera s-servizz pubbliku mingħajr tibdil. B’riżultat ta’ dan, l-operatur jibqa’ parzjalment espost għar-riskju li l-kumpens ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tat-tħaddim tas-servizz. Filwaqt li l-Artikoli 8 u 9 tal-Konvenzjoni l-ġdida jistgħu jintużaw sabiex jiġi restawrat l-ekwilibriju ekonomiku-finanzjarju, dan isir biss fuq bażi li tħares ’il quddiem u ma hemm l-ebda korrezzjoni retroattiva possibbli.

(363)

Kif spjegat fil-premessi minn (49) sa (58), id-Direttiva CIPE tipprevedi li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % jintuża biex jiġi ddeterminat ir-redditu fuq il-kapital bl-użu tal-formula tad-WACC. B’mod partikolari, għal Siremar, l-Italja inizjalment ikkunsidrat Beta ta’ 0,56 għal dik il-formula. Il-Beta tirrifletti r-riskju tal-attività mwettqa mill-operatur u l-livell tagħha juri li fil-kalkolu tar-redditu fuq il-kapital, l-Italja kkunsidrat il-fatt li r-riskju tal-attività mwettqa mill-operatur huwa sostanzjalment aktar baxx mir-riskju tas-suq. Madankollu, matul l-investigazzjoni formali (ara l-premessa (218)), l-Italja ċċarat li, minħabba li l-ammont tal-kumpens huwa limitat bil-Liġi tal-2009, ittieħdet id-deċiżjoni li l-kalkolu jiġi ssimplifikat billi tiġi applikata rata fissa ta’ 6,5 % tar-redditu fuq il-kapital. L-awtoritajiet Taljani wrew ukoll li l-applikazzjoni tal-metodoloġija sħiħa kif stabbilita fid-Direttiva CIPE kienet tirriżulta f’redditu fuq il-kapital li jaqbeż 6,5 % (jiġifieri, 8,87 %). Għal din ir-raġuni, l-Italja tqis li l-approċċ issimplifikat tagħhom huwa konservattiv u ma jippermettix kumpens ogħla għall-operatur minn dak li ġie stabbilit skont id-Direttiva CIPE.

(364)

Fl-isfond ta’ hawn fuq, fil-premessa (363) tad-deċiżjoni ta’ Tirrenia/CIN tal-2020, il-Kummissjoni qabblet ir-redditu fuq il-kapital ta’ 6,5 %, applikat ukoll fil-kalkolu tal-kumpens għall-kumpanija soġġetta għal dik l-investigazzjoni (jiġifieri, CIN), bir-redditu medjan fuq il-kapital iġġenerat minn grupp ta’ referenza fl-2011 (is-sena qabel l-ewwel inkarigu ta’ CdI). Il-grupp ta’ referenza kien jikkonsisti f’operaturi magħżula tal-laneċ li offrew konnessjonijiet marittimi fl-Italja jew bejn l-Italja u Stati Membri oħrajn (133). Il-Kummissjoni tinnota li Siremar hija operatur ta’ daqs komparabbli għal CIN. Madankollu, ir-rotot inkwistjoni huma differenti minn dawk operati minn CIN, billi huma iqsar u jgħaqqdu gżejjer iżgħar. Il-Kummissjoni tqis li filwaqt li l-grupp ta’ referenza għadu rilevanti għal Siremar, l-attivitajiet ta’ din tal-aħħar jistgħu jitqiesu aktar riskjużi, li jfisser li primjum ta’ riskju ogħla ma jkunx raġonevoli. L-analiżi wriet li r-redditu fuq il-kapital realizzat minn CdI u aktar tard minn SNS huwa ftit inqas mir-redditu medjan iġġenerat mill-grupp ta’ referenza. Dan it-tqabbil juri li fis-sena ta’ qabel l-inkarigu ta’ CdI, redditu fuq il-kapital ta’ 6,5 % għas-settur marittimu kien raġonevoli.

(365)

L-aktar importanti, il-Kummissjoni tinnota li irrispettivament mill-ammont li l-operatur ikun intitolat għalih abbażi tal-metodoloġija msemmija hawn fuq (inkluż ir-redditu fuq il-kapital), fil-prattika, SNS aktar tard qatt ma tista’ tirċievi aktar mill-ammont massimu stabbilit mil-Liġi tal-2009 (jiġifieri EUR 55 694 895). L-istess applika għal CdI fil-perjodu meta kienet qed twettaq is-servizzi pubbliċi skont il-konvenzjoni l-ġdida. Dan l-ammont, li ġie stabbilit fl-2009 u li qatt ma ġie aġġustat għall-inflazzjoni, x’aktarx kien konservattiv minħabba li kien kważi 17 % inqas minn dak li kienet teħtieġ Siremar biex topera s-servizz f’dik l-istess sena (134). Irrispettivament minn jekk CdI jew SNS ġewx fdati bl-obbligi ta’ servizz pubbliku, iċ-ċifri attwali għall-perjodu 2012-2019 fit-Tabella 7 juru li fis-snin kollha, il-kumpens għas-servizz pubbliku ma kienx biżżejjed biex ikopri l-kost nett tas-servizz, inkluż ir-redditu fuq il-kapital ta’ 6,5 % (135). Fl-2012, CdI kisbet kumpens żejjed żgħir, li kien aktar milli kkumpensat bit-telf fl-2013 u fl-2014. Madankollu, CdI operat is-servizz biss fix-xhur bejn Awwissu u Diċembru. Dan il-perjodu jinkludi l-aktar xahar profittabbli, meta d-domanda turistika tkun fl-ogħla livell tagħha (Awwissu), u jeskludi l-ewwel xhur tas-snin meta d-domanda tkun baxxa ħafna. Kunsiderazzjoni simili tapplika għall-kumpens li rċeviet SNS fl-2016. Il-kumpens żejjed li rċeviet SNS f’dik is-sena – li kien ukoll aktar milli kkumpensat fis-snin ta’ wara – kien dovut għall-fatt li SNS operat biss is-servizz fil-perjodu mill-11 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru 2016, li jeskludi l-ewwel tliet xhur ta’ dik is-sena. F’konformità mal-paragrafu 47 tal-Qafas SGEI tal-2011, il-Kummissjoni tivvaluta jekk kienx hemm kumpens żejjed fuq id-durata kollha tal-kuntratt. Għall-perjodu 2012-2019, SNS u CdI flimkien irċevew madwar EUR 30,3 miljun inqas mill-ammont kif ikkalkolat bl-użu tal-metodoloġija, inkluż ir-redditu ta’ 6,5 %. Din iċ-ċifra tikkonferma li l-klawżoli ta’ rieżami tal-Konvenzjoni l-ġdida ma jipproteġux lill-operatur mir-riskji kollha relatati mal-operat tas-servizz pubbliku. Minkejja xi varjazzjonijiet bejn is-snin, ir-redditu fuq il-kapital realizzat tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar għall-perjodu kollu (sal-2019) kien għalhekk ta’ madwar – 4,7 % minflok 6,5 % inizjalment previst mill-Italja. Tabilħaqq, l-ammont totali ta’ kumpens li rċevew CdI u SNS matul il-perjodu 2012-2019 huwa inqas mill-kost nett imġarrab fil-forniment tas-servizz pubbliku, anke jekk wieħed jassumi redditu fuq il-kapital ta’ 0 %. Kif muri fit-Tabella 7, CdI u SNS flimkien kienu jkunu jeħtieġu kumpens addizzjonali ta’ madwar EUR 12,7-il miljun sempliċiment biex ikopru l-kostijiet netti tagħhom. Il-konklużjoni li l-klawżoli ta’ rieżami tal-Konvenzjoni l-ġdida ma jipproteġux lill-operatur mir-riskji kollha tgħodd ukoll għal SNS weħidha (il-perjodu 2016-2019): SNS irċeviet madwar EUR 23,3 miljun inqas mill-ammont kif ikkalkolat bl-użu tal-metodoloġija, inkluż ir-redditu fuq il-kapital ta’ 6,5 %; ir-redditu realizzat fuq il-kapital għal SNS huwa madwar – 11,8 %, minflok 6,5 % inizjalment previst mill-Italja; u SNS kienet tkun teħtieġ kumpens addizzjonali ta’ madwar EUR 15-il miljun sempliċiment biex tkopri l-kostijiet netti tagħha.

Public service routes

1/8/2012 - 31/12/2012 (CdI)

2013 (CdI)

2014 (CdI)

2015 (CdI)

11/4/2016 - 31/12/2016 (SNS)

2017 (SNS)

2018 (SNS)

2019 (SNS)

Total kumplessiv

Dhul

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(–) Kostijiet

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(–) Amortizzamenti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(=) Kost nett tas-servizz pubbliku

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(+) Profitt raġonevoli (6,5 %)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(=) Eliġibbli għal kumpens

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(+) Kumpens attwali

23,346,079 €

55,694,895 €

55,694,895 €

55,694,895 €

40,297,059 €

55,694,895 €

55,694,895 €

55,694,895 €

397,812,508 €

(=) Kumpens żejjed/nieqes

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

– 30,340,068 €

Tabella 7 – Il-kost nett tas-servizz pubbliku operat minn CdI u SNS għall-perjodu 2012-2019

(366)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll b’mod pożittiv li l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni l-ġdida jirrikjedi li l-operatur jibgħat il-kontijiet tal-ġestjoni tiegħu (subdiviżi għal kull rotta u ċċertifikati minn awditur indipendenti) kull sena lil Sqallija sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tivverifika jekk kienx hemm xi kumpens żejjed. Dan jipprovdi salvagwardja addizzjonali biex jiġi żgurat li l-operatur ma jkunx jista’ jibbenefika minn kwalunkwe kumpens żejjed. L-awtoritajiet Taljani ssottomettew ukoll dawn il-kontijiet tal-ġestjoni għall-perjodu 2012-2019, u b’hekk ippermettew lill-Kummissjoni tagħmel il-kalkoli fit-Tabella 7 (136).

(367)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lill-operatur ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tiegħu, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni tqis li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % previst mid-Direttiva CIPE għandu jiġi vvalutat flimkien mal-ammont massimu ta’ kumpens stabbilit fil-Liġi tal-2009. B’kunsiderazzjoni ta’ dan, ir-redditu fuq il-kapital li CdI u aktar tard SNS setgħu jistennew minn perspettiva ex ante kien konformi mar-riskji li kienu qed iġarrbu meta joperaw is-servizzi pubbliċi skont il-Konvenzjoni l-ġdida. Għalhekk, id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-konformità mat-tielet kundizzjoni tas-sentenza Altmark huma eliminati.

(368)

Fir-rigward tal-prijorità tal-irmiġġ u ta’ kwalunkwe kumpens żejjed possibbli li jista’ jirriżulta minnha, l-Italja sostniet li kwalunkwe vantaġġ monetarju possibbli mill-prijorità tal-irmiġġ ma setax jiġi kkwantifikat (ara l-premessa (227) hawn fuq). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li, sa fejn din il-miżura tnaqqas il-kostijiet operatorji jew iżżid id-dħul tal-operatur tas-servizz pubbliku, dawn l-effetti jkunu riflessi bis-sħiħ fil-kontijiet interni tal-operatur. L-analiżi tal-Kummissjoni fil-premessa (365) ikkonfermat li, fil-perjodu 2012-2019, CdI u SNS flimkien ma rċevew l-ebda kumpens żejjed. Dan jgħodd ukoll għal SNS weħidha, fis-snin meta kienet topera l-Konvenzjoni l-ġdida (il-perjodu 2016-2019). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li anke l-prijorità tal-irmiġġ tikkonforma mat-tielet kriterju ta’ Altmark.

8.1.3.4.   Altmark 4

(369)

Ir-raba’ kriterju ta’ Altmark jiġi ssodisfat jekk il-benefiċjarju tal-kumpens għall-operat ta’ SGEI jkun intgħażel wara proċedura tal-offerti li tippermetti l-għażla tal-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dak l-SGEI bl-inqas kost għall-komunità jew jekk il-kumpens ikun ġie kkalkolat b’referenza għall-kostijiet ta’ impriża effiċjenti.

(370)

Skont il-paragrafu 63 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI, l-aktar mod sempliċi biex l-awtoritajiet pubbliċi jissodisfaw ir-raba’ kriterju ta’ Altmark huwa li jwettqu proċedura ta’ akkwist pubbliku miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’konformità mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (137) u mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (138).

(371)

Barra minn hekk, il-paragrafu 65 tal-Komunikazzjoni SGEI jinnota li abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, proċedura tal-offerti pubblika teskludi biss l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fejn din tippermetti l-għażla tal-offerent li kapaċi jipprovdi s-servizz “bl-inqas spiża għall-komunità”.

(372)

Il-Kummissjoni tosserva li, f’dan il-każ, il-proċedura tal-offerti saret qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (139) (li tapplika għall-kuntratti pubbliċi mogħtija għall-operat tas-servizzi tat-trasport marittimu) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (140). F’dak iż-żmien, id-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE kienu applikabbli. Madankollu, id-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax għas-servizzi tat-trasport marittimu, bħal dawk ipprovduti minn Siremar (141).

(373)

Il-kuntratti pubbliċi għat-trasport marittimu, kostali jew fuq ix-xmajjar jaqgħu minflok fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, abbażi tal-premessa 20 tagħha. Madankollu, is-servizzi tat-trasport bl-ilma huma elenkati fl-Anness IIB ta’ dik id-Direttiva li jimplika (142) li huma soġġetti biss għall-Artikoli 23 u 35(4) tagħha. Dan ifisser li, skont id-Direttiva 2004/18/KE, kuntratt pubbliku għas-servizzi tat-trasport marittimu huwa soġġett biss għall-obbligi li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (l-Artikolu 23) u għall-obbligu li jiġi ppubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt (wara li jkun ingħata l-kuntratt u, għalhekk, fl-aħħar, mhux fil-bidu, tal-proċedura ta’ għoti: l-Artikolu 35(4)). Ir-regoli l-oħrajn kollha ddettati mid-Direttiva 2004/18/KE – inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-avviżi li għandhom jiġu ppubblikati (l-Artikolu 36(1)) u d-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji tal-għażla (l-Artikoli minn 45 sa 52) – ma humiex applikabbli għall-kuntratti pubbliċi għas-servizzi tat-trasport marittimu.

(374)

Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ, id-Direttiva 2004/18/KE ma tapplikax għall-konċessjonijiet ta’ servizzi kif definiti fl-Artikolu 1(4) tagħha (143). Il-Kummissjoni tinnota li l-konċessjonijiet ta’ servizzi, li għandhom ċertu interess transfruntier, madankollu jibqgħu soġġetti għall-prinċipji ġenerali tat-TFUE ta’ trasparenza u trattament ugwali.

(375)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Direttiva 2004/18/KE tista’ tapplika biss fil-każ ta’ kuntratt pubbliku, iżda mhux meta tikkonċerna konċessjoni ta’ servizz. Barra minn hekk, peress li l-każ preżenti jikkonċerna servizzi tat-trasport bl-ilma, xi wħud biss mir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva jkunu applikabbli. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li hija ma tistax tiddependi biss fuq il-konformità mad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku biex turi l-konformità mar-raba’ kriterju ta’ Altmark. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tivvaluta hawn taħt jekk il-proċedura tal-offerti użata mill-Italja kinitx kompetittiva, trasparenti u nondiskriminatorja. Sabiex tagħmel din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni se tistrieħ fuq il-gwida rilevanti stabbilita fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna (144) (b’mod partikolari fil-paragrafi 89 et seq.tagħha).

In-natura kompetittiva u trasparenti tas-sejħa għall-offerti

(376)

Il-paragrafu 90 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna jispeċifika li proċedura tal-offerti għandha tkun kompetittiva (145) sabiex tippermetti lill-offerenti interessati u kwalifikati kollha jipparteċipaw fil-proċess. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 91 ta’ dik il-Komunikazzjoni, il-proċedura trid tkun trasparenti, sabiex tippermetti lill-offerenti interessati kollha jiġu informati bl-istess mod u kif xieraq f’kull stadju tal-proċedura tal-offerti. Dak il-paragrafu jenfasizza wkoll li l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, iż-żmien suffiċjenti għall-offerenti interessati, u ċ-ċarezza tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti huma l-elementi kruċjali kollha għal proċedura tal-għażla trasparenti u jindikaw li offerta għandha tingħata pubbliċità tajba biżżejjed, sabiex l-offerenti potenzjali kollha jkunu jistgħu jieħdu nota tagħha.

(377)

Bħala rimarka preliminari, il-Kummissjoni tirrimarka li filwaqt li l-liġi Taljana (146) tat lill-Kummissarju Straordinarju l-possibbiltà li jidħol f’negozjati privati ma’ akkwirenti potenzjali, huwa ma għamilx użu minn din il-possibbiltà f’dan il-każ, ħlief għat-tieni fażi tal-proċedura, wara li ġiet ippubblikata u rreklamata sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, u sabiex jinkisbu termini aħjar minn CdI u SNS. Tabilħaqq, offerta miftuħa kienet ippreferuta biex jiġi żgurat li l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar tinbiegħ bi prezz tas-suq u, għalhekk, ir-rikavat mill-bejgħ jiġi mmassimizzat. Għalhekk, minħabba li qatt ma saru negozjati privati mingħajr sejħa pubblika, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2011 dwar din il-possibbiltà huma eliminati.

(378)

F’dan il-każ, il-proċedura tal-offerti tnediet permezz tal-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-akkwiżizzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar f’gazzetta internazzjonali waħda u f’diversi gazzetti nazzjonali u fuq siti web speċjalizzati magħżula (ara l-premessa (75)). Dik is-sejħa stiednet lil “kull min jista’ jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu” biex jesprimi l-interess tiegħu u ma imponiet l-ebda kundizzjoni oħra. Il-partijiet interessati potenzjali ngħataw ukoll biżżejjed żmien (jiġifieri, 16-il jum) biex jesprimu l-interess tagħhom. Fl-istadju ta’ diliġenza dovuta sussegwenti ta’ dan il-proċess, l-offerenti kwalifikati ngħataw kważi erba’ xhur biex jivvalutaw l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex ikunu jistgħu jiddeterminaw jekk u kemm riedu joffru għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar.

(379)

Il-Kummissjoni tinnota li s-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għamlitha ċara li l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar tinbiegħ skont ir-regoli speċifiċi tal-proċedura Marzano bl-iskop espliċitu li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu taħt ir-reġim tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, is-sejħa rreferiet għall-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009, li speċifika li mat-tlestija tal-proċedura tal-offerti għandha tiġi konkluża konvenzjoni ġdida max-xerrej tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Dak l-Artikolu indika wkoll li d-durata ta’ tali konvenzjoni ġdida ma tkunx ta’ aktar minn tnax-il sena u ddeskriva x’jenħtieġ li jkun fiha. Barra minn hekk, dak l-istess Artikolu ffissa l-ammont massimu ta’ kumpens għal Siremar għal EUR 55 694 895 fis-sena għad-durata kollha tal-konvenzjoni l-ġdida. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 19-ter speċifika li l-akkwirent ta’ Siremar iżomm il-prijorità tal-irmiġġ fuq ir-rotot tas-servizz pubbliku.

(380)

Kif irrimarkat fid-Deċiżjoni tal-2011, is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess ma kienx fiha dettalji speċifiċi dwar l-assi eżatti għall-bejgħ, il-kriterju tal-għoti u t-twaqqit tal-passi li jmiss tal-proċedura tal-offerti. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-proċess kollu tas-sejħa għall-offerti kien trasparenti biżżejjed, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi li ġejjin.

(381)

L-ewwel nett, is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess semmiet li l-offerenti kellhom bżonn ikunu jistgħu “jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu”. Dan kien l-uniku kriterju tal-għażla li applikat l-Italja biex tiddetermina jekk il-partijiet interessati jitħallewx jipparteċipaw fil-proċedura tal-offerti. Filwaqt li s-sejħa ma speċifikatx kif l-offerenti setgħu jagħtu prova li ssodisfaw dan ir-rekwiżit, b’mod awtomatiku dan kien ifisser li jista’ jintuża kwalunkwe mezz xieraq ta’ evidenza (147). Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda waħda mill-ħames partijiet interessati ma ġiet eskluża, li tindika li kull waħda minnhom fil-fatt ipprovdiet evidenza adegwata li kellha mezzi finanzjarji suffiċjenti biex tiżgura l-kontinwità tas-servizz. Il-Kummissjoni tqis li dan il-kriterju tal-għażla kien ċar għall-offerenti interessati kollha u kien ġustifikat fid-dawl tal-objettiv segwit.

(382)

It-tieni, kif spjegat fil-premessa (379), ir-referenza għad-Digriet Amministrattiv 135/2009 għamlitha ċara lill-partijiet interessati li konvenzjoni ġdida (b’durata massima ta’ tnax-il sena) tiġi konkluża mat-tlestija tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti u li l-ammont annwali ta’ kumpens għas-servizz pubbliku kien ġie stabbilit għal massimu ta’ EUR 55 694 895 fis-sena. Barra minn hekk, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess indikat li l-objettiv kien li tinbiegħ il-fergħa kummerċjali ddedikata għall-provvista tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, kif ikkonfermat mill-Italja, l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-bejgħ, inkluż l-abbozz tal-konvenzjoni li għandu jiġi konkluż bejn ix-xerrej u l-Istat, saret disponibbli għall-ħames partijiet li pparteċipaw fil-fażi ta’ diliġenza dovuta. Dan ippermetta lil dawn il-partijiet jiddeċiedu jekk għandhomx iressqu offerta u, jekk iva, kemm għandhom joffru. Il-Kummissjoni tinnota li hija prattika normali, fil-proċeduri ta’ bejgħ bejn operaturi privati, li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tkun disponibbli biss fil-fażi tad-diliġenza dovuta. Għall-istess raġuni, il-partijiet interessati kellhom jiffirmaw ftehimiet ta’ kunfidenzjalità qabel ma ngħataw aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti (ara l-premessa (76)). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li kien ċar biżżejjed mis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess (148) li l-bejgħ kien jikkonċerna l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar flimkien ma’ konvenzjoni ġdida. Wara li esprimew l-interess tagħhom, il-partijiet ingħataw aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiddeċiedu dwar offerta possibbli.

(383)

It-tielet, fir-rigward tat-twaqqit tal-fażijiet sussegwenti tal-proċedura tal-offerti, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej. L-offerenti interessati ġew mistiedna jipparteċipaw fid-diliġenza dovuta permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Novembru 2010. Id-dettalji rilevanti dwar il-passi konkreti li jmiss tal-proċedura, speċjalment l-iskeda ta’ żmien tal-proċedura u l-kriterji għall-ammissjoni għat-tieni fażi ta’ diliġenza dovuta, imbagħad ġew ipprovduti lill-offerenti interessati f’ittra mibgħuta mill-Kummissarju Straordinarju fit-2 ta’ Frar 2011. Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ din l-informazzjoni mis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess (149) mhux probabbli li skoraġġixxa lill-offerenti potenzjali milli jesprimu l-interess tagħhom.

(384)

Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni tosserva li abbażi tas-sejħa, sitt partijiet esprimew l-interess tagħhom li jakkwistaw il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (ara l-premessi (76) u (77)). Dawn il-partijiet kienu jinkludu wħud mill-aktar operaturi lokali importanti tal-laneċ u tal-bastimenti: Caronte & Tourist S.p.A. u Ustica Lines S.p.A. (iressqu offerti b’mod konġunt), Riccardo Sanges & C. S.r.l., Traghetti delle Isole S.p.A. u Mediterranea Holding S.p.A. (li kienu jinkludu xi operaturi lokali esperjenzati fost l-azzjonisti tagħha u msieħba ma’ oħrajn biex jifformaw CdI). Il-Kummissjoni tqis li dan jikkonferma li l-offerenti potenzjali kollha ngħataw opportunità suffiċjenti sabiex jesprimu l-interess tagħhom li jipparteċipaw fil-proċedura tal-offerti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tindika li l-partijiet interessati ma kellhomx għalfejn isegwu proċeduri impenjattivi u ma kienx ikollhom iġarrbu kostijiet sinifikanti sabiex jesprimu l-interess tagħhom. Kien biżżejjed li huma wrew il-kapaċità tagħhom li jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu. Is-sitt partijiet li esprimew l-interess tagħhom issodisfaw ukoll dan il-kriterju tal-għażla u, għaldaqstant, ġew mistiedna għall-fażi ta’ diliġenza dovuta. Ħamsa minnhom iddeċidew li jieħdu sehem fiha. Kien biss wara din il-fażi li l-partijiet kellhom jiddeċiedu jekk iridux jagħmlu offerta u, jekk iva, kemm għandha tkun għolja l-offerta tagħhom.

(385)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, b’mod ġenerali, il-proċedura tal-offerti kienet kompetittiva u trasparenti. B’mod partikolari, l-intenzjoni ta’ Siremar li tiżvesti n-negozju tas-servizz pubbliku (jiġifieri l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar) saret disponibbli b’mod wiesa’ sabiex jintlaħqu l-offerenti kollha possibbli fis-suq reġjonali jew internazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-offerenti potenzjali setgħu faċilment jesprimu l-interess tagħhom u ma kellhomx jieħdu impenn għal xi ħaġa f’dak l-istadju. Sakemm ikunu jistgħu juru li ssodisfaw l-uniku kriterju tal-għażla, dawn il-partijiet imbagħad ingħataw l-informazzjoni u l-ħin kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk iridux iressqu offerta għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u, jekk iva, kemm iridu joffru. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li d-dubji tagħha li l-proċedura tal-offerta ma kinitx trasparenti biżżejjed minħabba nuqqasijiet possibbli fis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess huma eliminati.

In-natura nondiskriminatorja tal-offerta u tal-ogħla prezz bħala kriterju

(386)

Il-paragrafu 92 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna jenfasizza li t-trattament nondiskriminatorju lill-offerenti kollha fl-istadji kollha tal-proċedura u kriterji oġġettivi tal-għażla u għall-għoti tal-proċess speċifikati bil-quddiem huma kundizzjonijiet indispensabbli sabiex jiġi żgurat li t-tranżazzjoni li tirriżulta tkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, dak il-paragrafu jispeċifika li, sabiex jiġi ggarantit trattament indaqs, jenħtieġ li l-kriterji għall-għoti tal-kuntratt jippermettu sabiex l-offerti jitqabblu u jiġu vvalutati b’mod oġġettiv. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 95 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna, meta l-korpi pubbliċi jbiegħu assi, l-uniku kriterju rilevanti għall-għażla tax-xerrej jenħtieġ li jkun l-ogħla prezz (150), billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll l-arranġamenti kuntrattwali mitluba (eż. il-garanzija tal-bejgħ tal-bejjiegħ).

(387)

Kif indikat hawn fuq (ara l-premessa (378)), is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess kien fiha biss kundizzjoni waħda tal-għażla, jiġifieri li l-offerenti kellhom ikunu jistgħu “jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu”. Kull waħda mis-sitt partijiet li ssottomettew il-ħames espressjonijiet ta’ interess fil-proċedura ssodisfat ukoll il-kundizzjoni tal-għażla u, għaldaqstant, ġiet mistiedna għall-fażi ta’ diliġenza dovuta. Il-Kummissjoni tqis li l-uniku kriterju tal-għażla applikabbli kien oġġettiv u kien ċar biżżejjed għall-partijiet interessati kollha fis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess.

(388)

Mis-sitt offerenti prospettivi, ħamsa ddeċidew li jipproċedu bil-fażi ta’ diliġenza dovuta. Matul dik il-fażi, li saret bejn Novembru 2010 u Marzu 2011, il-ħames offerenti prospettivi kollha ngħataw aċċess għal kamra tad-data li fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermettilhom jivvalutaw il-fergħa kummerċjali offruta għall-bejgħ (ara l-premessa (77)). Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissarju Straordinarju bagħat ittra li fiha ġew spjegati fid-dettall il-proċedura u r-rekwiżiti biex issir offerta (ara l-premessa (383)). B’mod partikolari, dik l-ittra stabbiliet b’mod ċar il-kundizzjonijiet għall-bejgħ: it-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku kif definiti fl-abbozz ta’ konvenzjoni u l-għoti tal-garanziji meħtieġa biex tintwera r-robustezza finanzjarja tal-offerent. L-Italja kkonfermat li f’każ li jaslu aktar minn offerta waħda, l-uniku kriterju tal-għoti jkun l-ogħla prezz. Tabilħaqq, huwa preċiżament sabiex jinkiseb l-ogħla prezz possibbli bejn żewġ offerti validi u komparabbli li l-Italja nediet mill-ġdid il-proċedura diversi drabi, u eventwalment tat il-fergħa kummerċjali lil CdI f’Ottubru 2011 (iffinalizzata f’Lulju 2012) u sussegwentement lil SNS f’April 2016 (ara t-Taqsima 2.3.3.2).

(389)

Id-dubji tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2011 li d-Digriet 134/2008 ikun jippermetti l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti fuq il-bażi ta’ kriterji oħra ġew solvuti. Il-partijiet kollha kienu informati b’mod korrett u ugwali matul l-istadji varji tal-proċedura tal-offerti u setgħu jagħmlu offerta b’għarfien sħiħ tal-proċedura u tar-rekwiżiti. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-kriterju għall-għoti jippermetti paragun u valutazzjoni oġġettivi tal-offerti.

L-iżgurar li s-servizzi jiġu pprovduti bl-anqas kost għall-komunità

(390)

F’dan il-każ, l-Italja ressqet offerta għall-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet fir-rigward tal-livell tal-forza tax-xogħol, minflok il-Konvenzjoni l-ġdida nnifisha biss. Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li, sa fejn l-offerenti kienu diġà mgħammra b’mod adegwat b’bastimenti u ekwipaġġi, huma kienu jġarrbu kostijiet aktar baxxi kieku ma kinux obbligati li jieħdu f’idejhom parti mill-assi kapitali u mill-impjegati ta’ Siremar. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-proċedura tal-offerti tal-Konvenzjoni l-ġdida mingħajr obbligu li jiġu akkwistati dawk il-bastimenti u l-ekwipaġġ ta’ Siremar li kienu meħtieġa sabiex jitwettaq is-servizz pubbliku, kienet tirriżulta f’kost aktar baxx għall-komunità.

(391)

Minħabba li Siremar kienet kumpanija kbira f’Amministrazzjoni Straordinarja, il-liġi domestika ġenerali (151) talbet lill-akkwirent tagħha jżomm l-istess livell ta’ persunal għal perjodu ta’ sentejn. F’dan l-isfond, il-kuntratt għat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali jirrikjedi li CdI, u aktar tard SNS, joffru impjieg (abbażi ta’ kuntratti ġodda) lill-eks impjegati ta’ Siremar u jastjenu minn sensji (152) għal perjodu ta’ sentejn. Il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li dan ir-rekwiżit huwa bbażat fuq obbligu legali, li l-awtoritajiet Taljani ma setgħux jinjoraw fl-istabbiliment tat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali, u li dan l-obbligu huwa limitat biż-żmien, jiġifieri għal sentejn. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kompliet topera s-servizz pubbliku abbażi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku definiti fil-Konvenzjoni l-ġdida. F’dan is-sens, l-Italja sostniet li l-ekwipaġġ u l-persunal amministrattiv meħtieġa għall-operat tas-servizz pubbliku biss kienu ġew akkwistati minn CdI u aktar tard minn SNS (153). Minħabba li l-kostijiet tal-impjiegi jkunu koperti mill-kumpens imħallas skont il-Konvenzjoni l-ġdida lil SNS, il-Kummissjoni tqis li l-obbligu li jinżammu l-livelli ta’ impjieg fil-prattika ma huwiex oneruż fuq CdI u aktar tard SNS. Għalhekk, dan l-obbligu x’aktarx li ma naqqasx il-prezz tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali u ma setax jagħti vantaġġ lil CdI, u aktar tard lil SNS, b’dan il-mod. Barra minn hekk, din is-soluzzjoni kienet ta’ benefiċċju wkoll għal Siremar (u, għalhekk, għas-sid tagħha l-Italja) minħabba li din tal-aħħar ma kellhiex tħallas kostijiet relatati mas-sensja għall-persunal li ngħata impjieg ġdid minn CdI u aktar tard minn SNS. Il-Kummissjoni tinnota li Ecorys stmat li l-kost totali tas-sensja għall-persunal kollu ta’ Siremar kien jammonta għal mill-inqas EUR 34 miljun.

(392)

Billi l-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ġew raggruppati ma’ kuntratt ta’ servizz pubbliku ġdid (154), l-akkwirent tal-fergħa kummerċjali jsir soġġett għar-rekwiżit li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku u jingħata l-prijorità tal-irmiġġ. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li l-assi meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ servizz pubbliku biss ġew raggruppati mal-kuntratt ta’ servizz pubbliku. Tabilħaqq, il-lanċa veloċi waħda li ma kinitx meqjusa neċessarja għal dak l-iskop inbiegħet permezz ta’ proċedura tal-offerti separata. It-tieni, il-Kummissjoni tqis li r-raggruppament tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar mal-kuntratt ta’ servizz pubbliku l-ġdid ma jirriżultax fi prezz aktar baxx milli kieku l-assi u dan il-kuntratt kienu nbiegħu separatament, għar-raġunijiet li ġejjin:

—

Kif indikat hawn fuq, il-Kummissarju Straordinarju ta’ Tirrenia u ta’ Siremar organizza proċeduri ta’ offerti separati biex jinbiegħu seba’ bastimenti mhux inklużi fil-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia jew ta’ Siremar. Minn dawn is-seba’ bastimenti, wieħed biss seta’ jinbiegħ lil offerent li kellu l-ħsieb li jkompli jużah għal finijiet ta’ trasport bil-baħar. Is-sitt bastimenti l-oħrajn setgħu jinbiegħu biss għal finijiet ta’ demolizzjoni. Barra minn hekk, f’Marzu 2011, is-sensara tal-bastimenti (155) li ntalbu jiddeterminaw il-valur tal-bastimenti ta’ Siremar irrimarkaw li dawn tal-aħħar kienu relattivament antiki u mfassla għar-rotot lokali li kienu joperaw fuqhom. Għalhekk, huma kellhom valur tas-suq limitat fis-swieq internazzjonali u setgħu jintużaw biss fi ftit rotot fil-Mediterran. Għal dawn ir-raġunijiet, u billi jittieħed f’kunsiderazzjoni l-kuntest ekonomiku diffiċli f’dak iż-żmien, jidher improbabbli li t-18-il bastiment ta’ Siremar setgħu jinbiegħu kollha għal skopijiet ta’ trasport bil-baħar (jiġifieri għal prezz ogħla mill-valur tal-iskreppjar tagħhom) (156). Il-Kummissjoni tqis li r-raggruppament ta’ dawk il-bastimenti mal-kuntratt ta’ servizz pubbliku ppermetta l-kisba ta’ prezz ogħla (157) għall-bastimenti ta’ Siremar, minħabba li, talli jopera l-bastimenti fuq ir-rotot tas-servizz pubbliku, l-akkwirent tagħhom jirċievi kumpens għas-servizz pubbliku għal perjodu ta’ tnax-il sena;

—

Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kienet qajmet il-possibbiltà li kwalunkwe offerenti diġà mgħammra b’biżżejjed bastimenti u ekwipaġġi kienu jippreferu li ma jkollhomx jakkwistaw il-bastimenti ta’ Siremar u jimpjegaw l-impjegati tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li, fl-2010, il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kellha forza tax-xogħol totali ta’ madwar 500 persuna u 18-il bastiment. Il-Kummissjoni tqis li huwa improbabbli li l-offerenti potenzjali seta’ kellhom tali riżorsi u assi sinifikanti faċilment disponibbli għall-użu (mill-ġdid) sabiex joperaw l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida. Dan huwa preċiż speċjalment għaliex il-Konvenzjoni l-ġdida fiha rekwiżiti speċifiċi, bħall-kapaċità u l-veloċità, dwar il-bastimenti li kellhom jintużaw fuq ir-rotot tas-servizz pubbliku. Kwalunkwe operatur li kellu r-riżorsi meħtieġa probabbilment li xorta kien jużahom fuq rotot oħra u l-iskjerament mill-ġdid tagħhom skont il-Konvenzjoni l-ġdida bilfors li kien iwassal għat-telf tad-dħul mill-użu preċedenti tagħhom. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrimarka li la SNS u lanqas CdI ma sostnew mal-Kummissjoni li kienu jippreferu li ma jkollhomx jakkwistaw il-bastimenti ta’ Siremar.

(393)

Sabiex tivverifika li r-raggruppament tal-Konvenzjoni l-ġdida mal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u l-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol ma kinux onerużi għal CdI u aktar tard għal SNS, matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkummissjonat studju mal-espert indipendenti Ecorys (ara l-premessi minn (117) sa (121)).Ecorys intalbet tistabbilixxi l-valur tas-suq tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar mingħajr l-ebda kundizzjoni marbuta. Ecorys ikkonkludiet li, kieku l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar inbiegħet mingħajr l-ebda kundizzjoni marbuta, u b’mod partikolari mingħajr il-kuntratt il-ġdid għall-operat tas-servizz pubbliku (u b’hekk ukoll mingħajr l-obbligu li tiġi żgurata l-kontinwità tal-imsemmi servizz pubbliku), il-kumpanija kienet tinbiegħ bil-valur tal-likwidazzjoni, stmat għal EUR – 0,3 miljun.Ecorys ibbażat din il-konklużjoni fuq is-suppożizzjoni li l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma setgħetx tkompli l-operazzjonijiet tagħha b’mod profittabbli mingħajr kumpens għas-servizz pubbliku.Ecorys osservat li dan il-valur ta’ likwidazzjoni huwa anqas mill-valur li rriżulta mis-sejħa għall-offerti u indika li, għalhekk, il-likwidazzjoni immedjata (essenzjalment il-bejgħ tal-vapuri) ma kinitx alternattiva vijabbli għal operatur f’ekonomija tas-suq.Barra minn hekk, Ecorys qabblet is-sehem tal-kost lavorattiv tad-dħul totali u l-proporzjon tal-kost lavorattiv/tal-persunal tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma’ dak ta’ diversi kumpaniji tal-laneċ komparabbli.L-analiżi ma wriet l-ebda differenza sostantiva fl-għadd tal-persunal jew fl-istruttura tal-kostijiet tal-persunal li setgħu jindikaw persunal eċċessiv jew kostijiet lavorattivi eċċessivi.Għalhekk, xerrej potenzjali kien ikollu marġni żgħir ta’ manuvra f’termini ta’ għoti ta’ sensji jew ta’ bdil ta’ parti mill-forza tax-xogħol.Fuq din il-bażi, Ecorys ikkonkludiet li ma hemm l-ebda element li juri li l-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol kellha xi impatt sinifikanti fuq il-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li la r-raggruppament tal-Konvenzjoni l-ġdida mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u lanqas il-kundizzjoni tal-forza tax-xogħol ma baxxew il-prezz tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali.

(394)

Fil-qosor, il-kundizzjoni għaż-żamma tal-livelli ta’ impjieg hija imposta mil-liġi domestika ġenerali aktar milli mill-bejjiegħ.Barra minn hekk, dik il-kundizzjoni ma hijiex oneruża għall-akkwirent tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kif ikkonfermat ukoll mill-espert indipendenti tal-Kummissjoni Ecorys.Il-kundizzjoni li tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizz pubbliku, li hija l-konsegwenza diretta tar-raggruppament tal-assi u tal-obbligu ta’ servizz pubbliku, ma tistax titqies bħala li tnaqqas il-prezz.Għall-kuntrarju, kif sostnut aktar ’il fuq u kif ikkonfermat minn Ecorys, il-bejgħ tal-assi separatament kien jirriżulta fi prezz aktar baxx.Barra minn hekk, huwa ferm improbabbli li kien ikun hemm offerenti potenzjali interessati li jakkwistaw il-kuntratt pubbliku ta’ servizz mingħajr ma jakkwistaw l-assi minħabba l-għadd kbir ta’ vapuri u ta’ ekwipaġġ meħtieġa sabiex iwettqu s-servizz pubbliku.Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li kwalunkwe bejjiegħ f’ekonomija tas-suq kien jiddeċiedi li jbiegħ l-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar flimkien ma’ kuntratt ta’ servizz pubbliku ġdid sabiex jikseb l-ogħla prezz. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma rabtet l-ebda kundizzjoni li x’aktarx kienet tnaqqas il-prezz jew li bejjiegħ privat ma kienx jitlob. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubju tagħha li s-sejħa għal offerti għall-Konvenzjoni l-ġdida flimkien mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u l-kundizzjonijiet tal-forza tax-xogħol ma setgħux jirriżultaw fl-inqas kost għall-komunità, huwa eliminat.

(395)

Abbażi tal-valutazzjoni deskritta hawn fuq (ara l-premessi minn (376) sa (394)), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċedura tal-offerti kienet miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

(396)

Madankollu, il-paragrafu 68 tal-Komunikazzjoni SGEI jinnota li “fil-każ ta’ proċeduri fejn ġiet ippreżentata biss offerta waħda, l-offerta ma tistax titqies biżżejjed sabiex tiżgura li l-proċedura twassal għall-inqas spejjeż għall-komunità”.

(397)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li oriġinarjament ġew riċevuti żewġ offerti fil-proċedura għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar raggruppata mal-Konvenzjoni l-ġdida. Oriġinarjament, il-fergħa ngħatat lil waħda minn dawk l-offerenti, CdI. Fil-fażi finali tal-proċedura, wara li d-deċiżjonijiet mit-tribunali amministrattivi Taljani rriżultaw fl-esklużjoni ta’ CdI, SNS ikkonfermat l-offerta preċedenti tagħha, li tista’ tiġi interpretata bħala l-unika offerta valida li fl-aħħar mill-aħħar ġiet sottomessa.

(398)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, fiċ-ċirkostanzi fattwali speċifiċi ta’ din il-proċedura, il-mument rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk ġietx sottomessa aktar minn offerta waħda u, għalhekk, jekk l-offerta tistax tiġi preżunta li twassal għall-inqas kost għall-komunità, jenħtieġ li jkun il-mument meta l-offerta rebbieħa minn SNS tkun ġiet ifformulata oriġinarjament, jiġifieri Mejju 2011. Dak huwa l-mument meta SNS kienet qed tevalwa l-valur tal-fergħa kummerċjali raggruppata mal-Konvenzjoni l-ġdida u, f’dak iż-żmien, kien hemm żewġ partijiet kompetituri għall-proċedura: CdI u SNS. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li CdI fil-fatt rebħet is-sejħa għall-offerti temporanjament, akkwistat il-fergħa kummerċjali u operat is-servizz bejn l-2012 u l-2016, qabel ma d-deċiżjonijiet tat-tribunali amministrattivi rriżultaw fil-bidu mill-ġdid tal-proċedura u fl-għoti aħħari tal-fergħa kummerċjali lil SNS. F’dan l-isfond, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità ma’ Altmark 4, li CdI għamlet ukoll offerta f’din il-proċedura u li, għalhekk, din l-offerta tista’ titqies bħala biżżejjed biex tiżgura li l-proċedura twassal għall-inqas kost għall-komunità.

(399)

Għalhekk, abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li Altmark 4 huwa rrispettat f’dan il-każ.

Salvagwardji b’saħħithom fit-tfassil tal-proċedura

(400)

Bħala raġunament sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li, jekk il-mument rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk prezz tas-suq ikunx intlaħaq permezz tal-offerta jkun il-mument meta l-aħħar offerta minn SNS ġiet finalment ikkonfermata, jiġifieri f’Jannar 2016, li l-Kummissjoni tikkontesta, mela fil-fatt tkun ġiet sottomessa offerta waħda biss, billi SNS kienet l-unika parti għall-proċedura f’dak l-istadju. Għaldaqstant, tali offerta normalment ma tkunx biżżejjed sabiex tiżgura n-nuqqas ta’ vantaġġ għar-rebbieħ.

(401)

Madankollu, il-Kummissjoni sfumat il-pożizzjoni espressa fil-paragrafu 68 tal-Komunikazzjoni tal-SGEI fil-Gwida tagħha dwar l-SGEI (158) billi ddikjarat li “dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm każijiet li fihom, minħabba salvagwardji partikolarment b’saħħithom fit-tfassil tal-proċedura, anke proċedura li fiha tiġi ppreżentata offerta waħda biss hija biżżejjed biex jiġi żgurat il-forniment tas-servizz “bl-inqas kost għall-komunità” ”.

(402)

Il-Kummissjoni tqis li fil-każ li qed jiġi vvalutat, bħal fil-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia vvalutata bid-deċiżjoni ta’ Tirrenia/CIN tal-2020, tali salvagwardji kienu preżenti. Il-Kummissjoni tqis li fil-każ li qed jiġi vvalutat, dawn is-salvagwardji kienu preżenti. B’mod aktar speċifiku:

—

Il-proċedura tal-offerti kienet organizzata b’tali mod li timmassimizza l-interess minn offerenti potenzjali. Barra minn hekk, dawn l-offerenti potenzjali ma kellhomx għalfejn isegwu proċeduri impenjattivi u ma kienx ikollhom iġarrbu kostijiet sinifikanti sabiex jesprimu l-interess tagħhom. B’riżultat ta’ dan, waslu ħames espressjonijiet ta’ interess minn sitt entitajiet Taljani, li kollha ġew mistiedna għall-fażi ta’ diliġenza dovuta (ara l-premessa (388));

—

Il-kompetizzjoni ġenwina kienet possibbli sa tmiem il-proċedura tal-offerti. B’mod partikolari, kien hemm sitt offerenti prospettivi li ġew mistiedna għall-fażi ta’ diliġenza dovuta. Tnejn minnhom (jiġifieri Ustica Lines S.p.A. u Caronte & Tourist S.p.A.) waqqfu impriża konġunta u għamlu offerta vinkolanti taħt l-isem SNS. Mediterranea, li ngħaqdet ukoll mal-operaturi privati lokali biex twaqqaf lil CdI, għamlet offerta oħra. Il-Kummissjoni tqis li abbażi tal-profil tagħhom, iż-żewġ partijiet l-oħrajn li ħadu sehem fil-fażi ta’ diliġenza dovuta kellhom raġunijiet biex ikollhom interess ġenwin li jagħmlu offerta (eż. huma diġà attivi fis-settur u/jew fl-Italja);

—

Ġie stabbilit prezz minimu bil-quddiem ibbażat fuq il-valwazzjoni mwettqa mill-espert indipendenti maħtur mill-Italja (ara l-premessa (78)). Dan il-prezz minimu sar disponibbli għall-offerenti potenzjali kollha fil-kamra tad-data u stabbilixxa punt ta’ ankraġġ relattivament għoli għall-offerti tal-bidu. Tabilħaqq, kif indikat fil-premessa (79)), l-ewwel serje ma pproduċiet l-ebda offerta vinkolanti, li hija indikazzjoni li l-prezz minimu għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kien stabbilit pjuttost għoli. Tabilħaqq, filwaqt li dan il-prezz minimu għoli għen sabiex jiġi żgurat li l-proċedura twassal għall-inqas kost għall-komunità, jista’ jkun li dan skoraġġixxa wkoll lil offerenti potenzjali oħrajn milli jissottomettu offerta;

—

L-ewwel offerta valida ta’ CdI saret disponibbli fil-kamra tad-data u l-offerenti l-oħrajn ġew mistiedna espliċitament biex jagħmlu offerta aħjar. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ offerti aħjar imbagħad ġiet estiża mill-Kummissarju Straordinarju, fuq talba ta’ SNS. Wara li SNS issottomettiet ukoll l-offerta tagħha, billi ż-żewġ offerti vinkolanti li waslu ma kinux faċilment komparabbli, il-proċedura ġiet imnedija mill-ġdid diversi drabi u kull darba l-partijiet ġew mistiedna jagħmlu offerti mtejba. L-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerti aħjar hija salvagwardja partikolarment qawwija sabiex jiġi żgurat li tinkiseb l-ogħla offerta possibbli (u għalhekk l-anqas kost għall-komunità). F’din il-proċedura, l-eżistenza ta’ żewġ offerenti serji u l-korrispondenza bejn Siremar f’EA u CdI u SNS jissuġġerixxu li kien hemm kompetizzjoni ġenwina. Il-fatt li dik il-kompetizzjoni ġiet temporanjament distorta permezz tal-kontrogaranzija, li ppermettiet li s-sejħa għall-offerti inizjalment intrebħet minn CdI, ma jpoġġix din il-konklużjoni f’dubju. Għall-kuntrarju, huwa indikatur ieħor li l-kompetizzjoni bejn l-offerenti kienet ġenwina, anke jekk f’dawk iċ-ċirkostanzi partikolari r-regoli ta’ proċedura ma ġewx irrispettati.

(403)

Il-Kummissjoni tqis li minħabba s-salvagwardji msemmija hawn fuq, inkluż b’mod partikolari l-prezz minimu u l-istedina biex jiġu sottomessi offerti ogħla, il-proċedura tal-offerti kienet biżżejjed biex tiżgura l-forniment tas-servizz bl-inqas kost għall-komunità, anke jekk, fl-aħħar stadju tal-proċedura, ġiet sottomessa offerta valida waħda biss. Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li l-każ inkwistjoni huwa differenti mill-każijiet li ġejjin fejn ġiet sottomessa biss offerta waħda:

—

Fil-proċedura tal-offerti għall-operat ta’ konnessjoni marittima rapida tal-passiġġieri bejn Messina u Reggio Calabria, kienet Ustica Lines biss li ssottomettiet offerta. Madankollu, dik il-kumpanija kienet ukoll l-unika waħda li esprimiet interess, għalhekk, qatt ma kienet possibbli kompetizzjoni ġenwina. Għalhekk, f’dak il-każ, il-Kummissjoni neċessarjament ikkonkludiet li l-kundizzjoni ta’ Altmark 4 ma ġietx issodisfata u li l-kumpens għas-servizz pubbliku kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (159). Il-Kummissjoni tfakkar li fil-każ li qed jiġi vvalutat, sitt partijiet esprimew l-interess tagħhom u ħamsa minnhom ipparteċipaw fil-parti finali tal-offerta;

—

Fil-proċedura tal-offerti għall-attribuzzjoni tal-konċessjonijiet għad-distribuzzjoni tal-istampa fil-Belġju, bpost biss (il-fornitur stabbilit ta’ dan l-SGEI) issottometta offerta. Filwaqt li inizjalment tliet kumpaniji kienu esprimew interess li jipparteċipaw fis-sejħa għall-offerti, kumpanija waħda rtirat qabel ma għaddiex id-data ta’ sakdenza għas-sottomissjoni ta’ offerta u kumpanija oħra ħabbret li kienx għadha trid tissottometti offerta (għalkemm tlett ijiem wara bpost kienet ippreżentat l-offerta tagħha). Madankollu, l-awtoritajiet Belġjani argumentaw li kien hemm kompetizzjoni ġenwina matul il-proċedura tal-offerti u li kien hemm biżżejjed salvagwardji sabiex jiġi żgurat li s-sejħa għall-offerti rriżultat fl-anqas kost għall-komunità. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li, f’dak il-każ, is-salvagwardji ma kinux biżżejjed u, għalhekk, ikkonkludiet li l-kundizzjoni ta’ Altmark 4 ma ġietx issodisfata u li l-kumpens għas-servizz pubbliku kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (160). Filwaqt li l-awtoritajiet Taljani użaw proċedura tal-offerti miftuħa, l-awtoritajiet Belġjani organizzaw proċedura nnegozjata (161) li skont il-paragrafu 66 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI “ tista’ titqies suffiċjenti biss biex tissodisfa r-raba’ kriterju ta’ Altmark f’każijiet eċċezzjonali ”. Il-Kummissjoni tinnota li minbarra din id-differenza importanti, anke s-salvagwardji fil-każ bpost kienu kompletament differenti minn dawk applikabbli fil-każ inkwistjoni. Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li fil-każ bpost, il-fornitur inkombenti tal-SGEI rebaħ il-proċedura tal-offerti wara li għamel l-unika offerta b’offerent wieħed biss li seta’ jikkompeti u li kien preżenti. Fil-każ li qed jiġi vvalutat, l-offerta nrebħet minn offerenta (SNS) li ma kellha l-ebda konnessjoni mal-fornitur stabbilit tal-SGEI, b’offerenti kompetituri possibbli oħrajn preżenti u bis-salvagwardji msemmija hawn fuq. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċ-ċirkustanzi fil-każ bpost ma humiex komparabbli ma’ dawk fil-każ inkwistjoni.

(404)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-proċedura tal-offerti użata għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar tvarja b’mod sinifikanti mill-proċedura użata biex jintgħażel l-operatur tas-servizzi tat-trasport bil-baħar bejn l-art kontinentali Franċiża u Korsika (162) (“il-każ ta’ SNCM”) bil-modi li ġejjin:

—

L-awtoritajiet Franċiżi taw id-delegazzjonijiet tas-servizz pubbliku abbażi ta’ proċedura nnegozjata b’pubblikazzjoni minn qabel. Skont il-paragrafu 66 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI, tali proċedura “ tista’ titqies suffiċjenti biss biex tissodisfa r-raba’ kriterju ta’ Altmark f’każijiet eċċezzjonali ”. Għall-kuntrarju, l-awtoritajiet Taljani użaw proċedura tal-offerti miftuħa, b’negozjati privati li jseħħu biss fl-aħħar stadju tal-proċedura, sabiex iqabblu u jtejbu l-offerti li jkunu diġà rċevew;

—

Filwaqt li fil-każ ta’ SNCM ġew sottomessi żewġ offerti, offerta waħda ġiet miċħuda abbażi ta’ kriterju wieħed tal-għażla. Għalhekk, iż-żewġ offerti lanqas biss tqabblu fuq il-merti tagħhom sabiex tinżamm l-aktar waħda ekonomikament vantaġġuża. Għalhekk, anke jekk fil-fatt ġew sottomessi żewġ offerti, dan ma kienx biżżejjed biex jiggarantixxi kompetizzjoni effettiva. Madankollu, fil-proċedura tal-offerti ta’ Siremar, kien hemm ħames partijiet li pparteċipaw fil-fażi finali u saru żewġ offerti (ara l-premessa (398)). anke jekk huwa kkunsidrat li, għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ Altmark 4, fl-aħħar mill-aħħar, SNS biss kienet issottomettiet offerta valida, li l-Kummissjoni tikkontesta, kien hemm kompetizzjoni ġenwina sa tmiem il-proċedura (ara l-premessa (402));

—

Fil-każ ta’ SNCM, l-operatur stabbilit tal-grupp SNCM/CMN kien ukoll qed iressaq offerti u kellu vantaġġ kompetittiv sinifikanti, minħabba li diġà kellu bastimenti li ssodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fil-kuntratt pubbliku ta’ delegazzjoni ta’ servizz. Dawn ir-rekwiżiti kienu jimplikaw il-kostruzzjoni ta’ bastimenti kważi mfassla apposta simili għal uħud mill-bastimenti ta’ SNCM. Dan kien ifisser kost għoli għall-offerenti interessati possibbli. Fil-każ li qed jiġi vvalutat, l-operatur stabbilit Siremar f’EA ma ressaqx offerta u ma setax iressaq offerta u SNS ma kellha l-ebda konnessjoni mal-operatur stabbilit. Billi l-offerta kienet tinkludi l-bastimenti li ssodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi biex joperaw is-servizz pubbliku, l-ebda wieħed mill-offerenti possibbli ma kellu vantaġġ kompetittiv fuq l-ieħor;

—

Barra minn hekk, fil-każ ta’ SNCM, il-Kummissjoni qieset li ż-żmien qasir ħafna (jiġifieri inqas minn xahar) stabbilit bejn id-data tal-għoti tal-kuntratt pubbliku ta’ delegazzjoni ta’ servizz u d-data tal-bidu tas-servizzi x’aktarx li kien ostaklu sinifikanti għad-dħul għal parteċipanti ġodda. Il-Kummissjoni tinnota li, fil-każ ta’ Siremar, għaddiet kważi sena bejn l-ewwel konklużjoni tal-proċedura tal-offerti (Ottubru 2011) u l-bidu tal-operat tas-servizz pubbliku minn CdI (Awwissu 2012), u li għaddew aktar minn erba’ snin qabel ma l-fergħa kummerċjali u l-operat tal-Konvenzjoni l-ġdida ttieħdu minn SNS (April 2016).

(405)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, anke skont dan ir-raġunament sussidjarju, Altmark 4 huwa rrispettat fil-każ preżenti.

(406)

Minħabba li l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Altmark huma ssodisfati b’mod kumulattiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u mal-prijorità tal-irmiġġ lil SNS ma jagħti l-ebda vantaġġ ekonomiku lil din tal-aħħar.

8.1.3.5.   Konklużjoni dwar l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u mal-prijorità tal-irmiġġ lil SNS

(407)

Billi mhux il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma ssodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u mal-prijorità tal-irmiġġ lil SNS ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil SNS.

8.1.3.6.   Iż-żieda fil-kapital ta’ CdI

(408)

Il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, CdI hija inattiva u f’likwidazzjoni. Permezz ta’ att awtentikat minn nutar ta’ April 2016, il-kumpanija biddlet isimha u l-forma tan-negozju tagħha minn Compagnia delle Isole S.p.A. għal Compagnia delle Isole S.r.l. in liquidazione. Hija ċaqilqet ukoll is-sede legali tagħha minn Palermo għal Napli u ħatret likwidatur. Minn dak iż-żmien, il-kumpanija ma għadx għandha skop kummerċjali, ma twettaq l-ebda attività kummerċjali, biegħet il-bastimenti kollha tagħha u ma għandha l-ebda impjegat (ħlief għall-impjegati statutorji meħtieġa mil-liġi għall-kumpaniji f’likwidazzjoni). anke jekk il-proċedura ta’ likwidazzjoni tkun għadha għaddejja, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni tintemm ladarba CdI tkun waqqfet l-attivitajiet kummerċjali tagħha. F’dan l-isfond, ma għadx hemm raġunijiet biex titkompla l-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri li għadhom pendenti li qed jiġu vvalutati fil-każ preżenti ta’ għajnuna mill-Istat li jikkonċerna lil din il-kumpanija. B’riżultat ta’ dan, l-investigazzjoni dwar iż-żieda fil-kapital ta’ CdI saret mingħajr skop (163).

8.1.3.7.   Il-kontrogaranzija

(409)

Kif deskritt fit-Taqsima 3.3.2, fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kontrogaranzija setgħet kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat lil CdI u/jew Unicredit. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-għajnuna mill-Istat potenzjali lil dawn iż-żewġ kumpaniji jenħtieġ li tiġi vvalutata separatament, minħabba li r-rwoli tagħhom fil-proċess kienu differenti.

Għajnuna lil Unicredit

(410)

Vantaġġ ekonomiku: Sabiex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju tagħha. Fid-Deċiżjoni tagħha tal-2012, il-Kummissjoni fakkret li skont l-Avviż dwar il-Garanziji, l-għajnuna tingħata fil-mument meta tingħata l-garanzija, mhux meta tiġi invokata, u lanqas meta jsiru pagamenti skont it-termini tal-garanzija. Il-punt 2.3.1 tal-Avviż dwar il-Garanziji jistabbilixxi wkoll li “anke jekk normalment il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun min jissellef, ma jistax jiġi eskluż li taħt ċerti ċirkostanzi min isellef jibbenefika direttament mill-għajnuna wkoll”. Barra minn hekk, l-Avviż dwar il-Garanziji jiċċara li l-garanziji jistgħu jiġu pprovduti direttament mill-Istat jew jistgħu jiġu pprovduti bħala kontrogaranziji lil garanti tal-ewwel livell. Fl-aħħar nett, l-Avviż dwar il-Garanziji jispjega li f’ċirkostanzi bħal dawn “jekk garanzija mill-Istat tingħata ex post fir-rigward ta’ self jew obbligu finanzjarju ieħor konkluż mingħajr aġġustament tat-termini ta’ dan is-self jew obbligu finanzjarju, jew jekk self garantit jintuża sabiex jitħallas lura self ieħor mhux garantit lill-istess istituzzjoni ta’ kreditu, jista’ jkun hemm ukoll għajnuna lil min isellef, u dan sa fejn tiżdied is-sigurtà tas-selfiet. Fejn il-garanzija tkun tinvolvi għajnuna lil min isellef, għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li din l-għajnuna, fil-prinċipju, tista’ tikkostitwixxi għajnuna għat-tħaddim”.

(411)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li, f’dan il-każ, Sqallija ħarġet il-kontrogaranzija lil CdI indirettament, jiġifieri permezz ta’ Unicredit li taġixxi bħala garanti tal-ewwel livell. Fil-fatt, Sqallija ħarġet il-kontrogaranzija lil Unicredit dwar l-ammonti differiti tal-prezz tax-xiri għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar fl-istess jum li Unicredit ħarġet il-garanzija tagħha stess lil CdI (ara t-Taqsima 2.3.3.5). Il-ħruġ tal-kontrogaranzija minn Sqallija kien kundizzjoni għal Unicredit biex toħroġ il-garanzija tagħha fuq dawk it-termini, kif stabbiliti minn CdS fid-deċiżjoni tagħha 592/14. F’konformità mal-Avviż dwar il-Garanziji, il-kontrogaranzija kienet tagħti vantaġġ lil Unicredit kieku l-garanzija minn Sqallija ngħatat ex post fir-rigward ta’ obbligu finanzjarju diġà konkluż, mingħajr aġġustament tat-termini ta’ dan l-obbligu finanzjarju. Madankollu, minħabba li f’dan il-każ il-kontrogaranzija nħarġet fl-istess jum li ngħatat il-garanzija minn Unicredit lil CdI – tabilħaqq, kienet kundizzjoni meħtieġa għall-għoti ta’ dik il-garanzija – ma hemm l-ebda evidenza li Unicredit, bħala garanti tal-ewwel livell, naqqset ir-riskji assoċjati mal-garanzija tagħha stess. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontrogaranzija ma pprovdiet l-ebda vantaġġ lil Unicredit.

(412)

Konklużjoni: Minħabba li mhux il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma ssodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontrogaranzija minn Sqallija tal-garanzija minn Unicredit tal-ammonti differiti tal-prezz tax-xiri għall-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma tikkostitwixxix għajnuna lil Unicredit.

Għajnuna lil CdI

(413)

Il-Kummissjoni tfakkar li, fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, CdI hija inattiva u f’likwidazzjoni (ara l-premessa (408)). anke jekk il-proċedura ta’ likwidazzjoni tkun għadha għaddejja, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni tintemm ladarba CdI tkun waqqfet l-attivitajiet kummerċjali tagħha. F’dan l-isfond, ma għadx hemm raġunijiet biex titkompla l-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri li għadhom pendenti li qed jiġu vvalutati fil-każ preżenti ta’ għajnuna mill-Istat li jikkonċerna lil din il-kumpanija. B’riżultat ta’ dan, l-investigazzjoni dwar kwalunkwe għajnuna possibbli mogħtija lil CdI permezz tal-kontrogaranzija saret mingħajr skop.

8.1.4.   Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010

(414)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari fid-Deċiżjoni tal-2011 li l-miżuri kollha stabbiliti mil-Liġi tal-2010 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur il-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, sal-punt li l-benefiċjarji rispettivi setgħu jużaw dawn il-miżuri biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità u b’hekk itejbu l-pożizzjoni finanzjarja ġenerali tagħhom.

(415)

Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tqis li t-tliet miżuri jenħtieġ li jiġu vvalutati separatament.

8.1.4.1.   L-użu possibbli ta’ fondi sabiex jiġu aġġornati l-vapuri għal skopijiet ta’ likwidità

(416)

Billi l-kriterji għall-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat huma kumulattivi, il-Kummissjoni tista’ tibda l-valutazzjoni tagħha bi kwalunkwe wieħed minnhom. F’dan il-każ, l-ewwel se tivvaluta jekk il-miżura tagħtix b’mod effettiv kwalunkwe vantaġġ lil Siremar.

(417)

Vantaġġ ekonomiku: Il-Kummissjoni tinnota li Siremar irċeviet EUR 7 215 800 biex twettaq l-ammeljoramenti tal-bastimenti meħtieġa biex jiġu rrispettati l-istandards internazzjonali tas-sikurezza u, abbażi tal-Liġi tal-2010, hija tista’ tuża dawn il-fondi temporanjament għal skopijiet ta’ likwidità (ara l-premessa (132)). Madankollu, Siremar ma użatx dawn il-fondi għal skopijiet ta’ likwidità. Għall-kuntrarju, l-Italja kkonfermat li dawn il-fondi ntefqu biex isiru l-ammeljoramenti tal-bastimenti kif kien maħsub inizjalment (ara l-premessa (228)). Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li Siremar ma użatx dawn il-fondi għal skopijiet ta’ likwidità, jiġifieri biex tevita l-kostijiet, li normalment kien ikollha tkopri permezz tar-riżorsi finanzjarji tagħha stess u, għaldaqstant, ma rċeviet l-ebda vantaġġ ekonomiku permezz ta’ din il-miżura.

(418)

Billi l-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku fil-każ ta’ Siremar ma huwiex issodisfat, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna u li d-dubji tagħha espressi fid-Deċiżjoni tal-2011, sa fejn hija kkonċernata Siremar, huma eliminati.

8.1.4.2.   L-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni

(419)

Kif deskritt fil-premessa (133)(b), skont l-Artikolu 1 tal-Liġi tal-2010, ċerti atti u operazzjonijiet imwettqa għall-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia Group u deskritti fil-paragrafi minn 1 sa 15 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009, ikkonvertiti b’modifiki fil-Liġi tal-2009, huma eżentati minn kwalunkwe taxxa normalment dovuta fuq dawk l-atti u l-operazzjonijiet.

(420)

Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li din l-eżenzjoni mit-taxxa, li hija mingħajr kundizzjoni, tikkonċerna żewġ settijiet separati ta’ trasferimenti: (1) it-trasferimenti tal-eks sussidjarji ta’ Tirrenia, jiġifieri Caremar, Saremar u Toremar, minn Tirrenia (issa f’EA) lir-reġjuni ta’ Campania, Sardinja u Toscana, u (2) it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar minn Siremar f’EA lil CdI u aktar tard lil SNS. B’mod partikolari, it-taxxi eżentati huma d-dazju tar-reġistrazzjoni, it-tariffi tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki, it-taxxa tal-boll (flimkien, “it-taxxi indiretti”), il-VAT u t-taxxa korporattiva. Il-benefiċjarji ta’ din il-miżura ta’ għajnuna jkunu l-bejjiegħ, ix-xerrej, jew it-tnejn li huma. It-tieni sett ta’ trasferimenti biss se jiġi vvalutat f’din id-deċiżjoni.

(421)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tinnota li, skont id-Digriet Presidenzjali Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972, it-trasferimenti ta’ negozji avvjati jew ta’ unitajiet ta’ negozju lil kumpanija oħra ma humiex meqjusa bħala provvista ta’ oġġetti u, għalhekk, huma eżentati mill-VAT. Għalhekk, tranżazzjonijiet bħall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT u l-eżenzjoni mit-taxxa ma setgħetx tagħti vantaġġ lil Siremar fir-rigward tal-VAT. Barra minn hekk, fir-rigward tat-taxxi indiretti, il-Kummissjoni tieħu nota li l-kuntratt għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil CdI jiddikjara b’mod ċar li x-xerrej għandu jħallas it-taxxi, l-imposti u l-ispejjeż notarili kollha relatati mat-tranżazzjoni. L-Italja pprovdiet ukoll evidenza li CdI ma għamlitx użu minn din l-eżenzjoni mit-taxxa meta rreġistrat il-kuntratt. Għalhekk, il-Kummissjoni taċċetta li CdI ma bbenefikatx minn din il-miżura. Madankollu, il-kuntratt tal-bejgħ għat-trasferiment lil SNS, li jinkludi l-istess dispożizzjoni, jistipula wkoll li x-xerrej se jibbenefika minn tariffa fissa għar-reġistrazzjoni abbażi tal-eżenzjonijiet fiskali previsti mil-Liġi tal-2010.

(422)

Fl-isfond ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni se tivvaluta dawn li ġejjin:

(1)

jekk Siremar (f’EA) u SNS ibbenefikawx minn kwalunkwe eżenzjoni mid-dazju tar-reġistrazzjoni, mit-tariffi tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki, u mit-taxxa tal-boll (“it-taxxi indiretti”) għat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS, u

(2)

jekk Siremar (f’EA) ibbenefikatx minn xi eżenzjoni mit-taxxa korporattiva fuq ir-rikavat tat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS.

(423)

Riżorsi tal-Istat: eżenzjoni mit-taxxa skont id-definizzjoni tinvolvi t-telf ta’ riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, billi dawn l-eżenzjonijiet ingħataw permezz tal-Liġi tal-2010 (ara l-premessa (133)(b)), huma wkoll imputabbli lill-Istat.

(424)

Selettività: peress li l-eżenzjonijiet mit-taxxa jingħataw biss għal operazzjonijiet u għal atti relatati mal-privatizzazzjoni ta’ dak li kien Tirrenia Group, dawn huma selettivi. L-Italja la argumentat u lanqas ma wriet li l-eżenzjonijiet mit-taxxa ma humiex selettivi.

(425)

Vantaġġ ekonomiku: fir-rigward tat-taxxi indiretti, Siremar ġiet eżentata milli tħallashom fuq operazzjonijiet u atti relatati mat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS u, għalhekk, ibbenefikat minn vantaġġ ekonomiku ugwali għat-taxxi normalment dovuti għal dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet u atti skont il-liġi nazzjonali.

(426)

Fir-rigward tat-taxxi indiretti, SNS ibbenefikat minn tariffa fissa għar-reġistrazzjoni tal-kuntratt għax-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, f’konformità mal-Liġi tal-2010, kif previst fl-Artikolu 9 ta’ dak il-kuntratt. Għalhekk, SNS ibbenefikat minn vantaġġ ekonomiku ugwali għad-differenza bejn it-tariffa normalment dovuta għar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-atti skont il-liġi nazzjonali u t-tariffa effettivament imħallsa. […]

(427)

Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva fuq ir-rikavat tat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil CDI u aktar tard lil SNS, il-Kummissjoni tinnota, bħala rimarka preliminari, li l-mument rilevanti biex jiġi vvalutat jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat huwa meta tingħata l-miżura, jiġifieri meta l-benefiċjarju jikseb dritt, skont il-liġi nazzjonali, li jirċievi għajnuna skont dik il-miżura (164). F’dan il-każ, dan il-mument huwa meta daħlet fis-seħħ il-Liġi tal-2010.Imbagħad, fl-investigazzjoni tagħha tal-għajnuna mogħtija illegalment, il-Kummissjoni tista’ tqis, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, jekk dik l-għajnuna kinitx diġà tħallset jew le, u jekk tistax titħallas fil-futur, skont il-metodoloġija applikabbli stabbilita mil-liġi nazzjonali. Dan jinforma jekk il-Kummissjoni hijiex se tordna l-irkupru ta’ kwalunkwe għajnuna li tinstab inkompatibbli jew jekk hijiex se tordna lill-Istati Membri biex ma jħallsu l-ebda għajnuna li tinstab li hija inkompatibbli fil-futur, iżda ma jqajjimx dubju dwar l-eżistenza ta’ għajnuna fil-mument meta din ingħatat.

(428)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li t-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar sar bi skambju għal korrispettiv, inizjalment imħallas minn CdI u aktar tard minn SNS. Madankollu, il-bejgħ tal-fergħa kummerċjali lil CdI għal EUR 69,15 miljun ġie annullat (ara l-premessa (99)). Għalhekk, dik l-eżenzjoni ma kellha l-ebda effett prattiku u ma ngħata l-ebda vantaġġ lil Siremar permezz ta’ dak l-ewwel trasferiment. Għall-kuntrarju, il-bejgħ lil SNS għal EUR 55,1 miljun normalment ikun soġġett għal taxxa korporattiva. L-eżenzjoni minn din it-taxxa tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku, minħabba li r-rikavat minn bejgħ ta’ ċerti assi normalment jitqies fil-kalkolu tat-taxxa korporattiva ta’ kumpanija. Tabilħaqq, f’każijiet ta’ proċedimenti ta’ insolvenza bħal dak li jinvolvi lil Siremar f’EA, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-qligħ hija stabbilita fl-Artikolu 183 tal-Liġi Konsolidata dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu. Abbażi ta’ dik id-dispożizzjoni, il-qligħ ta’ impriża għall-perjodu mill-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment sal-konklużjoni tagħhom huwa d-differenza bejn l-assi tal-impriża fil-bidu tal-proċedimenti u l-assi residwi fit-tmiem tagħhom. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-proċedimenti ta’ likwidazzjoni ta’ Siremar f’EA għadhom għaddejjin u, għalhekk, ma huwiex possibbli li jiġi antiċipat jekk ikunx hemm obbligazzjoni ta’ taxxa u d-daqs tagħha, minħabba li ma huwiex ċar jekk kwalunkwe taxxa fuq l-introjtu tkunx dovuta. Madankollu, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (427), dan ma jaffettwax is-sejba tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, minħabba li l-Liġi tal-2010 stabbiliiet dritt mingħajr kundizzjoni għal eżenzjoni mit-taxxa.

(429)

Effett fuq il-kummerċ: abbażi tar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (312) u (313), il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni ta’ Siremar u SNS minn ċerti taxxi tista’ taffettwa l-kummerċ tal-Unjoni u tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(430)

Konklużjoni:l-eżenzjonijiet mit-taxxa korporattiva fuq ir-rikavat mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS u mit-taxxi indiretti fuq it-trasferimenti tal-istess fergħa kummerċjali lil SNS, li ngħataw mil-Liġi tal-2010, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Siremar. Il-ħlas minn SNS ta’ tariffa fissa għar-reġistrazzjoni tal-kuntratt għax-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar skont il-Liġi tal-2010, minflok it-tariffa normalment dovuta skont il-liġi nazzjonali, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil SNS.

8.1.4.3.   Il-possibbiltà li jintużaw ir-riżorsi tal-FAS

(431)

Fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni semmiet il-possibbiltà li l-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group jużaw ir-riżorsi tal-FAS (ara l-premessa (133)(c)) sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet attwali ta’ likwidità. Madankollu, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw li r-riżorsi tal-FAS ma kinux maħsuba bħala kumpens addizzjonali għal kwalunkwe waħda mill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group (inkluża Siremar). Minflok, dawn ir-riżorsi saru disponibbli biex jissupplimentaw l-approprjazzjonijiet tal-baġit allokati għall-ħlas tal-kumpensi għas-servizz pubbliku lill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, f’każ li dawn ikunu wrew li ma kinux biżżejjed. Tabilħaqq, il-paragrafu 5-ter tal-Artikolu 1 tal-Liġi tal-2010 ippermetta lir-reġjuni jużaw ir-riżorsi tal-FAS biex jiffinanzjaw (parti minn) il-kumpens regolari għas-servizz pubbliku u, b’hekk, jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi marittimi. Fi kliem ieħor, din il-miżura tikkonċerna biss allokazzjoni ta’ riżorsi fil-baġit tal-Istat Taljan għall-ħlas tal-kumpens għas-servizz pubbliku.

(432)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-riżorsi tal-FAS huma biss sors ta’ finanzjament li jippermetti lill-Istat iħallas il-kumpensi għas-servizz pubbliku (mogħtija abbażi tal-Konvenzjoni inizjali estiża) u ma jikkostitwixxux miżura li Siremar tista’ tibbenefika minnha minbarra dawn il-kumpensi għas-servizz pubbliku. Fi kliem ieħor, l-użu possibbli tar-riżorsi tal-FAS ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil Siremar u, għalhekk, mhux se jiġi vvalutat aktar f’din id-Deċiżjoni.

8.1.5.   Il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(433)

Abbażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li:

—

il-kumpens lil Siremar għall-operat tar-rotot marittimi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-30 ta’ Lulju 2012 u għall-prijorità tal-irmiġġ fuq dawn ir-rotot jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u jikkwalifika bħala għajnuna ġdida;

—

l-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ mit-28 ta’ Awwissu 2011 sat-18 ta’ Settembru 2012 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE;

—

l-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-11 ta’ April 2016, raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u mal-prijorità tal-irmiġġ lil CdI, ġie annullat u ma setax jiġi vvalutat separatament. L-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida għall-perjodu mill-11 ta’ April 2016 sal-11 ta’ April 2028, raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u mal-prijorità tal-irmiġġ lil SNS, huwa konformi mal-erba’ kriterji ta’ Altmark u, għalhekk, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil SNS skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-investigazzjoni dwar iż-żieda fil-kapital ta’ CdI saret mingħajr skop. Il-kontrogaranzija ma tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE lil Unicredit. L-investigazzjoni dwar kwalunkwe għajnuna possibbli mogħtija lil CdI permezz tal-kontrogaranzija saret mingħajr skop;

—

Billi Siremar ma użatx il-fondi biex tammeljora l-bastimenti għal finijiet ta’ likwidità, kif permess mil-Liġi tal-2010, dik il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE;

—

l-eżenzjonijiet minn (i) taxxi indiretti fuq it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u minn (ii) taxxa korporattiva fuq ir-rikavat mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, li ngħataw mil-Liġi tal-2010, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Siremar u SNS skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE; u

—

il-possibbiltà li jintużaw ir-riżorsi tal-FAS biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ likwidità, kif stabbilita mil-Liġi tal-2010, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.2.   Il-legalità tal-għajnuna

(434)

Il-miżuri kollha ta’ għajnuna fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ġew implimentati qabel l-approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Għalhekk, sa fejn ma kinux eżentati min-notifika skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 jew id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011, dawn il-miżuri ta’ għajnuna ngħataw mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE (165).

8.3.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(435)

Sa fejn il-miżuri identifikati hawn fuq jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-kompatibbiltà tagħhom trid tiġi vvalutata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu u tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

8.3.1.   L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn l-Istat u Siremar

8.3.1.1.   Ir-regoli applikabbli

(436)

Kif diġà ssemma hawn fuq, l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali lil hinn mill-aħħar tal-2008 twettqet permezz ta’ atti legali sussegwenti:

(a)

Id-Digriet Amministrattiv 207/2008, ikkonvertit fil-Liġi Nru. 14 tas-27 ta’ Frar 2009, stabbilixxa l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009;

(b)

Id-Digriet Amministrattiv 135/2009, ikkonvertit fil-Liġi tal-2009, stabbilixxa, inter alia, l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Settembru 2010; u

(c)

Id-Digriet Amministrattiv 125/2010, ikkonvertit fil-Liġi tal-2010, ippreveda estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjonijiet inizjali mill-1 ta’ Ottubru 2010 sal-aħħar tal-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u Siremar.

(437)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-għoti tal-kumpens għas-servizz pubbliku skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali jmur lura għal qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 u tal-Qafas tal-SGEI tal-2011. Madankollu, il-pakkett tal-SGEI tal-2011 – fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 u fil-paragrafu 69 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 – fih regoli li jipprevedu l-applikazzjoni tiegħu wkoll għall-għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu fil-31 ta’ Jannar 2012. B’mod partikolari, id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 tistabbilixxi fl-Artikolu 10(b) tagħha li

“kull għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni [jiġifieri qabel il-31 ta’ Jannar 2012] li ma kinitx kompatibbli mas-suq intern u lanqas eżenti mill-obbligu ta’ notifika skont id-Deċiżjoni 2005/842/KE, iżda li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’din id-Deċiżjoni, hija kompatibbli mas-suq intern u eżenti mill-obbligu ta’ notifika preliminari.”

(438)

Fir-rigward tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, il-paragrafi 68 u 69 tiegħu jispeċifikaw li l-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji tagħha għall-proġetti ta’ għajnuna kollha nnotifikati, irrispettivament mid-data tan-notifika, kif ukoll għall-għajnuna illegali kollha li dwarha tieħu deċiżjoni wara l-31 ta’ Jannar 2012, anke jekk dik l-għajnuna tkun ingħatat qabel il-31 ta’ Jannar 2012. Fil-każ tal-aħħar, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tal-Qafas SGEI tal-2011 ma humiex applikabbli.

(439)

B’riżultat ta’ dan, ir-regoli dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 u tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, kif deskritti hawn fuq, ifissru li l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Siremar matul il-perjodu ta’ estensjoni jista’ jiġi vvalutat skont il-pakkett tal-SGEI tal-2011. Jekk il-kundizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 jew tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 jiġu rrispettati, dik il-miżura ta’ għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern għall-perjodu kollu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-30 ta’ Lulju 2012 (166).

(440)

Il-Kummissjoni tinnota li kemm id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, li daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2005, kif ukoll id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 huma applikabbli biss għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku għal konnessjonijiet marittimi ma’ gżejjer li fuqhom it-traffiku annwali medju matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik li fiha ġie assenjat l-SGEI ma qabiżx it-300 000 passiġġier. L-evidenza pprovduta mill-Italja turi li fis-snin 2007 u 2008, l-għadd ta’ passiġġieri fuq erba’ konnessjonijiet marittimi operati minn Siremar skont il-Konvenzjoni inizjali, kif estiża, bħala medja ma qabiżx il-limitu ta’ 300 000 passiġġier fis-sena. Dawn huma l-pakketti Trapani – Pantelleria, Porto Empedocle – il-Gżejjer Pelagie, Palermo – Ustica (jiġifieri, ir-rotot imħalltin D1, D4, D5 u r-rotta ALD/1 għall-passiġġieri biss). Ir-rotot l-oħrajn kollha jew kienu individwalment ogħla mil-limitu (il-każ ta’ ALC/6, Lipari –Vulcano – Milazzo) jew kienu parti minn pakkett ta’ rotot li qabeż sew il-limitu (il-każijiet tal-pakkett ta’ Milazzo – il-Gżejjer Eoliċi – Napli u tal-pakkett ta’ Trapani – il-Gżejjer Egadi). Għalhekk, għas-16-il rotta l-oħrajn operati skont il-Konvenzjoni inizjali, kif estiża, il-Kummissjoni ma tistax tivvaluta l-kompatibbiltà tal-kumpens għas-servizz pubbliku mħallas lil Siremar skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali sat-30 ta’ Lulju 2012, la abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 u lanqas abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011.

(441)

Konsegwentement, il-kompatibbiltà tal-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Siremar mill-2009 u sakemm titlesta l-privatizzazzjoni normalment taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas tal-SGEI tal-2011. Madankollu, skont il-paragrafu 9 tal-Qafas SGEI tal-2011, l-għajnuna għall-fornituri ta’ SGEI f’diffikultà trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Siremar ġiet ammessa għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja fis-17 ta’ Settembru 2010 u ġiet iddikjarata insolventi fil-5 ta’ Ottubru 2010. Għalhekk, hija kienet fornitur ta’ SGEI f’diffikultà skont it-tifsira tal-punt 10(c) tal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, mill-inqas għal parti mill-perjodu tal-estensjoni (mill-5 ta’ Ottubru 2010 sal-bejgħ tagħha fit-30 ta’ Lulju 2012).

(442)

Il-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (167) fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2014 japplikaw b’mod retroattiv għall-għajnuna lill-fornituri ta’ SGEI. Dawk il-linji gwida jistabbilixxu li l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel il-31 ta’ Jannar 2012, jiġifieri, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, lill-fornituri ta’ SGEI f’diffikultà, tiġi vvalutata skont il-Qafas tal-SGEI tal-2011, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9, 14, 19, 20, 24, 39 u 60 (168). Għalhekk, l-istess regoli japplikaw għall-perjodu kollu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali lil CdI fit-30 ta’ Lulju 2012.

(443)

Billi s-16-il rotta ta’ Siremar li qed jiġu vvalutati jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet dwar l-SGEI tal-2005 u tal-2011 u għal raġunijiet ta’ sinteżi u ta’ effiċjenza, il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk il-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Siremar għall-operat tal-għoxrin rotta tat-trasport marittimu kollha fuq il-ħames pakketti matul il-perjodu ta’ estensjoni huwiex konformi mal-kundizzjonijiet tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonijiet fil-paragrafi 9, 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tiegħu. Huwa biss wara dan l-ewwel pass li l-Kummissjoni se tivvaluta jekk dak l-istess kumpens (għall-pakketti ta’ rotot biss li ma jaqbżux il-limitu ta’ 300 000 passiġġier) kienx possibbilment kompatibbli mas-suq intern u eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, minħabba li jikkonċerna għajnuna li ngħatat bejn id-19 ta’ Diċembru 2005 u l-31 ta’ Jannar 2012 (ara l-premessa (436)).

8.3.1.2.   Servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 106 tat-TFUE

(444)

Skont il-paragrafu 12 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, “l-għajnuna trid tingħata għal servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin u definit b’mod korrett kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat”. Il-paragrafu 13 jiċċara li “l-Istati Membri ma jistgħux jinkludu obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti b’mod sodisfaċenti u taħt ċerti kundizzjonijiet, bħall-prezz, karatteristiċi oġġettivi tal-kwalità, il-kontinwità u l-aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, mill-impriżi li joperaw skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq. Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk servizz jistax jiġi pprovdut mis-suq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija limitata għall-verifika ta’ jekk id-definizzjoni tal-Istat Membru hijiex ivvizzjata minn żball ovvju, sakemm id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jipprovdux standard aktar strett”. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 56 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirreferi għall-“marġini wiesgħa ta’ diskrezzjoni tal-Istat Membru” fir-rigward tan-natura tas-servizzi li jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

(445)

Il-valutazzjoni ta’ jekk l-SGEI humiex ġenwini trid issir ukoll fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI (ara l-premessi (326) u (341)), tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (ara l-premessi minn (328) sa (330)) u tal-ġurisprudenza (ara l-premessi (332) u (333)). Għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta għall-perjodu ta’ estensjoni:

(1)

Jekk kienx hemm domanda mill-utenti;

(2)

Jekk dik id-domanda setgħetx tiġi ssodisfata mill-operaturi tas-suq fin-nuqqas ta’ kwalunkwe obbligu impost mill-awtoritajiet pubbliċi (l-eżistenza ta’ falliment tas-suq);

(3)

Li sempliċiment rikors għall-obbligi ta’ servizz pubbliku kien insuffiċjenti sabiex jiġi rrimedjat dak in-nuqqas (l-inqas approċċ dannuż).

(446)

Il-Kummissjoni tirrimarka li r-rotot tas-servizz pubbliku operati minn Siremar matul il-perjodu ta’ estensjoni huma l-istess bħal dawk fdati lil CdI u aktar tard lil SNS skont il-Konvenzjoni l-ġdida. Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà ddeskriviet u vvalutat is-sitwazzjoni kompetittiva fuq dawk il-pakketti ta’ rotot matul il-perjodu ta’ estensjoni. F’dan l-isfond, il-valutazzjoni li ġejja se tiddependi fuq u tirreferi għall-partijiet rilevanti tal-valutazzjoni magħmula għall-Konvenzjoni l-ġdida aktar ’il fuq (ara t-taqsima 8.1.3.1).

(447)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni l-ewwel tfakkar (ara l-premessa (184)) li l-Italja imponiet l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni inizjali prinċipalment biex (i) tiżgura l-kontinwità territorjali bejn Sqallija u l-gżejjer iżgħar tagħha u biex (ii) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer iżgħar, permezz ta’ servizzi regolari u affidabbli tat-trasport marittimu. Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li dawn huma tabilħaqq objettivi leġittimi ta’ interess pubbliku (ara l-premessa (335)).

(448)

Ir-rotot inkwistjoni ġew operati, fil-biċċa l-kbira mingħajr tibdil, għal ħafna snin, jiġifieri mill-inqas mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni inizjali. L-Italja kkonfermat li ma kien hemm l-ebda bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi fdati lil Siremar matul il-perjodu ta’ estensjoni. Qabel il-perjodu ta’ estensjoni, il-Kummissjoni tinnota li matul l-2008, kien hemm tnaqqis fir-rotot operati taħt ir-reġim tas-servizz pubbliku. B’mod partikolari, ir-rotta ta’ Mazara del Vallo – Pantelleria, li kienet topera sitt ijiem fil-ġimgħa minn Siremar bil-lanċa veloċi Guizzo, twaqqfet, u l-frekwenza fuq ċerti rotot fl-iskedi tal-eqqel staġun għall-pakketti ta’ rotot tal-Gżejjer Eoliċi u Egadi tnaqqset.

(449)

Sabiex juru d-domanda ġenwina mill-utenti għas-servizzi, l-awtoritajiet Taljani pprovdew statistika dettaljata li turi li fl-2008, l-aħħar sena tal-Konvenzjoni inizjali qabel l-estensjoni, Siremar ittrasportat 1 821 387 passiġġier u 397 626,5 metru lineari ta’ merkanzija fuq il-ħames pakketti ta’ rotot ikkombinati. Iċ-ċifri għall-2009 juru li Siremar ittrasportat 1 513 214 passiġġier u 324 540 metru lineari ta’ merkanzija fuq dawk ir-rotot.

(450)

Dawn iċ-ċifri kienu kemxejn aktar baxxi fl-2010 (ara l-premessa (337)), iżda komparabbli. Dan juri li d-domanda aggregata mill-utenti kienet sinifikanti u pjuttost stabbli matul is-snin. Tabilħaqq, l-awtoritajiet Taljani pprovdew ukoll statistika dettaljata fil-livell tar-rotot individwali għall-perjodu 2007 – 2019 (169). Il-Kummissjoni tinnota li kien hemm varjazzjonijiet fl-għadd ta’ vjaġġi u passiġġieri fuq id-diversi pakketti ta’ rotot matul is-snin. Madankollu, dan jista’ jiġi spjegat mill-fatt li dawn ir-rotot jgħaqqdu gżejjer żgħar ħafna b’infrastruttura limitata tal-port li huma relattivament qrib xulxin. Dan jimplika aġġustament frekwenti tal-iskedi biex tiġi akkomodata d-domanda mill-utenti fil-livell lokali. Tabilħaqq, il-Kummissjoni diġà wriet (ara Table 5) li kien hemm domanda mill-utenti fuq kull waħda mir-rotot fl-2010. L-istess analiżi għas-snin 2009, 2011 u għall-perjodu bejn Jannar u Lulju 2012 (170) ma pprovdiet l-ebda indikazzjoni li d-domanda mill-utenti għas-servizzi tal-laneċ fuq kwalunkwe wieħed mill-pakketti ta’ rotot ikkonċernati kienet sparixxiet.

(451)

Il-Kummissjoni tqis li l-istatistika ta’ hawn fuq turi b’mod ċar li kien hemm domanda ġenwina għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq kull waħda mir-rotot ta’ servizz pubbliku inkwistjoni fil-perjodu minn Jannar 2009 sa Lulju 2012.Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li dawn is-servizzi indirizzaw domanda ġenwina tal-utenti u, b’hekk, issodisfaw il-ħtiġijiet pubbliċi reali.

(452)

Kif spjegat fil-premessa (341), il-Kummissjoni trid teżamina wkoll jekk dawn is-servizzi kinux ikunu inadegwati kieku l-forniment tagħhom tħalliet f’idejn il-forzi tas-suq biss, fid-dawl tar-rekwiżiti imposti mill-Italja permezz tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali. Il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni SGEI jinnota f’dan ir-rigward li “il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija limitata biss għal li tiċċekkja jekk l-Istati Membri għamlux xi żball ovvju”.

(453)

Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li ma nstab l-ebda żball ovvju fid-definizzjoni tal-SGEI għal Siremar għall-perjodu 1992-2008, kif ġie aċċertat mid-Deċiżjoni tagħha tal-2004, u li din is-sejba ma ġietx iddubitata mis-Sentenza tal-2009 u lanqas mid-deċiżjoni ta’ Tirrenia Group tal-2020 (ara l-premessa (342)). Barra minn hekk, is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli fl-Italja fil-perjodu bejn l-2009 u l-2012 x’aktarx li kienet tagħmel il-profittabbiltà ta’ dawk ir-rotot saħansitra aktar baxxa.

(454)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u t-30 ta’ Lulju 2012, fuq il-pakketti ta’ rotot kollha li kellhom jiġu operati minn Siremar skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, operaturi oħrajn offrew servizzi marittimi, għalkemm mhux neċessarjament matul is-sena kollha, sikwit bi frekwenza jew tip differenti ta’ bastiment, u spiss ukoll taħt kumpens pubbliku. Il-Kummissjoni diġà vvalutat hawn fuq (ara l-premessi minn (341) sa (349)) għal kull pakkett ta’ rotot ikkonċernat jekk is-servizzi pprovduti minn operaturi oħrajn li ma jirċevux kumpens pubbliku kinux ekwivalenti għal dawk li CdI u aktar tard SNS kellhom jipprovdu skont il-Konvenzjoni l-ġdida. Il-Kummissjoni tfakkar li din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ dawk ir-rotot bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u t-30 ta’ Lulju 2012. Billi s-servizzi li CdI u aktar tard SNS kellhom joperaw huma simili ħafna f’termini ta’ rotot moqdija u frekwenzi għal dawk li Siremar kellha twettaq matul il-perjodu ta’ estensjoni, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-forzi tas-suq weħidhom ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku hija valida wkoll għal Siremar matul il-perjodu kollu ta’ estensjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li fiż-żmien tal-inkarigu, l-ebda operatur ieħor ma kien qed jipprovdi servizzi matul is-sena kollha fuq kwalunkwe wieħed mill-pakketti ta’ rotot operati minn Siremar mingħajr ma jirċievi kumpens pubbliku. L-operaturi l-oħrajn, fdati wkoll b’obbligi ta’ servizz pubbliku, offrew servizz li ma kienx ekwivalenti f’termini ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità u, għalhekk, ma ssodisfawx bis-sħiħ l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Siremar bis-saħħa tal-Konvenzjoni inizjali (kif estiża).

(455)

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-privatizzazzjoni ppjanata u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi li kienu operati skont il-Konvenzjoni inizjali, l-Italja ddeċidiet li testendi din il-Konvenzjoni mingħajr tibdil (bl-eċċezzjoni tal-bidla fil-metodoloġija ta’ kumpens applikabbli mill-2010 ’il quddiem). Il-Kummissjoni taċċetta li d-domanda mill-utenti, kif deskritta fil-premessi minn (449) sa (451), ma setgħetx tiġi ssodisfata billi jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku applikabbli għall-operaturi kollha li jaqdu r-rotot inkwistjoni. Fil-fatt, fuq ir-rotot operati minn Siremar, is-servizzi komparabbli kollha pprovduti mill-operaturi l-oħrajn kienu ssussidjati wkoll u, fi kwalunkwe każ, l-offerta pprovduta minn dawk l-operaturi ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ regolarità, kontinwità u kwalità matul is-sena kollha. Barra minn hekk, l-operat ta’ dawn ir-rotot fl-istaġun kwiet qed jagħmel it-telf, tant li, mingħajr kumpens għas-servizz pubbliku, x’aktarx li dawn jiġu operati biss fl-eqqel staġun. Ecorys waslet għal konklużjoni simili fir-rapport tagħha, fejn iddikjarat li dawk ir-rotot ma humiex ekonomikament vijabbli (ara l-premessa (119)). Barra minn hekk, il-Kummissjoni taċċetta li fid-dawl tal-proċess għall-privatizzazzjoni ta’ Siremar, l-estensjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku eżistenti kienet l-uniku mod biex tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi sat-tlestija ta’ dik il-privatizzazzjoni.

(456)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma għamlet l-ebda żball ovvju meta ddefinixxiet is-servizzi fdati lil Siremar matul il-perjodu ta’ estensjoni bħala SGEI. B’hekk, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 huma eliminati.

8.3.1.3.   Il-ħtieġa ta’ att ta’ inkarigu li jispeċifika l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-metodi għall-kalkolu tal-kumpens

(457)

Kif indikat fit-Taqsima 2.3 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, ir-responsabbiltà għall-operat ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, skont it-tifsira tal-Artikolu 106 tat-TFUE, trid tiġi fdata lill-impriża kkonċernata permezz ta’ att uffiċjali wieħed jew aktar.

(458)

Dawn l-atti jridu jispeċifikaw, b’mod partikolari:

(a)

In-natura preċiża tal-obbligu ta’ servizz pubbliku u d-durata tiegħu;

(b)

L-impriża u t-territorju kkonċernati;

(c)

In-natura tad-drittijiet esklussivi;

(d)

Il-parametri għall-kalkolu, għall-kontroll u għar-rieżami tal-kumpens;

(e)

L-arranġamenti sabiex jiġi evitat u jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed.

(459)

Fid-Deċiżjonijiet tagħha tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-att ta’ inkarigu kienx jipprevedi deskrizzjoni komprensiva tan-natura tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ Siremar matul il-perjodu ta’ estensjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni enfasizzat li ma ġie adottat l-ebda pjan ta’ ħames snin, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni inizjali, għall-perjodi 2000-2004 u 2005-2008. Minkejja dan, il-Kummissjoni fakkret ukoll li elementi differenti tal-inkarigu jistgħu jiddaħħlu f’diversi atti mingħajr ma tiġi ddubitata l-adegwatezza tad-definizzjoni tal-obbligi. Matul il-perjodu ta’ estensjoni, l-att ta’ inkarigu ta’ Siremar kien jinkludi l-Konvenzjoni inizjali (kif emendata u estiża maż-żmien), il-pjanijiet ta’ ħames snin ivvalidati, ċerti deċiżjonijiet ad hoc mill-awtoritajiet Taljani, id-Direttiva CIPE u l-Liġi tal-2009.

(460)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-Konvenzjoni inizjali (kif emendata maż-żmien), li tifforma l-qalba tal-att ta’ inkarigu ta’ Siremar, baqgħet applikabbli għalkollox sat-tlestija tal-privatizzazzjoni, abbażi ta’ serje ta’ Ordnijiet Amministrattivi (ara l-premessa (436)). Dawk id-dokumenti jispeċifikaw li Siremar ġiet fdata b’obbligi ta’ servizz pubbliku sat-tlestija tal-privatizzazzjoni tagħha.

(461)

Skont il-Konvenzjoni inizjali, il-pjanijiet ta’ ħames snin jispeċifikaw ir-rotot u l-portijiet li għandhom jiġu moqdija, it-tip u l-kapaċità tal-bastimenti li għandhom jintużaw għall-konnessjonijiet marittimi, il-frekwenza tas-servizz u n-nollijiet li għandhom jitħallsu, inklużi nollijiet issussidjati, b’mod partikolari għar-residenti tal-gżejjer iżgħar. Madankollu, l-Italja sostniet li, billi l-investigazzjoni tal-Kummissjoni taħt il-każ numru SA.15631 kienet għadha għaddejja bejn l-1999 u l-2004 dwar il-kumpaniji ta’ Tirrenia Group (inkluża Siremar), l-Italja ma adottat l-ebda pjan ta’ ħames snin għal dawk il-kumpaniji għall-perjodu 2000-2004 (171). Konsegwentement, l-aħħar pjan ta’ ħames snin approvat formalment għal Siremar kien dak tas-snin 1995-1999, u Siremar kompliet topera fis-snin ta’ wara abbażi tan-network tar-rotot tal-1999. Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2004, il-Ministeru tat-Trasport fassal abbozz ta’ pjan għall-perjodu 2005-2008. Dan il-pjan ma kienx jinvolvi varjazzjonijiet sinifikanti fin-network tar-rotot jew fl-iskedi tagħhom. Madankollu, billi d-diskussjonijiet preparatorji u x-xogħlijiet għall-privatizzazzjoni imminenti kienu diġà bdew, l-Italja ddeċidiet li ma tapprovahx formalment. Għalhekk, l-obbligi fuq Siremar skont il-Konvenzjoni inizjali komplew japplikaw kif kienu definiti fl-1999 u kkonfermati fid-Digriet tal-2004 (ara l-premessa (40)). Fi kliem ieħor, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni biex jinbidlu ċerti elementi speċifiċi (eż. rotta, frekwenza, tip ta’ bastiment) meta mqabbla mal-iskeda fl-2004, id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni inizjali kif applikati f’dik is-sena komplew japplikaw bis-sħiħ matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-30 ta’ Lulju 2012. Barra minn hekk, l-Italja kkonfermat li matul il-perjodu kollu ta’ estensjoni, ma nħareġ l-ebda Digriet Inter-Ministerjali biex jiġu emendati n-nollijiet li għandhom jiġu imposti mill-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, inkluża Siremar. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna tal-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia Group b’mod ġenerali u tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar b’mod partikolari, l-obbligi ta’ servizz pubbliku li kellha tikkonforma magħhom Siremar matul il-perjodu ta’ estensjoni ġew definiti b’mod ċar biżżejjed.

(462)

Il-Kummissjoni diġà nnotat fil-premessi 239 u 240 tad-Deċiżjoni tal-2011 li l-parametri meħtieġa għall-kalkolu tal-ammont tal-kumpens ġew stabbiliti minn qabel u huma deskritti b’mod ċar. B’mod partikolari, għas-sena 2009, il-Konvenzjoni inizjali fiha lista eżawrjenti u preċiża tal-elementi tal-kostijiet li għandhom jitqiesu, kif ukoll il-metodoloġija tal-kalkolu tar-redditu fuq il-kapital għall-operatur (ara l-premessi minn (45) sa (47)). Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Lulju 2012, il-metodoloġija rilevanti hija stabbilita fid-Direttiva CIPE (ara l-premessi minn (48) sa (58)). B’mod partikolari, id-Direttiva CIPE tagħti dettalji dwar l-elementi tal-kostijiet u r-redditu fuq il-kapital li għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni, filwaqt li l-Liġi tal-2009 tistabbilixxi li mill-2010 ’il quddiem l-ammont massimu ta’ kumpens għal Siremar huwa ta’ EUR 55 694 895. Fl-aħħar nett, il-Konvenzjoni inizjali żgurat li l-kumpens ikun ibbażat fuq il-kostijiet u d-dħul attwali mġarrba għat-twettiq tas-servizz pubbliku u stabbiliiet li l-kumpens jitħallas f’pagamenti parzjali. B’dan il-mod, il-kumpens żejjed jista’ jiġi identifikat u evitat faċilment. Fejn applikabbli, l-Istat imbagħad jista’ jirkupra l-kumpens żejjed minn Siremar.

(463)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li għall-perjodu tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, l-atti ta’ inkarigu stipulaw definizzjoni ċara tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, id-durata, l-impriża u t-territorju kkonċernati, il-parametri għall-kalkolu, għall-kontroll u għar-rieżami tal-kumpens, u l-arranġamenti sabiex jiġi evitat u jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed kif meħtieġ skont il-Qafas SGEI tal-2011.

8.3.1.4.   Id-durata tal-perjodu tal-inkarigu

(464)

Kif indikat fil-paragrafu 17 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, “it-tul tal-perjodu tal-inkarigu jenħtieġ li jiġi ġustifikat b’referenza għal kriterji oġġettivi bħall-bżonn li jiġu amortizzati assi fissi mhux trasferibbli. Fil-prinċipju, it-tul tal-perjodu tal-inkarigu ma jenħtieġx li jaqbeż il-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-aktar assi sinifikanti meħtieġa biex jiġi pprovdut l-SGEI.”

(465)

L-Italja sostniet li d-durata tal-estensjoni hija konformi mal-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-aktar assi sinifikanti użati fil-forniment tal-SGEI, jiġifieri, il-bastimenti ta’ Siremar. B’mod partikolari, id-durata totali tal-Konvenzjoni inizjali, kif estiża, tammonta għal ftit aktar minn 23,5 snin. Il-bastimenti użati minn Siremar għall-operat tas-servizz pubbliku għandhom ħajja utli (172) ta’ 30 sena (għal laneċ bil-mutur) u 20 sena (għal inġenji tal-baħar ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri biss) u jiġu ddeprezzati matul dan il-perjodu. Barra minn hekk, il-valwazzjoni esperta, li saret fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali, indikat li l-bastimenti kienu pjuttost qodma u ddedikati għall-forniment ta’ servizzi ta’ natura lokali fil-Mediterran. Għalhekk, dawn ma kinux faċilment trasferibbli u, fil-prinċipju, dan jiġġustifika perjodu twil ta’ inkarigu. Barra minn hekk, l-Italja fakkret li l-estensjoni mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-30 ta’ Lulju 2012 kienet meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku sat-tlestija tal-privatizzazzjoni.

(466)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tul tal-perjodu ta’ inkarigu huwa ġġustifikat biżżejjed u, għalhekk, li l-paragrafu 17 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 huwa rrispettat.

8.3.1.5.   Il-konformità mad-Direttiva 2006/111/KE u s-separazzjoni tal-kontijiet

(467)

Skont il-paragrafu 18 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011, “l-għajnuna se titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat biss meta l-impriża tikkonforma, fejn applikabbli, mad-Direttiva 2006/111/KE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi, kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi (173)”.

(468)

Barra minn hekk, il-paragrafu 44 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirrikjedi li: “Fejn impriża twettaq attivitajiet li jaqgħu kemm ġewwa kif ukoll barra mill-ambitu tal-SGEI, il-kontijiet interni jridu juru separatament l-ispejjeż u d-dħul assoċjati mal-SGEI u dawk tas-servizzi l-oħra li huma konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 31.”

(469)

Il-Kummissjoni tinnota li l-konformità maż-żewġ paragrafi tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 tirrikjedi separazzjoni xierqa tal-kontijiet min-naħa tal-impriża fdata biex tipprovdi s-servizz. Fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, l-Italja fakkret li l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2004 kien jirrikjedi li Siremar tibda tfassal kontijiet separati għal kull rotta mill-1 ta’ Jannar 2004 ’il quddiem. Fil-kuntest tad-Deċiżjonijiet tal-2001 u tal-2004 u fuq talba tal-Kummissjoni, PriceWaterhouseCoopers (“PWC”) ħejjiet studju li jirriproduċi l-kontijiet analitiċi ta’ Siremar għall-perjodu 1992-1999, issupplimentat mill-awtoritajiet Taljani biex jinkludi s-snin 2000 u 2001. F’dak il-kuntest, PWC ħarġet opinjoni li tikkonferma li l-metodoloġija użata sabiex jitħejjew dawn il-kontijiet kienet xierqa u konformi mal-prattika kontabilistika applikabbli. Skont l-Italja, Siremar kompliet tipproduċi l-kontijiet analitiċi tagħhom fuq din il-bażi u, għalhekk, ikkonformat mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-2004. Għall-perjodu li qed jiġi vvalutat, l-Italja ppreżentat ukoll il-kontijiet rotta b’rotta ta’ Siremar għas-snin 2009 u 2010 bħala evidenza.

(470)

Il-Kummissarju Straordinarju ma ħejjiex tali kontijiet għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-30 ta’ Lulju 2012. Madankollu, l-Italja kkonfermat li matul il-perjodu ta’ estensjoni, Siremar ma wettqet l-ebda attività li taqa’ barra mill-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha. Għalhekk, kwalunkwe sussidjar inkroċjat possibbli huwa eskluż. Barra minn hekk, il-Kummissarju Straordinarju ssottometta rapporti finanzjarji trimestrali matul l-2011 u l-2012 lill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku. Dawn id-dikjarazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit web ta’ Siremar f’EA u juru li l-introjti operatorji bejn Settembru 2010 u Ġunju 2012 kienu negattivi (telf totali ta’ EUR 0,7 miljun). Barra minn hekk, sa Settembru 2012, dak it-telf kien żdied għal EUR 4,8 miljun. Il-Kummissjoni tqis li din hija indikazzjoni qawwija li fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-30 ta’ Lulju 2012, meta ma ġie prodott l-ebda kont linja b’linja, Siremar f’EA ma ġietx ikkumpensata żżejjed (ara wkoll it-Taqsima 8.3.1.6). Il-Kummissjoni tinnota li ż-żewġ objettivi ewlenin tas-separazzjoni tal-kontijiet, jiġifieri l-evitar ta’ kumpens żejjed u ta’ sussidjar inkroċjat, huma b’hekk miksuba wkoll għal dak il-perjodu.

(471)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq u b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna tal-privatizzazzjoni, li twettqet mill-Amministrazzjoni Straordinarja filwaqt li żgurat il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 18 u 44 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 ġew irrispettati.

8.3.1.6.   L-ammont tal-kumpens

(472)

Il-paragrafu 21 tal-Qafas SGEI tal-2011 jiddikjara li “[l-]ammont ta’ kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispiża netta […] għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku, inkluż profitt raġonevoli”.

(473)

F’dan il-każ, minħabba li mill-inqas parti mill-kumpens tikkostitwixxi għajnuna illegali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tagħha (174), il-paragrafu 69 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 jistabbilixxi speċifikament li, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, l-użu tal-metodoloġija tal-kostijiet netti evitati ma huwiex meħtieġ. Minflok, jistgħu jintużaw metodi alternattivi, bħall-metodoloġija bbażata fuq l-allokazzjoni tal-kostijiet. Skont din l-aħħar metodoloġija, il-kost nett jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn il-kostijiet u d-dħul mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif speċifikat u stmat fl-att ta’ inkarigu. Il-paragrafi 28 sa 38 tal-Qafas SGEI tal-2011 jistabbilixxu f’aktar dettall kif jenħtieġ li tiġi applikata din il-metodoloġija.

(474)

Fid-Deċiżjonijiet tagħha tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk l-ammont ta’ kumpens kienx proporzjonat, minħabba li kien għad għandha dubji dwar il-kwalifika ta’ wħud mis-servizzi pubbliċi fdati lil Siremar bħala SGEI ġenwin. Dawk id-dubji ġew indirizzati fit-taqsima 8.3.1.2.

(475)

Madankollu, il-Kummissjoni kienet esprimiet ukoll dubji rigward il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 %, li kien japplika mill-2010 ’il quddiem. B’mod partikolari, il-Kummissjoni staqsiet jekk dan il-primjum jirriflettix livell xieraq ta’ riskju, filwaqt li qieset li, prima facie, Siremar ma kinitx tidher li tassumi r-riskji normalment imġarrba fl-operat ta’ tali servizzi. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tfakkar li fid-Deċiżjoni tal-2011 hija kienet tal-fehma preliminari li Siremar setgħet ġiet ikkumpensata żżejjed biss għat-twettiq tal-kompiti ta’ servizz pubbliku mill-2010 ’il quddiem. Dan ifisser li l-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tivvaluta ex post jekk kienx hemm xi kumpens żejjed għas-sena 2009 (175).

(476)

Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk kienx hemm kumpens żejjed matul il-perjodu kollu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u t-30 ta’ Lulju 2012, f’konformità mal-paragrafu 47 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011. Fir-rigward ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej:

—

L-ewwel nett, ir-rapport dwar ir-raġunijiet tal-insolvenza ta’ Tirrenia u ta’ Siremar, imħejji mill-Amministrazzjoni Straordinarja f’Mejju 2011, jirrapporta li l-kumpens pubbliku lil Siremar skont il-konvenzjoni inizjali, qabel l-2010, kien jammonta għal medja ta’ EUR 70 miljun fis-sena. Dan kien jirrappreżenta bejn 70 % u 75 % tal-fatturat ta’ Siremar f’dak il-perjodu. Għalhekk, Siremar kienet kważi dipendenti għalkollox fuq il-kumpens għas-servizz pubbliku biex twettaq l-operazzjonijiet tagħha. Tabilħaqq, filwaqt li Siremar kienet qed tiddependi dejjem aktar fuq il-kumpens pubbliku bejn l-1999 u l-2008, kumpens annwali limitat għal EUR 55,7 miljun ma kienx ikun biżżejjed sabiex hija tkun tista’ tissodisfa l-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha fit-tul. B’mod partikolari, ir-rapport jinnota kif il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kumpens pubbliku skont il-Konvenzjoni inizjali, applikata sal-2009, dejjem ippermettiet lil Siremar tippremja kif xieraq il-fatturi kollha tal-produzzjoni tagħha (jiġifieri, il-kapital u x-xogħol), minkejja l-kisba, bħala medja, ta’ rata baxxa ta’ redditu fuq l-ekwità. Madankollu, dik il-metodoloġija ma baqgħetx tapplika mill-2010. Għall-kuntrarju, bdiet tapplika l-metodoloġija l-ġdida stabbilita fid-Direttiva CIPE u fil-Liġi tal-2009, li kienet tinkludi limitu massimu li għal Siremar ġie stabbilit għal ammont konsiderevolment aktar baxx mill-kumpens medju riċevut matul l-għaxar snin preċedenti;

—

It-tieni, id-dokumenti sottomessi juru li, għall-2010, Siremar kienet talbet madwar EUR 66 miljun, iżda l-Italja approvat biss kumpens ta’ EUR 55,7 miljun. Barra minn hekk, dak l-ammont ifisser li l-kumpens naqas bi 17 % bejn l-2009 u l-2010, meta daħlet fis-seħħ il-metodoloġija l-ġdida għall-kalkolu tal-kumpens, flimkien ma’ limitu massimu fiss. Jekk il-paragun huwa bejn l-2008-2009 u l-2010-2011, id-differenza hija saħansitra aktar qawwija: il-kumpens naqas b’persentaġġ sinifikanti ta’ 22 % matul dak il-perjodu;

—

It-tielet, abbażi tal-kontijiet rotta b’rotta mħejjija minn Siremar għall-2010, il-Kummissjoni tinnota li, fl-2010, Siremar irrapportat riżultat operattiv pożittiv ta’ madwar EUR 5,9 miljun. L-Italja ċċarat li dan l-ammont kien ugwali għall-ROIC, ikkalkolat bl-applikazzjoni ta’ rata ta’ 7,6 % għal kapital investit ta’ EUR 77,5 miljun. Il-Kummissjoni tinnota li l-kapital investit irrapportat għall-2010 huwa aktar mid-doppju tal-kapital investit annwali medju rrapportat minn CdI u aktar tard minn SNS (ara n-nota 135 f’qiegħ il-paġna), u li r-rata hija ogħla mill-primjum tal-kapital ta’ riskju ta’ 6,5 % stabbilit mid-Direttiva CIPE, iżda aktar baxxa mir-rata li tirriżulta mill-applikazzjoni sħiħa tal-metodoloġija CIPE (jiġifieri, 8,87 %, ara l-premessa (218)). Kieku ġiet applikata r-rata ta’ 6,5 %, kien ikun hemm ROIC ta’ EUR 5 miljun biss. B’hekk, il-Kummissjoni tinnota li Siremar kienet ikkumpensata żżejjed b’madwar EUR 0,9 miljun għall-2010;

—

Ir-raba’, wara li Siremar daħlet f’Amministrazzjoni Straordinarja f’Settembru 2010 (f’dan il-każ, proċedura ta’ likwidazzjoni), ir-rapporti finanzjarji tal-2010, tal-2011 u tal-2012 ma tħejjewx. L-istess japplika għall-kontijiet linja b’linja għall-2011 u għall-2012. Għall-kuntrarju, u skont il-liġi applikabbli, l-Amministrazzjoni Straordinarja ħejjiet u ppreżentat rapporti trimestrali lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni, jiġifieri l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku. Dawn ir-rapporti juru li l-introjti operatorji totali bejn Settembru 2010 u Ġunju 2012 kienu negattivi, b’telf ta’ EUR 0,7 miljun. Sa Settembru 2012, jiġifieri wara t-trasferiment tal-fergħa kummerċjali lil CdI, dak it-telf operazzjonali kien żdied għal EUR 4,8 miljun. Għalhekk, Siremar kienet qed iġġarrab telf minħabba li baqgħet topera l-obbligi ta’ servizz pubbliku waqt li kienet għaddejja l-proċedura ta’ bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Filwaqt li l-Kummissjoni tesprimi dispjaċir li ma tħejjewx kontijiet linja b’linja għall-2011 u għall-ewwel nofs tal-2012, l-Italja kkonfermat li Siremar ma kienet qed topera l-ebda servizz barra mill-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħhom matul l-estensjoni. Billi r-riżultati finanzjarji ġenerali għall-perjodu bejn Settembru 2010 u Settembru 2012 kienu negattivi, dawk id-dokumenti jissuġġerixxu bil-qawwa li Siremar ma kinitx ikkumpensata żżejjed fil-perjodu wara li daħlet f’Amministrazzjoni Straordinarja, u li l-kumpens żejjed limitat li rċeviet fl-2010 intilef fis-snin ta’ wara.

(477)

F’dan l-isfond, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, u abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpens żejjed limitat li identifikat għall-2010 kien ikkonsmat mit-telf tal-perjodu sussegwenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li Siremar ma kinitx ikkumpensata żżejjed fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u t-30 ta’ Lulju 2012 ikkunsidrat b’mod kumplessiv. Billi l-Kummissjoni kienet esprimiet dubji fid-Deċiżjoni tagħha tal-2011 dwar il-kumpens żejjed potenzjali lil Siremar biss għal dak il-perjodu, il-Kummissjoni tqis li d-dubji tagħha dwar din il-kwistjoni tneħħew.

(478)

Il-paragrafu 49 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-kumpens mogħti għall-operat tal-SGEI ma jirriżultax fir-riċevuta ta’ kumpens żejjed mill-impriżi (kif iddefinit fil-paragrafu 47 ta’ dak il-Qafas). Tabilħaqq, l-Istati Membri jridu jipprovdu evidenza fuq talba mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, huma jridu jwettqu kontrolli regolari, jew jiżguraw li tali kontrolli jitwettqu, fi tmiem il-perjodu ta’ inkarigu u, fi kwalunkwe każ, f’intervalli ta’ mhux aktar minn tliet snin. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani pprovdew l-evidenza meħtieġa kif deskritt hawn fuq (ara l-premessi (469) u (470)). Tabilħaqq, fl-2009 u fl-2010, Siremar issottomettiet il-kontijiet rotta b’rotta tagħha lill-ministeru superviżorju, li ppermettew lil dan tal-aħħar jirrevedi l-ammont ta’ kumpens. Mis-17 ta’ Settembru 2010 ’il quddiem, il-preżenza tal-Kummissarju Straordinarju, maħtur mill-Istat Taljan, soġġett għal regoli dettaljati skont il-liġi nazzjonali u b’responsabbiltà ċivili u kriminali, ipprovdiet salvagwardja oħra kontra l-kumpens żejjed. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-kumpens jitħallas f’pagamenti parzjali; li l-ħlas finali jsir abbażi tal-kostijiet u d-dħul attwali tas-sena; u li, wara l-25 ta’ Novembru 2010, b’deċiżjoni tal-Konferenza Interdipartimentali, kwalunkwe ammont ta’ kumpens żejjed jitnaqqas minn pagamenti futuri ta’ sussidju bil-quddiem (ara l-premessa (43)). F’dan l-isfond, filwaqt li Siremar kienet ikkumpensata żżejjed fl-2010, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpens żejjed xorta waħda kien ikkonsmat fis-snin ta’ wara, minħabba li Siremar f’EA kienet qed iġġarrab telf (ara l-premessa (476)). Għalhekk, ma ngħata l-ebda kumpens żejjed għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u t-30 ta’ Lulju 2012 ikkunsidrat b’mod kumplessiv. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkonkludi li, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna tal-privatizzazzjoni, li twettqet mill-Amministrazzjoni Straordinarja, filwaqt li jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi, il-miżuri deskritti hawn fuq jistgħu jitqiesu biżżejjed biex jiġi evitat u identifikat kumpens żejjed.

(479)

Abbażi tal-elementi deskritti hawn fuq (ara l-premessi (472) sa (478)), il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima 2.8 tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 (Ammont ta’ kumpens) huma rrispettati.

8.3.1.7.   Il-prijorità tal-irmiġġ

(480)

Il-paragrafu 21 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009 jispeċifika b’mod ċar li l-prijorità tal-irmiġġ hija meħtieġa biex tiggarantixxi l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-kumpaniji tal-eks Tirrenia Group, inkluża Siremar. Tabilħaqq, jekk ma jkun hemm l-ebda rmiġġ ta’ prijorità għall-kumpaniji fdati b’obbligi ta’ servizz pubbliku, jista’ jkun li (xi drabi) dawn ikollhom jistennew meta jkun imisshom biex jittrakkaw u, b’hekk, iġarrbu dewmien, li jwassal biex jintilef l-iskop li tiġi żgurata konnettività affidabbli u konvenjenti liċ-ċittadini. Fil-każ ta’ Siremar, skeda ta’ żmien regolari hija tabilħaqq meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tal-popolazzjoni tal-gżejjer iżgħar u biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku ta’ dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, billi Siremar kienet soġġetta għal obbligi speċifiċi ta’ skedar tal-ħin skont il-Konvenzjoni inizjali, il-prijorità tal-irmiġġ għenet biex jiġi żgurat li l-portijiet allokaw l-irmiġġi u l-ħinijiet tal-irmiġġ b’tali mod li jippermetti lil Siremar tirrispetta l-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku.

(481)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tingħata biex tippermetti lil Siremar twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha li jikkostitwixxu SGEI ġenwin (ara l-premessa (456)). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-prijorità tal-irmiġġ hija applikabbli biss għal servizzi pprovduti taħt ir-reġim tas-servizz pubbliku, u li Siremar ma kienet qed topera l-ebda servizz barra mill-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha matul l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali. Il-Kummissjoni diġà vvalutat fid-dettall il-kompatibbiltà tal-SGEI u l-kumpens relatat għal Siremar matul l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali (ara l-premessi (444) sa (479)). B’hekk, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha tal-prijorità tal-irmiġġ tista’ tkun limitata biex jiġi stabbilit jekk din il-miżura tistax tirriżulta f’kumpens żejjed jew le.

(482)

L-Italja ssostni li kwalunkwe vantaġġ monetarju possibbli mill-prijorità tal-irmiġġ ma jistax jiġi kkwantifikat (ara l-premessa (227)). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li, sa fejn din il-miżura tnaqqas il-kostijiet operatorji jew iżżid id-dħul tal-operatur tas-servizz pubbliku, dawn l-effetti jkunu riflessi bis-sħiħ fil-kontijiet interni tal-operatur. Għalhekk, il-kontrolli tal-kumpens żejjed li ġew applikati għal Siremar kif deskritt hawn fuq (ara t-Taqsima 8.3.1.6) huma wkoll adattati biex jidentifikaw kwalunkwe kumpens żejjed possibbli li jirriżulta mill-prijorità tal-irmiġġ.

(483)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prijorità tal-irmiġġ, li hija marbuta b’mod inseparabbli mal-SGEI mwettaq minn Siremar, hija kompatibbli wkoll mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE u tal-Qafas tal-SGEI tal-2011.

8.3.1.8.   Il-konformità mad-Deċiżjoni SGEI tal-2005

(484)

Kif spjegat fil-premessa (440), it-traffiku annwali medju matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik li fiha ġie assenjat l-SGEI ma qabiżx 300 000 passiġġier fuq il-pakketti ta’ rotot li ġejjin:

—

Trapani – Pantelleria (D4 b’rotta mħallta)

—

Porto Empedocle – il-Gżejjer Pelagie (D5 b’rotta mħallta),

—

Palermo – Ustica, jiġifieri, (D1 b’rotta mħallta u ALD/1 b’rotta għal passiġġieri biss).

(485)

Għalhekk, għar-rotot D1, D4, D5, ALD/1, ir-rekwiżit tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 huwa ssodisfat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 li jirrikjedi l-konformità mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu huwa ssodisfat ukoll (176). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn l-erba’ rotot jistgħu jiġu vvalutati abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005.

(486)

Il-Kummissjoni diġà stabbiliet aktar ’il fuq (ara t-taqsima 8.3.1.3) li għall-perjodu tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, l-atti ta’ inkarigu stipulaw definizzjoni ċara tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, id-durata, l-impriża u t-territorju kkonċernati, il-parametri għall-kalkolu, għall-kontroll u għar-rieżami tal-kumpens, u l-arranġamenti sabiex jiġi evitat u jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed. Għalhekk, għar-rotot D1, D4, D5, ALD/1, l-Artikolu 4 (Inkarigu) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 huwa rrispettat.

(487)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet (ara t-Taqsima 8.3.1.6) li (i) Siremar ma kinitx ikkumpensata żżejjed fil-perjodu ta’ estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, meħud kollu kemm hu, u (ii) li l-awtoritajiet Taljani wettqu kontrolli regolari biex jevitaw li Siremar tkun irċeviet kumpens żejjed. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li l-Artikolu 5 (Kumpens) u l-Artikolu 6 (Kontroll tal-kumpens żejjed) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 huma rrispettati għar-rotot D1, D4, D5, ALD/1.

(488)

Minħabba r-rabta inseparabbli mat-twettiq tas-servizz pubbliku u fid-dawl tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq (ara t-Taqsima 8.3.1.7), anke l-prijorità tal-irmiġġ mogħtija għall-operat tar-rotot D1, D4, D5, ALD/1 tikkonforma mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005.

8.3.1.9.   Konklużjoni

(489)

Abbażi tal-valutazzjoni fil-premessi minn (436) sa (483), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens mogħti lil Siremar għall-forniment tas-servizzi marittimi soġġett għall-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-1 ta’ Awwissu 2012, kif ukoll il-prijorità tal-irmiġġ marbuta b’mod inseparabbli, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet applikabbli tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 u, għalhekk, huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106 tat-TFUE.

(490)

Barra minn hekk, abbażi tal-valutazzjoni fil-premessi minn (484) sa (488), il-kumpens mogħti lil Siremar u l-prijorità tal-irmiġġ għall-operat tar-rotot D1, ALD/1, D4, D5 matul il-perjodu ta’ estensjoni huma kompatibbli wkoll mas-suq intern u eżentati mill-obbligu ta’ notifika minn qabel skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005.

8.3.2.   Estensjoni illegali tal-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar

(491)

Abbażi tad-Deċiżjoni tal-2010, l-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar, sa fejn hija limitata għall-perjodu ta’ sitt xhur li skada fit-28 ta’ Awwissu 2011, kienet kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, f’konformità mal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, l-Italja kienet meħtieġa tikkomunika lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur, jew (i) prova li s-self kien ġie rrimborżat kollu u/jew li l-garanzija kienet ġiet itterminata jew (ii) pjan ta’ ristrutturar (jew likwidazzjoni).

(492)

Il-garanzija ntalbet fil-11 ta’ Lulju 2011 u Siremar irrimborżat biss l-ammont sħiħ dovut lill-Istat fit-18 ta’ Settembru 2012 (ara l-premessa (65)). Għalhekk, l-Italja ma setgħetx tagħti prova li s-self tħallas lura kollu u/jew li l-garanzija ġiet itterminata matul il-perjodu ta’ sitt xhur li skada fit-28 ta’ Awwissu 2011.

(493)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Italja (ara t-Taqsima 4.2) matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, pjan ta’ likwidazzjoni għal Siremar kien ikun disponibbli fuq is-sit web ta’ Siremar f’EA qabel ma jiskadi t-terminu ta’ sitt xhur stabbilit mil-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Barra minn hekk, l-Italja ssostni li f’kull ħin hija żammet lill-Kummissjoni aġġornata dwar il-progress tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar.

(494)

L-informazzjoni fil-fajl tal-każ tal-Kummissjoni tikkonferma li l-awtoritajiet Taljani fil-fatt aġġornaw lill-Kummissjoni dwar il-privatizzazzjoni li kienet għadha għaddejja tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. Barra minn hekk, l-Italja kkonfermat ukoll l-intenzjoni ta’ Siremar li tħallas lura l-għajnuna għas-salvataġġ qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur bl-użu tar-rikavat minn din il-privatizzazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani ma ppreżentawx formalment lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni. F’dak iż-żmien, il-Kummissjoni ma kinitx konxja li kien ġie ppubblikat pjan ta’ likwidazzjoni fuq is-sit web ta’ Siremar f’EA. Barra minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni ġiet informata dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar ma jistax jissostitwixxi s-sottomissjoni formali ta’ pjan ta’ likwidazzjoni. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni trid tingħata l-opportunità li tivvaluta jekk il-pjan ta’ likwidazzjoni jikkonformax mal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u, għalhekk, dan kellu jiġi ppreżentat formalment mill-Italja.

(495)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fil-5 ta’ Ottubru 2011 hija kienet bagħtet ittra li fiha talbet lill-Italja tikkonferma li kienet ikkonformat mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida tal-2004 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u mad-Deċiżjoni tal-2010. Il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ tfakkira lill-Italja fit-28 ta’ Novembru 2011 u rċiviet risposta mill-awtoritajiet Taljani fit-12 ta’ Diċembru 2011. Għalhekk, sa fejn hija kkonċernata l-Kummissjoni, sad-data msemmija l-aħħar (u, b’hekk, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur), l-Italja ma kinitx issottomettiet, la (i) prova li s-self kien ġie rrimborżat kollu u/jew li l-garanzija kienet ġiet itterminata u lanqas (ii) pjan ta’ ristrutturar (jew likwidazzjoni).

(496)

Fit-tweġiba tagħha għall-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2011, l-Italja kkonfermat li l-intenzjoni tagħha kienet li Siremar tħallas lura l-għajnuna għas-salvataġġ qabel it-28 ta’ Awwissu 2011, wara l-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia, iżda li l-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ din tal-aħħar kien ġie ttardjat minħabba l-ħtieġa li tinkiseb approvazzjoni tal-fużjoni mill-Kummissjoni. Billi r-rikavat mill-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia kien meħtieġ biex jitħallas lura l-Istat, il-ħlas lura ma setax isir qabel l-iskadenza tad-data tal-għeluq fit-28 ta’ Awwissu 2011. Il-Kummissjoni tirrimarka li fl-ittra tagħhom tat-12 ta’ Diċembru 2011, l-awtoritajiet Taljani ma rreferew xejn għall-pjan ta’ likwidazzjoni ta’ Siremar li, skont is-sottomissjonijiet sussegwenti tagħhom, kien ikun diġà disponibbli għall-pubbliku qabel it-28 ta’ Awwissu 2011. Minflok, l-Italja pprovat tispjega biss għaliex il-ħlas lura ma setax iseħħ qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur. Madankollu, kieku l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni lill-Kummissjoni qabel it-28 ta’ Awwissu 2011, ma kienx ikollhom għalfejn jipprovdu dawn l-ispjegazzjonijiet. Il-Kummissjoni tieħu dan bħala evidenza ulterjuri li l-Italja ma ssottomettietx pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni fil-perjodu meħtieġ ta’ sitt xhur.

(497)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, anke jekk il-Kummissjoni kienet konxja dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni, l-Italja ma kkonformatx mal-impenn tagħha fid-Deċiżjoni tal-2010 li tikkomunika lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar (jew ta’ likwidazzjoni) fi żmien sitt xhur wara li tkun ġiet awtorizzata l-għajnuna għas-salvataġġ. Bħala riżultat ta’ dan, mill-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur fit-28 ta’ Awwissu 2011, l-għajnuna għas-salvataġġ trid titqies bħala għajnuna illegali u inkompatibbli. Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għas-salvataġġ estiża b’mod illegali ma tistax tinstab li hija kompatibbli għal raġunijiet oħrajn minħabba li hija la tikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u lanqas ma’ dawk tal-Qafas tal-SGEI tal-2011 (177).

(498)

Tabilħaqq, f’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna għas-salvataġġ estiża illegalment ma ngħatatx għal servizz ġenwin u ddefinit b’mod korrett ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif meħtieġ mill-paragrafu 12 tal-Qafas SGEI tal-2011. Siremar diġà rċeviet kumpens għall-operat ta’ servizzi pubbliċi abbażi tal-Konvenzjoni inizjali (kif estiża), filwaqt li l-għajnuna għas-salvataġġ ġiet innotifikata u approvata bħala miżura temporanja ta’ għajnuna għas-salvataġġ u mhux bħala kumpens għal SGEI. Għalhekk, hija ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli abbażi tal-Qafas tal-SGEI tal-2011.

(499)

Fl-isfond ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li Siremar f’EA diġà rrimborżat ammont ta’ EUR 15 511 529,35 fit-18 ta’ Settembru 2012. Dan il-ħlas qabeż l-ammont ta’ EUR 15 121 838,33 (178) diġà dovut lill-Istat fil-11 ta’ Lulju 2011. Madankollu, minħabba li l-għajnuna għas-salvataġġ estiża b’mod illegali kienet instabet li hija inkompatibbli, il-ħlas lura jrid jinkludi mill-inqas l-ammont tal-imgħax tal-irkupru. Jekk l-imgħax diġà mħallas minn Siremar f’EA ma jkunx biżżejjed, l-ammont tal-imgħax li jifdal xorta jkollu jiġi rkuprat.

8.3.3.   L-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni

(500)

Il-Kummissjoni kkonkludiet hawn fuq (ara l-premessi minn (419) sa (430)) li l-eżenzjonijiet mit-taxxa korporattiva fuq ir-rikavat mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, għal Siremar, u mit-taxxi indiretti fuq it-trasferiment tal-istess fergħa kummerċjali, għal Siremar u SNS, li ngħataw permezz tal-Liġi tal-2010, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Siremar u SNS.

(501)

Fiż-żewġ każijiet, l-għajnuna hija ugwali għad-differenza bejn it-taxxa normalment dovuta għal dawn it-tipi ta’ tranżazzjonijiet u t-taxxa effettivament imħallsa. Għalhekk, il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 107 tat-TFUE u l-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(502)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-ebda waħda minn dawn l-eżenzjonijiet ma tista’ tinstab li hija kompatibbli abbażi ta’ kwalunkwe waħda mid-derogi previsti mill-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE.

(503)

It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar huma miżuri ta’ darba relatati ma’ trasferiment ta’ assi li kien parti mir-riorganizzazzjoni u l-privatizzazzjoni usa’ ta’ Tirrenia Group. Bħala tali, il-Kummissjoni tqis li din l-għajnuna ma hijiex marbuta b’mod inseparabbli mal-SGEI mwettaq minn Siremar u aktar tard minn SNS u, għalhekk, ma jenħtieġx li tiġi vvalutata taħt l-istess bażi ta’ kompatibbiltà. Tabilħaqq, dawn l-eżenzjonijiet ma humiex relatati mal-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif definit fil-Konvenzjoni inizjali jew fil-Konvenzjoni l-ġdida (179). Għalhekk, ir-raġunijiet għall-kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE ma jistgħux jiġu invokati.

(504)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjonijiet mit-taxxa ta’ Siremar u ta’ SNS jikkostitwixxu għajnuna operatorja li tnaqqas il-kostijiet li Siremar f’EA u SNS altrimenti kien ikollhom iġorru mir-riżorsi tagħhom stess u, b’hekk, huma inkompatibbli mas-suq intern (180).

8.3.4.   Il-konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(505)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li:

—

il-kumpens mogħti lil Siremar u l-prijorità tal-irmiġġ għall-operat tar-rotot marittimi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-1 ta’ Awwissu 2012 huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106 tat-TFUE, il-Qafas tal-SGEI tal-2011 u għal erba’ rotot raggruppati fi tliet pakketti, anke skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005;

—

l-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar ġiet estiża illegalment fil-perjodu mit-28 ta’ Awwissu 2011 sat-18 ta’ Settembru 2012 (meta tħallset lura) u hija inkompatibbli mas-suq intern;

—

L-eżenzjoni ta’ Siremar mit-taxxi indiretti fuq l-operazzjonijiet u l-atti relatati mat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS, u mit-taxxa korporattiva fuq ir-rikavat minn dak it-trasferiment, tikkostitwixxi għajnuna operatorja inkompatibbli lil Siremar;

—

il-ħlas minn SNS ta’ tariffa fissa għar-reġistrazzjoni tal-kuntratt għax-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar skont il-Liġi tal-2010, minflok it-tariffa normalment dovuta skont il-liġi nazzjonali, jikkostitwixxi għajnuna operatorja inkompatibbli lil SNS.

8.4.   Reazzjoni għas-sottomissjonijiet ta’ CdI

(506)

Kif deskritt hawn fuq (ara t-Taqsima 6), CdI għamlet tliet sottomissjonijiet lill-Kummissjoni. Dawn is-sottomissjonijiet saru wara l-iskadenza tad-dati tal-għeluq għall-partijiet terzi interessati biex jikkummentaw dwar id-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012.

(507)

Il-Kummissjoni tinnota dan li ġej fir-rigward tal-argumenti mqajma minn CdI fis-sottomissjonijiet tagħha:

—

Fir-rigward tad-data pprovduta dwar ir-rotot li kienet topera fil-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni tikkonferma li hija qieset dik l-informazzjoni fil-valutazzjoni tagħha;

—

Fir-rigward tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, inkluż jekk dan sarx bil-prezz tas-suq, il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Taljani u CdI kienu diġà rrevokaw kemm il-kuntratt tal-bejgħ oriġinali kif ukoll il-Konvenzjoni l-ġdida, u li dik il-Konvenzjoni, raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, finalment ingħatat lil SNS. Kif stabbilit fil-premessa (295), il-konklużjoni tal-investigazzjoni dwar l-għoti inizjali tal-Konvenzjoni l-ġdida, raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, lil CdI, matul il-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-10 ta’ April 2016, tkun loġikament impossibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ma hijiex se tikkummenta dwar il-kontribuzzjonijiet minn CdI dwar il-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar;

—

Fir-rigward tal-affermazzjoni implikata f’diversi ittri ta’ CdI li l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuqha mill-Konvenzjoni l-ġdida għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-10 ta’ April 2016 huma SGEI ġenwini, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (351) li dawk l-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif fdati lil SNS, iwieġbu għad-domanda ġenwina tal-utenti, jindirizzaw falliment reali tas-suq u jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu l-approċċ l-inqas dannuż. Madankollu, billi l-Kummissjoni tinnota li minħabba li l-Konvenzjoni l-ġdida bejn l-Italja u CdI ġiet irrevokata u l-obbligi ta’ servizz pubbliku eventwalment ingħataw lil SNS, għall-istess raġunijiet espressi hawn fuq, ma huwiex possibbli li jiġi vvalutat separatament jekk l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq CdI mill-Konvenzjoni l-ġdida jirrappreżentawx SGEI ġenwin. Għalhekk, il-Kummissjoni ma hijiex se tikkummenta dwar il-kontribuzzjonijiet minn CdI dwar din il-kwistjoni;

—

Fir-rigward tal-kontrogaranzija u ż-żieda fil-kapital, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessi (408) u (413) li l-investigazzjoni dwar dawn il-miżuri ma għad għandha l-ebda skop. Għalhekk, il-Kummissjoni ma hijiex se tikkummenta dwar il-kontribuzzjonijiet minn CdI dwar dawn il-miżuri;

—

Fir-rigward tad-diskontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u CdI, il-Kummissjoni tinnota li minħabba li l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u l-Konvenzjoni l-ġdida eventwalment ingħataw lil SNS, għall-istess raġunijiet espressi hawn fuq, ma huwiex meħtieġ li tiġi vvalutata separatament l-eżistenza ta’ kwalunkwe kontinwità ekonomika potenzjali bejn Siremar f’EA u CdI. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni se tivvaluta fit-Taqsima 11 l-eżistenza ta’ kwalunkwe kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u SNS (181). Barra minn hekk, u bħala argument addizzjonali, il-Kummissjoni tinnota li CdI bħalissa tinsab f’likwidazzjoni u hija inattiva. Bħala tali, l-investigazzjoni, fil-każ preżenti ta’ għajnuna mill-Istat, dwar kwalunkwe għajnuna mogħtija lilha tkun mingħajr skop. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li anke l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe kontinwità ekonomika potenzjali bejn Siremar f’EA u CdI ma jkollha l-ebda skop. Għalhekk, il-Kummissjoni ma hijiex se tikkummenta dwar il-kontribuzzjonijiet minn CdI dwar id-diskontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u CdI.

9.   KONKLUŻJONI

(508)

Il-Kummissjoni ssib li l-Italja implimentat illegalment uħud mill-miżuri ta’ għajnuna li qed jiġu vvalutati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Abbażi tal-valutazzjoni msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Siremar skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106 tat-TFUE. Barra minn hekk, billi l-prijorità tal-irmiġġ hija marbuta b’mod inseparabbli mat-twettiq tal-SGEI minn Siremar, dik il-miżura hija kompatibbli wkoll mas-suq intern skont l-Artikolu 106 tat-TFUE. Għal erbgħa mill-20 rotta ta’ servizz pubbliku kkonċernati, l-Italja kienet eżentata mill-obbligu ta’ notifika minn qabel previst fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE minħabba li l-kumpens għas-servizz pubbliku u l-prijorità tal-irmiġġ mogħtija lil Siremar għall-operat ta’ dawn l-erba’ rotot kienu konformi mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005.

(509)

Madankollu, l-għajnuna għas-salvataġġ lil Siremar, li ġiet estiża illegalment fil-perjodu mit-28 ta’ Awwissu 2011 sat-18 ta’ Settembru 2012, hija inkompatibbli mas-suq intern. Fl-aħħar nett, l-eżenzjoni mit-taxxi indiretti fuq l-operazzjonijiet u l-atti relatati mat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, għal Siremar u SNS, u mit-taxxa korporattiva, fuq ir-rikavat mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, għal Siremar, tikkostitwixxi wkoll għajnuna operatorja lil Siremar u SNS li hija inkompatibbli mas-suq intern.

(510)

Din id-Deċiżjoni ma tikkonċernax u lanqas ma tippreġudika xi kwistjoni oħra koperta mid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 jew li nġiebet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni minn partijiet interessati matul l-investigazzjoni miftuħa taħt dawk id-Deċiżjonijiet.

10.   L-IRKUPRU

(511)

Skont it-TFUE u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jbiddel jew jabolixxi l-għajnuna meta jkun sab li din hija inkompatibbli mas-suq intern (182). Il-Qrati tal-Unjoni sostnew ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa maħsub biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (183).

(512)

F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilew li dan l-objettiv jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, u b’hekk jirrinunzja l-vantaġġ li huwa kien gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, kif ukoll titreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kien hemm qabel tħallset l-għajnuna (184).

(513)

F’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (185) jiddikjara li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.”

(514)

B’hekk, minħabba li l-miżuri inkwistjoni ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, dawn għandhom jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq intern qabel l-għoti tagħhom. L-irkupru għandu jkopri ż-żmien mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv. L-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkollu l-imgħax sal-irkupru effettiv.

(515)

Fil-każ preżenti, il-benefiċjarja tal-għajnuna, Siremar f’EA, diġà għaddejja minn proċedimenti ta’ insolvenza. Għalhekk, l-irkupru effettiv jista’ jinkiseb permezz tar-reġistrazzjoni tat-talba relatata mal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata fl-iskeda tal-obbligazzjonijiet (186). F’dak il-każ, ir-reġistrazzjoni tat-talba trid tkun segwita minn (i) irkupru tal-ammont sħiħ tal-irkupru, jew, jekk dan ma jkunx jista’ jinkiseb, (ii) l-istralċ tal-impriża u l-waqfien definittiv tal-attivitajiet tagħha.

(516)

L-għajnuna inkompatibbli mill-Istat elenkata fil-premessa (505) mogħtija lil Siremar f’EA u SNS trid tiġi rrimborżata lill-Italja sa fejn tkun tħallset. B’mod partikolari, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata hija stabbilita kif ġej:

(a)

Il-kapital tal-għajnuna għas-salvataġġ, jiġifieri EUR 15 121 838,33, flimkien mal-imgħax tal-irkupru, li jakkumula mid-dati tal-ħlas taż-żewġ porzjonijiet tas-self u mid-data meta l-garanzija mill-Istat intalbet minn BIIS (jiġifieri t-28 ta’ Frar 2011 għall-ewwel porzjon ta’ EUR 12 000 000, it-23 ta’ Marzu 2011 għat-tieni porzjon ta’ EUR 3 000 000 u l-11 ta’ Lulju 2011 għall-ammont ta’ EUR 121 838,33), sal-irkupru sħiħ. Il-Kummissjoni tieħu nota li l-kapital tal-għajnuna u parti mill-imgħax tal-irkupru diġà tħallsu lura minn Siremar f’EA;

(b)

Sal-punt li t-taxxi indiretti fuq l-operazzjonijiet u l-atti relatati mat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar jitħallsu mill-bejjiegħ (jiġifieri Siremar f’EA), il-kapital tal-għajnuna huwa ugwali għat-taxxi normalment dovuti għal dawn it-tipi ta’ tranżazzjonijiet. L-Italja għandha tikkalkula wkoll id-differenza bejn it-tariffa fissa, imħallsa minn SNS għar-reġistrazzjoni tal-kuntratt għax-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, skont il-Liġi tal-2010, u t-tariffa normalment dovuta skont il-liġi nazzjonali. […] L-Italja għandha tipprovdi wkoll lista tad-dokumenti kollha li għalihom it-taxxi kienu effettivament eżentati u tikkalkula d-differenza bejn it-taxxi normalment dovuti minn Siremar u SNS u t-taxxi effettivament imħallsa. Flimkien ma’ dawn l-ammonti għandu jiżdied l-imgħax tal-irkupru, li jakkumula mid-data/i tad-dokumenti uffiċjali, li għalihom it-taxxi kienu eżentati, sal-irkupru sħiħ.

(517)

Barra minn hekk, l-Italja ma għandhiex teżenta r-rikavat mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar mit-taxxa korporattiva li għandha titħallas minn Siremar f’EA.

11.   IL-KONTINWITÀ EKONOMIKA

(518)

Fejn kien hemm bejgħ jew trasferiment tal-benefiċjarju ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat, l-obbligu ta’ ħlas lura jista’ jiġi estiż għal impriżi oħrajn li lilhom ġew ittrasferiti l-ishma jew in-negozju tal-benefiċjarju (187). Fil-każ ta’ negozju dwar l-ishma, fejn il-benefiċjarju jkun għadu jeżisti u attiv fis-suq u jkun sempliċiment biddel is-sidien tiegħu, l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna jibqa’ mal-benefiċjarju. Fil-każ ta’ negozju dwar l-assi, fejn impriża oħra tkun qed tkompli n-negozju b’xi wħud mill-assi jew bl-assi kollha tal-benefiċjarju oriġinali, dik l-impriża l-oħra jenħtieġ li titqies bħala l-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat, dment li l-istruttura tat-trasferiment jew tal-bejgħ twassal għall-konklużjoni li jkun hemm kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji.

(519)

Għall-kuntrarju, fejn jista’ jintwera li, minkejja trasferiment ta’ xi wħud mill-assi jew tal-assi kollha, il-benefiċċju tal-għajnuna illegali jibqa’ tal-benefiċjarju oriġinali u l-kumpanija akkwirenti twettaq attività sostanzjalment differenti, l-obbligu ta’ ripagament jibqa’ mal-benefiċjarju oriġinali tal-għajnuna. Skont il-ġurisprudenza, sabiex jiġi vvalutat jekk hemmx kontinwità ekonomika, jistgħu jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin: il-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferiment (l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-kontinwità tal-forza tax-xogħol, l-assi raggruppati), il-prezz tat-trasferiment, l-identità tas-sidien tal-impriża akkwirenti u tal-impriża oriġinali, il-mument li fih twettaq it-trasferiment (wara l-bidu tal-investigazzjoni, il-bidu tal-proċedura jew id-deċiżjoni finali) u l-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni (188).

(520)

Skont l-istess ġurisprudenza, il-fatturi msemmija hawn fuq jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni sa gradi varji, skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-każ inkwistjoni. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa tqis dawk il-fatturi kollha, kif muri mill-użu tal-espressjoni “jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni” (189) u li ma hemm l-ebda ġerarkija bejn dawk il-fatturi. B’mod partikolari, fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika jenħtieġ li tqis in-natura partikolari tat-tranżazzjoni bejn Siremar f’EA u SNS, li kienet tikkonċerna l-privatizzazzjoni ta’ kumpanija pubblika permezz ta’ proċedura tal-offerti għal kuntratt ta’ servizz pubbliku ta’ tnax-il sena, flimkien mal-assi meħtieġa biex jiġi operat l-SGEI spjegati f’dak il-kuntratt. Sal-lum, Siremar f’EA għadha teżisti bħala entità separata, iżda ma twettaq l-ebda attività ta’ negozju u għadha soġġetta għal proċedimenti ta’ falliment bl-iskop primarju li tirrimborża lill-kredituri tagħha u tiffinalizza l-likwidazzjoni tagħha.

(521)

Sabiex jiġi deċiż jekk hemmx kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u SNS u, għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk din tal-aħħar jenħtiepx li tinżamm responsabbli wkoll għar-rimborż tal-għajnuna inkompatibbli mogħtija lil tal-ewwel, il-Kummissjoni applikat l-indikaturi msemmija hawn fuq għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni.

11.1.   L-ambitu tat-trasferiment

(522)

Dan l-indikatur jikkonċerna l-firxa tat-trasferiment tal-assi u tal-obbligazzjonijiet eżistenti, inklużi r-relazzjonijiet kuntrattwali mal-impjegati u mal-fornituri, minn Siremar (aktar tard f’EA) lil SNS. Qabel kollox, jenħtieġ li jiġi nnotat li ma ġiet ittrasferita l-ebda waħda mill-obbligazzjonijiet eżistenti: dawn baqgħu kompletament fi ħdan Siremar f’EA, u baqgħu hekk minn meta ġiet adottata din id-Deċiżjoni. It-trasferiment kien jinvolvi t-tħassir sħiħ ta’ kwalunkwe pretensjoni fuq l-assi li kienu qed jiġu ttrasferiti, bħal ipoteki, sekwestri, u pretensjonijiet ta’ prijorità.

(523)

Barra minn hekk, sa fejn huma kkonċernati l-assi, il-Kummissjoni l-ewwel nett tinnota li l-proċedura għall-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar segwiet tentattiv ta’ privatizzazzjoni li falla ta’ Tirrenia di Navigazione fl-intier tagħha, bl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha, inkluża s-sussidjarja tagħha f’dak iż-żmien Siremar. It-tieni, tentattiv ta’ privatizzazzjoni b’suċċess tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kien jinvolvi l-marka Siremar (190), l-assi meqjusa meħtieġa għall-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Siremar, u r-relazzjonijiet kuntrattwali mal-fornituri, b’ambitu differenti u aktar ristrett meta mqabbel mal-ewwel tentattiv (eż., madwar 45 % f’termini tal-għadd ta’ bastimenti). Dawk l-assi li jappartjenu għal Siremar f’EA, li ma kinux meqjusa meħtieġa għall-forniment tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, inbiegħu separatament, b’offerti differenti u mhux relatati, u kienu jinkludu l-bastiment veloċi Guizzo.

(524)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, sa fejn hija kkonċernata l-forza tax-xogħol, ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ kuntratti ta’ xogħol minn Siremar f’EA lil CdI u aktar tard lil SNS. Tabilħaqq, l-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili Taljan jesiġi li, f’każ ta’ trasferiment ta’ negozju, il-kuntratti ta’ impjieg eżistenti jkomplu max-xerrej u kull impjegat iżomm id-drittijiet kollha li jirriżultaw. Madankollu, skont id-Digriet Amministrattiv 270/1999, din is-sistema ordinarja ma tapplikax għat-trasferiment ta’ fergħa ta’ kumpanija soġġetta għal proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja u għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi essenzjali. Għall-kuntrarju, is-sid il-ġdid huwa obbligat jieħu l-persunal meħtieġ sabiex jipprovdi s-servizz u ma jagħtix sensji kollettivi għal sentejn (ara l-premessa (195)). Il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li r-regola ġenerali kienet tipprevedi kontinwità ċara fil-forza tax-xogħol minn Siremar f’EA lil SNS permezz ta’ CdI, din l-eċċezzjoni effettivament ippermettiet lil Siremar f’EA ttemm il-kuntratti kollha mal-impjegati tagħha. Imbagħad, CdI u aktar tard SNS offrew kuntratti ġodda lill-impjegati li fil-fatt kienu qed jaħdmu fuq l-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.

(525)

L-obbligu taż-żamma tal-għadd ta’ impjegati ġie stabbilit minn liġi ġenerali li ma setgħetx tiġi injorata mill-awtoritajiet Taljani fit-twaqqif tal-proċedura tal-bejgħ. Madankollu, anke mingħajr dan l-obbligu legali, il-Kummissjoni tinnota li n-negozju tat-trasport bil-baħar jeħtieġ għadd minimu obbligatorju ta’ impjegati biex joperaw il-bastimenti, b’sett speċifiku ħafna ta’ ħiliet, li huma stabbiliti fit-tabelli tal-forniment tal-persunal (ara l-premessa (210)). Tabilħaqq, f’dan il-każ, wara li ngħataw il-Konvenzjoni l-ġdida, CdI u aktar tard SNS kien ikollhom jimpjegaw madwar 500 impjegat fi żmien qasir, sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom. Għalhekk, huwa ferm probabbli li SNS kienet timpjega ħafna mill-impjegati ta’ Siremar f’EA, anke li kieku ma kinitx meħtieġa toffrilhom kuntratti ta’ xogħol, għal raġunijiet ta’ ħeffa u sabiex tnaqqas il-kostijiet tar-reklutaġġ.

(526)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkonkludi li, filwaqt li kien hemm kontinwità de facto fil-forza tax-xogħol, din tal-aħħar kienet dovuta għaċ-ċirkostanzi fattwali tal-każ (jiġifieri, id-daqs tat-trasferiment) u għal-liġijiet ġeneralment applikabbli dwar ix-xogħol. Min-naħa l-oħra, kważi l-assi kollha ta’ Siremar f’EA u l-ebda waħda mill-obbligazzjonijiet tagħha ma ġew ittrasferiti lil SNS. B’mod ġenerali, sa fejn huwa kkonċernat il-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferiment, il-Kummissjoni tqis li hemm indikazzjonijiet ta’ kontinwità ekonomika bejn dawn il-kumpaniji.

11.2.   Il-prezz tat-trasferiment

(527)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, it-trasferiment tal-assi bi prezz orħos mill-prezz tas-suq ikun ukoll indikatur tal-kontinwità ekonomika bejn il-kumpanija llikwidata, li għandha tħallas l-għajnuna lura lill-Istat, u l-kumpanija maħluqa ġdida. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-assi ġew ittrasferiti bħala riżultat ta’ offerta li kienet miftuħa biżżejjed, trasparenti u mhux diskriminatorja sabiex jinkiseb prezz tas-suq, kif deskritt fit-Taqsima 8.1.3.4. Ma hemm l-ebda evidenza li s-sejħa konġunta għall-offerti tal-assi u tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz kellha impatt negattiv fuq ir-riżultat tal-proċedura tal-offerta. Għall-kuntrarju, l-Italja wriet li meta ġew organizzati proċeduri tal-offerti separati għal uħud mill-vapuri l-oħra ta’ Tirrenia u ta’ Siremar, dawn setgħu jinbiegħu biss bil-valur tal-iskreppjar. Tabilħaqq, il-kundizzjonijiet imposti fuq ix-xerrej, bħar-rekwiżit li jinżammu l-livelli tal-persunal għal sentejn, ma naqqsux il-prezz, kif stabbilit mir-rapport ta’ Ecorys (ara l-premessa (121)). Barra minn hekk, il-prezz eventwalment imħallas minn SNS, jiġifieri EUR 55,1 miljun, kien ogħla mill-prezz minimu identifikat fl-evalwazzjoni ta’ espert indipendenti minn Banca Profilo, jiġifieri EUR 55 miljun, u SNS għandha tħallas imgħax annwali ta’ 1,5 % fuq iż-żewġ pagamenti parzjali differiti ta’ EUR 9 miljun kull wieħed. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (122), fiż-żmien tat-trasferiment tal-fergħa kummerċjali lil SNS, il-valur tas-suq ġie stmat fit-Tieni Rapport ta’ Ecorys għal ammont ferm inqas ta’ EUR 39,9 miljun skont metodu ta’ valwazzjoni tal-ekwità. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-bosta sejħiet għal offerti mtejba matul il-proċedura tal-offerti (ara l-premessi minn (79) sa (100)) juru b’mod ċar li kien hemm dinamika kompetittiva bejn CdI u SNS, u anke jekk tal-ewwel eventwalment ġiet eskluża mill-proċedura, fiż-żmien meta ġiet ifformulata għall-ewwel darba l-offerta ta’ suċċess minn SNS, CdI kienet għadha offerent attiv fil-proċedura. Hija ġurisprudenza stabbilita li fejn awtorità pubblika tipproċedi biex tbiegħ impriża permezz ta’ offerta miftuħa, trasparenti u inkondizzjonata, jista’ jiġi preżunt li l-prezz tas-suq jikkorrespondi għall-ogħla offerta vinkolanti u kredibbli riċevuta. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, anke l-preżenza ta’ kundizzjonijiet illegali għal dik l-offerta tista’ ma tixħet l-ebda dubju fuq din is-sejba, jekk dawk il-kundizzjonijiet ma naqqsux l-ammont ta’ dik l-offerta (191).

(528)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċ-ċirkostanzi tat-trasferiment jeskludu t-trasferiment ta’ kwalunkwe vantaġġ ekonomiku, riċevut minn Siremar f’EA, lil SNS. B’hekk, il-prezz tat-trasferiment ma jistax jitqies bħala indikatur tal-kontinwità ekonomika f’dan il-każ.

11.3.   L-identità tas-sidien

(529)

Meta t-trasferiment tal-assi jseħħ bejn żewġ entitajiet relatati, dan huwa sinjal li l-għan tat-trasferiment jista’ jkun li jiġi evitat l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna identifikata bħala illegali u inkompatibbli f’deċiżjoni tal-Kummissjoni. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li Siremar f’EA u SNS ma kellhom u ma għandhom l-ebda konnessjoni ta’ xi tip. Tal-ewwel kienet kumpanija pubblika, li fl-aħħar mill-aħħar kienet proprjetà sħiħa tal-Ministeru tal-Ekonomija (ara l-premessa (22)). Tal-aħħar hija kumpanija privata b’50 % proprjetà ta’ Ustica Lines S.p.A. u 50 % proprjetà ta’ Caronte & Tourist S.p.A. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li ma jista’ jiġi eżerċitat l-ebda kontroll minn Siremar f’EA għal SNS jew viċi versa.

(530)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li anke l-kriterju tal-identità tal-azzjonisti jindika li ma hemm l-ebda kontinwità ekonomika f’dan il-każ.

11.4.   It-twaqqit tat-trasferiment

(531)

Fejn it-trasferiment tal-assi seħħ wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tqajjem dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna, li kienet ingħatat diġà, dan huwa indikatur ieħor li tali trasferiment seta’ ġie stabbilit sabiex tiġi evitata ordni ta’ rkupru. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-pubblikazzjoni tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess saret fl-4 ta’ Ottubru 2010, filwaqt li SNS għamlet l-offerta vinkolanti tagħha fit-23 ta’ Mejju 2011. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ investigazzjoni formali dwar, inter alia, il-privatizzazzjoni tal-fergħa ta’ Siremar, ġiet adottata diversi xhur wara, fil-5 ta’ Ottubru 2011. Imbagħad, fl-20 ta’ Ottubru 2011, CdI ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ, abbażi tal-aħħar offerta tagħha sottomessa fit-13 ta’ Ottubru 2011. It-trasferiment ġie ffinalizzat biss fit-30 ta’ Lulju 2012, minħabba l-isfidi legali kontra l-għoti tal-fergħa kummerċjali u l-Konvenzjoni l-ġdida lil CdI. Sussegwentement, fis-7 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni estendiet l-investigazzjoni formali għal, inter alia, il-Konvenzjoni l-ġdida ffirmata minn CdI. Il-fergħa kummerċjali eventwalment ingħatat lil SNS f’April 2016, wara l-proċedimenti legali deskritti fit-Taqsima 2.3.3.2.

(532)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li anke jekk it-trasferiment lil SNS seħħ wara d-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012, meta SNS kienet qed tfassal u tissottometti l-offerta vinkolanti tagħha, jiġifieri f’Mejju 2011, la SNS u lanqas Siremar f’EA ma setgħu jkunu jafu li, ftit xhur wara, il-Kummissjoni kienet tiftaħ investigazzjoni formali. Jidher improbabbli ħafna li xi waħda mill-partijiet diġà setgħet tkun taf il-kontenut tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012, u b’hekk ivvalutat ir-riskji li kienu jinvolvu, u ddeċidiet li tittrasferixxi l-assi biex tannulla l-investigazzjoni ta’ kwalunkwe skop.

(533)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Italja kienet informat lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħha li tbiegħ il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar f’pakkett bil-Konvenzjoni l-ġdida ferm qabel iż-żmien, fil-kuntest tad-diskussjonijiet mal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (ara wkoll it-Taqsima 2.4). Barra minn hekk, l-Italja nnotifikat ukoll, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, l-abbozz tal-Konvenzjoni l-ġdida (ara l-premessa (9)). Din hija indikazzjoni oħra li l-Italja ma kellhiex l-intenzjoni li tevita kwalunkwe ordni ta’ rkupru fil-futur billi torganizza t-trasferiment tal-fergħa kummerċjali u l-inkarigu tal-Konvenzjoni l-ġdida bil-mod deskritt u vvalutat fit-Taqsima 8.1.3.

(534)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, anke jekk it-trasferiment lil SNS seħħ wara l-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni tqis li, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li għadhom kif ġew deskritti u, b’mod partikolari, il-proċedimenti legali twal kontra l-ewwel għoti tal-fergħa kummerċjali lil CdI, it-twaqqit tal-avvenimenti jissuġġerixxi li ma hemm l-ebda kontinwità ekonomika f’dan il-każ.

11.5.   Il-loġika ekonomika tat-trasferiment

(535)

Dan l-indikatur huwa kkonċernat kemm bl-intenzjonijiet tal-partijiet għat-trasferiment tal-assi, kif ukoll bir-raġunament ekonomiku ta’ dawn tal-aħħar, fid-dawl tan-negozju futur tal-kumpanija li se topera dawk l-assi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li, minn naħa waħda, l-intenzjoni tal-awtoritajiet Taljani kienet li jikkonformaw mal-obbligu li jilliberalizzaw is-settur tat-trasport marittimu, kif spjegat fir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, billi jipprivatizzaw l-operatur pubbliku ewlieni tiegħu, jiġifieri Tirrenia Group, inkluża Siremar, u billi jafdaw l-obbligi ta’ servizz pubbliku lill-kumpanija akkwirenti. Filwaqt li ma kienx meħtieġ minn dak ir-Regolament, dan it-trasferiment kemm tal-assi kif ukoll tal-kumpens għas-servizz pubbliku kien tabilħaqq waħda mill-għażliet disponibbli għall-Italja biex timplimenta dik il-liberalizzazzjoni (ara l-premessa (136)) u, f’dawn iċ-ċirkostanzi, kien ukoll ottimali f’termini tal-prezz tal-bejgħ tal-assi, meta mqabbel mal-użu ta’ żewġ proċeduri separati (ara l-premessa (393)). Min-naħa l-oħra, l-intenzjoni ta’ SNS kienet li topera r-rotot taħt obbligu ta’ servizz pubbliku b’mod aktar effiċjenti milli għamlet Siremar (aktar tard f’EA) u, b’hekk, tagħmel profitt.

(536)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività, jiġifieri, il-forniment ta’ servizzi marittimi lejn u bejn ċerti gżejjer ta’ Sqallija taħt obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku li jikkonċernaw il-frekwenza, in-nollijiet u l-karatteristiċi tal-bastimenti, jibqa’ essenzjalment l-istess.

(537)

Sa fejn huwa kkonċernat in-negozju futur tal-kumpanija, il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li huwa minnu li SNS toffri l-istess rotot u frekwenzi jew oħrajn simili ħafna għal dawk ta’ Siremar, din hija l-konsegwenza loġika tal-ħtieġa kontinwa li jiġu pprovduti servizzi ġenwini ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif stabbilit fil-Konvenzjoni l-ġdida. Fi kliem ieħor, jenħtieġ li l-kontinwità tas-servizz pubbliku ma tiġix konfuża u mħallta mal-kontinwità ekonomika skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tqis li l-Italja ma setgħetx tbiddel b’mod arbitrarju l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi pubbliċi pprovduti minn SNS mingħajr ma tmur kontra l-iskop proprju tal-Konvenzjoni l-ġdida, jiġifieri li (i) tiżgura l-kontinwità territorjali bejn l-art kontinentali u l-gżejjer u (ii) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati.

(538)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuljum tal-obbligi ta’ servizz pubbliku minn SNS huma differenti minn dawk li kienu japplikaw sal-2009. L-ammont ta’ kumpens jiġi stabbilit b’mekkaniżmu differenti, li jirrikjedi li l-operatur jopera b’mod effiċjenti. Barra minn hekk, minħabba li ma hemm l-ebda garanzija ta’ kopertura sħiħa tal-kostijiet u minħabba li l-ammont ta’ kumpens nominali jiġi ffissat għal diversi snin (jiġifieri, jonqos f’termini reali), SNS ma kellha l-ebda għażla ħlief li tirrivoluzzjona l-istrateġija kummerċjali segwita minn Siremar. Din tal-aħħar, matul l-istorja twila tagħha fi ħdan Tirrenia Group, operat dejjem u b’mod konsistenti bħala servizz pubbliku, mingħajr ebda strateġija biex tinkiseb profittabbiltà sostenibbli, filwaqt li Siremar f’EA sempliċiment kienet iffokata fuq l-istralċ ordnat tal-kumpanija, filwaqt li tiżgura l-kontinwità tas-servizz pubbliku sat-trasferiment tas-sjieda lil CdI u aktar tard lil SNS wara l-proċedura tal-offerti.

(539)

Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li fl-ewwel pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha, li jkopri l-perjodu 2011-2022 u li ġie abbozzat f’Mejju 2011, SNS impenjat ruħha li żżid l-effiċjenza tal-flotta, f’termini tal-manutenzjoni, l-assigurazzjoni, il-kostijiet tal-fjuwil; ittejjeb il-bejgħ online; tiffranka fuq il-kostijiet lavorattivi permezz ta’ kuntratti ġodda ta’ impjieg; u tnaqqas il-kostijiet billi tidħol f’kuntratti ġodda mal-fornituri. Fit-tieni pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha, li jkopri l-perjodu 2016-2027 u li ġie abbozzat fi Frar 2016, SNS aġġornat il-projezzjonijiet u s-suppożizzjonijiet finanzjarji tagħha bbażati fuq id-data minn CdI, biddlet l-allokazzjonijiet ta’ ċerti bastimenti għad-diversi rotot, b’mod partikolari fejn huma kkonċernati s-servizzi tal-passiġġieri biss, u biddlet ċerti suppożizzjonijiet dwar il-kostijiet tal-persunal u l-amortizzamenti (192). Fl-aħħar nett, mill-1 ta’ Settembru 2016, SNS effettivament qasmet in-negozju tagħha bejn is-servizzi tal-laneċ u tal-passiġġieri biss, billi assenjathom lil Caronte & Tourist u Liberty Lines, rispettivament, u ttrasferiet l-assi tagħha b’mod proporzjonat. Il-Kummissjoni tinnota li dan jirrappreżenta differenza ewlenija fl-operat tas-servizzi pubbliċi bejn SNS u Siremar f’EA.

(540)

B’hekk, SNS eżegwiet l-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha skont kundizzjonijiet operatorji differenti minn Siremar f’EA, abbażi tal-istrateġija kummerċjali tagħha stess. Tabilħaqq, l-awtoritajiet Taljani ma kinux jirrikjedu li SNS issegwi xi mudell kummerċjali speċifiku u lanqas li żżomm ċertu ambitu ta’ attivitajiet, minbarra dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida, u lanqas li tieħu f’idejha xi assi speċifiċi jew impjegati li ma kinux intrinsikament marbuta mal-operat tal-obbligi ta’ servizz pubbliku kif definiti fil-Konvenzjoni l-ġdida. F’dan ir-rigward, SNS kienet (u għadha) ħielsa li tagħmel kwalunkwe bidla fil-mod kif isir in-negozju li hija tqis xieraq.

(541)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li l-obbligi ta’ servizz pubbliku nfushom, f’termini ta’ rotot u frekwenzi, huma inevitabbilment simili billi jwieġbu għal ħtiġijiet simili tas-servizz pubbliku, il-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tagħhom u l-istrateġija kummerċjali wara din huma differenti. Tabilħaqq, din is-similarità de facto fl-attività mwettqa kienet dovuta għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna tal-każ u kienet mitigata mir-restrizzjonijiet finanzjarji differenti fuq l-operazzjonijiet ta’ SNS. B’mod ġenerali, sa fejn hija kkonċernata l-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni, il-Kummissjoni tqis li hemm xi indikazzjonijiet tal-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika f’dan il-każ.

11.6.   Konklużjoni dwar il-kontinwità ekonomika bejn Siremar f’EA u SNS

(542)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li l-prezz tat-trasferiment, it-twaqqit tiegħu u l-identità tas-sidien ma jippreżentaw l-ebda indikazzjoni ta’ kontinwità ekonomika. anke jekk l-ambitu tat-tranżazzjoni u l-loġika ekonomika tagħha fihom xi elementi li jissuġġerixxu li jista’ jkun hemm kontinwità ekonomika, għal dawk il-kriterji, il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe element ta’ kontinwità potenzjali huwa mmotivat miċ-ċirkostanzi speċifiċi ħafna ta’ din it-tranżazzjoni, jiġifieri r-raggruppament tat-trasferiment tal-assi u tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku fi proċedura unika, id-daqs tat-tranżazzjoni u l-liġijiet ġeneralment applikabbli dwar ix-xogħol. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ ċirkomvenzjoni għal obbligu ta’ rkupru. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkonkludi li b’mod ġenerali ma hemm l-ebda kontinwità ekonomika bejn Siremar u SNS. Dan ifisser ukoll li l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat mogħtija lil Siremar ma għandux jiġi estiż għal SNS,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kumpens mogħti lil Siremar u l-prijorità tal-irmiġġ mogħtija għall-forniment ta’ servizzi marittimi skont il-Konvenzjoni inizjali, kif estiżi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-30 ta’ Lulju 2012, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Bl-eċċezzjoni tal-għajnuna mill-Istat mogħtija għall-operat tar-rotot D1 (Trapani – Pantelleria), D4 (Porto Empedocle – Linosa – Lampedusa), D5 (Palermo – Ustica), ALD/1 (Palermo – Ustica), l-għajnuna ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija kompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

1.   L-estensjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ mit-28 ta’ Awwissu 2011 sat-18 ta’ Settembru 2012 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-għajnuna mill-Istat ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu – li tammonta għal EUR 15 121 838,33 – hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 3

1.   L-eżenzjoni mit-taxxi indiretti fuq it-trasferiment tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-għajnuna mill-Istat ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.

2.   Il-ħlas minn SNS ta’ tariffa fissa għar-reġistrazzjoni tal-kuntratt għax-xiri tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar skont il-Liġi tal-2010, minflok it-tariffa normalment dovuta skont il-liġi nazzjonali, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil SNS skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-għajnuna mill-Istat ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.

3.   L-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva tar-rikavat mill-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil SNS tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-għajnuna mill-Istat ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.

4.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu hija inkompatibbli mas-suq intern.

5.   Fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għadha ma ħallsitx l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4

1.   L-għoti tal-Konvenzjoni l-ġdida għall-perjodu mill-11 ta’ April 2016 sal-11 ta’ April 2028, raggruppata mal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar u mal-prijorità tal-irmiġġ, lil SNS ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

2.   Il-possibbiltà li jintużaw ir-riżorsi tal-Fondo Aree Sottoutilizzate biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ likwidità, kif stabbilit mil-Liġi tal-2010, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

3.   Il-possibbiltà li jintużaw, fuq bażi temporanja, ir-riżorsi finanzjarji diġà impenjati għall-ammeljorament u l-immodernizzar tal-flotta, sabiex ikopru l-ħtiġijiet urġenti ta’ likwidità, kif stabbilit mil-Liġi tal-2010, ma kinitx sfruttata sa fejn hija kkonċernata Siremar. Għalhekk, din ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lil Siremar skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

Artikolu 5

1.   L-Italja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikoli 2 u 3 mill-benefiċjarji, sa fejn tkun tħallset.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħax mid-data li fiha jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru attwali tagħhom.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u mar-Regolament (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   Abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-benefiċjarju diġà ħallas lura l-kapital tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 2 u parti mill-imgħax ta’ rkupru.

5.   L-Italja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 5 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   L-Italja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

1.   Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

—

l-ammont totali (kapital u mgħax ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarji;

—

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni;

—

dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jroddu lura l-għajnuna.

2.   L-Italja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 6 tkun irkuprata għalkollox. Hija għandha tissottometti minnufih, fuq talba sempliċi mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk ippjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u mgħaxijiet diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Il-Kummissjoni tista’ tippubblika l-ammonti tal-għajnuna u tal-imgħax tal-irkupru rkuprati b’applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, mingħajr ħsara għall-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU C 28, 1.2.2012, p. 18 u ĠU C 84, 22.3.2013, p. 58.

(2)   ĠU C 306, 23.10.1999, p. 2. L-eks Tirrenia Group kien jikkonsisti fil-kumpaniji Tirrenia di Navigazione S.p.A., Adriatica S.p.A., Caremar – Campania Regionale Maritima S.p.A., Saremar – Sardegna Regionale Marittima S.p.A., Siremar – Sicilia Regionale Marittima S.p.A., u Toremar – Toscana Regionale Marittima S.p.A.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/851/KE tal-21 ta’ Ġunju 2001 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-kumpanija tat-tbaħħir Tirrenia di Navigazione mill-Italja (ĠU L 318, 4.12.2001, p. 9).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE tas-16 ta’ Marzu 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpaniji tat-tbaħħir Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Tirrenia Group) (ĠU L 53, 26.2.2005, p. 29).

(5)  B’mod partikolari: Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar.

(6)  Il-Kawżi Magħquda T-265/04, T-292/04 u T-504/04 Tirrenia di Navigazione vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:48.

(7)   ĠU C 28, 1.2.2012, p. 18.

(8)  L-emendi kollha kienu jikkonċernaw miżuri favur Saremar.

(9)   ĠU C 84, 22.3.2013, p. 58.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/261 tat-22 ta’ Jannar 2014 dwar il-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C), SA.32016 (2011/C) implimentati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar (ĠU L 49, 22.2.2018, p. 22).

(11)  Matul l-2019 u l-2020 saru diversi skambji informali addizzjonali, bħal emails u konferenzi bit-telefon, bejn il-Kummissjoni u l-Italja.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 64/99 (ex NN 68/99) implimentata mill-Italja għall-kumpaniji tat-tbaħħir Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Tirrenia Group) (ĠU L 332, 12.10.2020, p. 1).

(13)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Qafas Ewropew għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1412 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (11/C) (ex 11/NN) implimentati mill-Italja għal Tirrenia di Navigazione u l-akkwirenta tagħha Compagnia Italiana di Navigazione (ĠU L 332, 12.10.2020, p. 45).

(15)  Fintecna hija kompletament proprjetà tal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi (“il-Ministeru tal-Ekonomija”) u hija speċjalizzata fil-ġestjoni tal-proċessi ta’ parteċipazzjoni azzjonarja u privatizzazzjoni, kif ukoll fl-indirizzar ta’ proġetti għar-razzjonalizzazzjoni u r-ristrutturar ta’ kumpaniji li qed jiffaċċjaw diffikultajiet industrijali, finanzjarji jew organizzattivi.

(16)  Dan it-trasferiment ġie fformalizzat fl-1 ta’ Ġunju 2011.

(17)  L-Artikolu 19-ter, il-paragrafu 10 tad-Digriet Amministrattiv 135/2009.

(18)  Dan l-ammont ġie diżaggregat f’EUR 19 839 226, mogħtija minn Campania, u EUR 10 030 606 mogħtija minn Lazio.

(19)  Matul din id-deċiżjoni, l-espressjoni “obbligi ta’ servizz pubbliku” jenħtieġ li tinftiehem b’mod ġenerali, mingħajr ma tiġi interpretata skont it-tifsira speċifika tal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (ara n-nota 61 f’qiegħ il-paġna) u tat-Taqsima 9 tal-Linji Gwida Marittimi (ara n-nota 110 f’qiegħ il-paġna), jiġifieri bħala obbligi ta’ servizz pubbliku bħala alternattiva għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku, jiġifieri mingħajr remunerazzjoni mill-Istat. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Siremar, CdI jew SNS kienu jinvolvu remunerazzjoni mill-Istat.

(20)  Dan jinkludi l-ħlas differit minn CIN ta’ parti mill-prezz tax-xiri għall-akkwiżizzjoni minnha tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia u diversi allegati miżuri ta’ għajnuna addizzjonali fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (eż. kontrogaranzija u żieda fil-kapital mill-Istat għal CdI).

(21)  Il-miżura 7 ġiet ivvalutata fid-Deċiżjoni tal-2014, bl-eċċezzjoni tal-proġett “Bonus Sardo – Vacanza”.

(22)  Id-Digriet tal-2004 ivvalida ċerti bidliet għall-pjan ta’ ħames snin ta’ Tirrenia għall-perjodu 2000-2004 u kien jinkludi dispożizzjonijiet għal kumpaniji oħrajn ta’ Tirrenia Group, inkluża Siremar.

(23)  Lanċa: Milazzo – il-Gżejjer Eoliċi – Napli; Milazzo – il-Punent u l-Lvant ta’ Eolie u l-konnessjonijiet bejn il-gżejjer; Milazzo-Eolie (il-gżejjer ewlenin), ibbażati f’Milazzo; Milazzo-Eolie (il-gżejjer ewlenin), ibbażati f’Lipari. Veloċità għolja: Milazzo – il-Punent u l-Lvant ta’ Eolie u l-konnessjonijiet bejn il-gżejjer; Milazzo-Eolie (il-gżejjer ewlenin) u l-konnessjonijiet bejn il-gżejjer, ibbażati f’Milazzo; il-konnessjonijiet bejn il-gżejjer, ibbażati f’Lipari; Milazzo-Eolie u l-konnessjonijiet bejn il-gżejjer, ibbażati f’Lipari.

(24)  Lanċa: Palermo – Ustica. Veloċità għolja: Ustica – Palermo.

(25)  Din iċ-ċifra hija l-ammont imħallas lil Siremar sat-trasferiment tas-sjieda tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar lil CdI. Għall-bqija tal-2012, CdI tħallset EUR 23 346 079. B’hekk, il-kumpens totali mħallas għall-2012 kien jammonta għal EUR 55 694 895, u b’hekk jirrispetta l-limitu massimu tal-kumpens stabbilit mil-Liġi tal-2009.

(26)  Bejn l-1988 u l-1994, ma kien hemm l-ebda pagament ieħor u l-bilanċ kien dovut sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena.

(27)  CIPE tfisser Comitato Interministeriale per la Programmazione Economica.

(28)   Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana, Nru 50 tat-28 ta’ Frar 2008.

(29)  Skont l-Artikolu 1, l-ittra 999 tal-Liġi Nru 296 tas-27 ta’ Diċembru 2006 u l-Artikolu 1, l-ittra e) tad-Digriet Amministrattiv 430/1997.

(30)  Ir-rata ta’ redditu mixtieqa għal investitur ta’ ekwità minħabba l-profil tar-riskju tal-kumpanija u l-flussi ta’ flus assoċjati.

(31)   ĠU C 102, 2.4.2011, p. 1.

(32)   ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(33)  Ara l-premessa (32) għal aktar sfond dwar l-użu tat-terminu “fergħa kummerċjali” f’dan il-kuntest.

(34)  The Financial Times, Il Corriere della Sera, Il Sole 24 Ore, La Repubblica, Il Giornale, Il Mattino, Il Giornale di Sicilia, La Sicilia u La Gazzetta del Sud.

(35)  Delloyd, Naftemporiki, Fairplay, Lloyd’s List u Tradewinds.

(36)  Dik il-parti kienet D.B. Real Estate 2 S.r.l.

(37)  Bħalissa parti minn Caronte & Tourist Group.

(38)  Aktar tard biddlet isimha għal Sicilia Occidentale Marittima S.r.l.

(39)  Aktar tard żdied għal 65,32 %.

(40)  Fit-13 ta’ April 2016, Ustica Lines biddlet isimha għal Liberty Lines.

(41)  Fl-1 ta’ Settembru 2016, SNS inqasmet bejn Caronte & Tourist, li topera r-rotot tas-servizzi mħalltin tal-Konvenzjoni l-ġdida, u Liberty Lines, li topera r-rotot tal-passiġġieri biss tal-Konvenzjoni l-ġdida. Bħalissa, kull kumpanija qed topera l-linji rispettivi b’mod awtonomu, b’SNS S.p.A. issir SNS Società Consortile per Azioni u sempliċiment taġixxi bħala ċentru ta’ koordinazzjoni għar-relazzjonijiet mal-awtoritajiet Taljani u Sqallin.

(42)  L-ittra ta’ konfort hija l-wegħda li jinħareġ kuntratt ta’ garanzija formali (“ fidejussione ”) fil-ġejjieni, taħt ċerti ċirkostanzi. Madankollu, l-ittra ta’ konfort ta’ Unicredit torbot lill-mittent u, għalhekk, tista’ titqies bħala garanzija skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat.

(43)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(44)  B’mod partikolari, id-Deċiżjoni 5172/2012 annullat l-awtorizzazzjoni mill-Ministeru lill-Kummissarju Straordinarju biex jagħti l-fergħa kummerċjali lil CdI.

(45)  CdI appellat ukoll għad-Deċiżjoni 592/14, kemm għal retrazzjoni mis-CdS innifsu (miċħuda fl-4 ta’ Lulju 2014), kif ukoll għal annullament mill-Corte di Cassazione (miċħuda fit-12 ta’ Jannar 2016, bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fl-4 ta’ Frar 2016).

(46)  Dik kienet id-data meta l-konsulent finanzjarju stieden lil CdI u SNS jissottomettu offerta inkrementali finali, bħala riżultat tal-aċċettazzjoni tal-garanzija (u tal-kontrogaranzija) sottomessa minn CdI fil-5 ta’ Awwissu 2011 minn Siremar f’EA (ara l-premessa (88)).

(47)  EUR 34,6 miljun, flimkien mal-imgħax u l-inflazzjoni.

(48)  Il-kuntratt ta’ bejgħ preċedenti konkluż bejn Siremar f’EA u CdI għandu dispożizzjonijiet u kundizzjonijiet simili ħafna. Il-biċċa l-kbira tad-differenzi bejn il-kuntratti huma riżultat tal-kuntest differenti għat-trasferiment, notevolment il-prezz u t-twaqqit differenti.

(49)  Id-drittijiet tal-privattivi u tal-proprjetà intellettwali; konċessjonijiet, liċenzji, trademarks u drittijiet simili; assi intanġibbli oħrajn.

(50)  Sistemi u makkinarju; tagħmir industrijali u kummerċjali; assi tanġibbli oħrajn.

(51)  Ecorys ikkalkolat dan il-valur bħala d-differenza bejn il-kostijiet imġarrba għat-tkeċċija tal-membri tal-persunal kollha u l-valur nett aġġustat tal-assi tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar. L-analiżi wasslet għal valutazzjoni tal-valur tal-likwidazzjoni tal-assi ta’ Siremar ta’ EUR – 0,3 miljun. Il-kostijiet relatati mal-għoti tas-sensji, li jammontaw għal EUR 36,6 miljun, ikkumpensaw aktar mill-valur fis-suq tal-assi netti aġġustati.

(52)  Ecorys innotat li filwaqt li tali estensjoni ma tistax tiġi eskluża, l-inċertezzi u n-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar il-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe tiġdid futur għamluha raġonevoli li jiġi vvalutat il-valur tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, irrispettivament minn kwalunkwe estensjoni futura possibbli tar-reġim tas-servizz pubbliku.

(53)  Ecorys tqis li dan il-proporzjon jindika jekk il-kost lavorattiv għandux inċidenza sinifikanti fil-baġit tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar, meta mqabbla ma’ kumpaniji simili.

(54)  Ecorys tqis li dan il-proporzjon jindika jekk il-kost lavorattiv tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar huwiex sproporzjonat meta mqabbla ma’ kumpaniji simili.

(55)  Matul din id-deċiżjoni, it-terminu “l-eqqel staġun” jindika s-sajf, filwaqt li t-terminu “staġun kwiet” jindika l-bqija ferm itwal tas-sena.

(56)  Kif stabbilit mill-paragrafu 13-bis tal-Artikolu 19 tad-Digriet Amministrattiv 78/2009, ikkonvertit fil-Liġi 102/2009 (“il-Liġi 102/2009”), u mill-paragrafu 19 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009.

(57)  Il-fondi kollha (jiġifieri EUR 7 000 000) ipprovduti mill-paragrafu 19 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009 u EUR 16 750 000 mill-fondi pprovduti mil-Liġi 102/2009.

(58)  Dawn l-istandards tas-sikurezza ġew spjegati fid-dettall fid-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta’ Marzu 1998, trasposta fil-liġi Taljana bid-Digriet Amministrattiv Nru 45 tal-4 ta’ Frar 2000, u fid-Direttiva 2003/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003, trasposta fil-liġi Taljana bid-Digriet Amministrattiv Nru 52 tat-8 ta’ Marzu 2005 u fid-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, trasposta fil-liġi Taljana bid-Digriet Amministrattiv Nru 65 tal-14 ta’ Marzu 2005.

(59)  Il-FAS huwa fond nazzjonali li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika Reġjonali Taljana.

(60)   Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana, Nru 137 tas-16 ta’ Ġunju 2009.

(61)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), ĠU L 364 tat-12.12.1992. Il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu ma jirrikjedix li l-Istati Membri jipprivatizzaw il-kumpaniji tat-trasport marittimu tagħhom iżda jilliberalizzaw biss dan is-suq speċifiku.

(62)  L-ittra ta’ avviż formali ġiet adottata fit-28 ta’ Jannar 2010, iżda ġiet innotifikata lill-Italja biss l-għada.

(63)  anke jekk it-trasferiment formali tas-sjieda ta’ Tirrenia, Toremar u Siremar seħħ biss fl-2012.

(64)  Ara s-Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans, ECLI:EU:C:2003:415.

(65)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).

(66)  Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

(67)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(68)  Għal deskrizzjoni dettaljata tal-kriterju, ara l-premessa (303)(d).

(69)  L-Italja rreferiet ukoll b’mod estensiv għall-kummenti tal-Amministrazzjoni Straordinarja, ippreżentati fit-Taqsima 5.1.

(70)  Ara l-Kawża C-205/99 Analir et, ECLI:EU:C:2001:107, il-punti 27-28.

(71)  L-Italja rreferiet b’mod partikolari għall-premessi 105-110 u 123-153 tad-Deċiżjoni tal-2004.

(72)  B’mod partikolari, ġew organizzati żewġ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti: proċedura waħda għal-laneċ veloċi Aries, Taurus, Capricorn, Scorpio u Scatto ta’ Tirrenia u għal-lanċa veloċi Guizzo ta’ Siremar; u proċedura separata għall-bastiment bil-mutur Domiziana ta’ Tirrenia.

(73)  Mill-2010, il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar kienet tinkludi 18-il bastiment u kważi 500 impjegat.

(74)  B’mod partikolari, dawn id-differenzi jikkonċernaw ir-rati mingħajr riskju u r-rati ta’ riskju tas-suq, il-betas u l-kost tad-dejn. Pereżempju, Banca Profilo uża r-rati tal-bonds tal-gvern Taljan ta’ 10 snin bħala r-rata mingħajr riskju minn meta l-fergħa kummerċjali ta’ Siremar bdiet topera esklussivament fl-Italja. Madankollu, Ecorys użat ir-rati aktar baxxi tal-bonds tal-gvern Ġermaniż li però, skont Banca Profilo, jissottovalutaw il-kost tal-kapital tal-fergħa kummerċjali. Barra minn hekk, għall-Primjum tar-Riskju tas-Suq, kemm Ecorys kif ukoll Banca Profilo użaw dak għall-Italja, iżda dan tal-aħħar żied Riskju Speċifiku ta’ 1 % marbut mal-fatt li Siremar topera biss fi Sqallija, li jkun aktar riskjuż mill-medja tal-Italja.

(75)  Billi l-ittra ta’ konfort maħruġa minn Unicredit ma semmietx l-eżistenza ta’ xi kontrogaranzija.

(76)  Il-Kummissjoni tinnota li kien hemm lakuni f’din id-data marbuta mal-litigazzjoni nazzjonali u ż-żewġ għotjiet tal-fergħa kummerċjali (b’mod partikolari, iċ-ċifri għall-2015 ma kinux ivvalidati minn konsulent estern u ma ġiet ipprovduta l-ebda data għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ April 2016).

(77)  F’dawk l-ittri, il-kumpaniji sostnew li l-ammonti ta’ kumpens għas-servizz pubbliku stabbiliti mil-Liġi tal-2009 ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-kostijiet netti tas-servizz, minħabba ż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt. Fl-ittra ta’ Ġunju 2010, l-ammont kien għadu meqjus bħala suffiċjenti “għal dak iż-żmien” għal Siremar, iżda diġà kien hemm lakuna pproġettata ta’ EUR 23,1 miljun għal Tirrenia.

(78)  Permezz ta’ ittra tal-Kontabilista Ġenerali tar-Reġjun.

(79)  Fit-3 ta’ Frar 2012, Unicredit irritornat il-kontrogaranzija ta’ CdI lil Sqallija u kkonfermat li l-garanzija tagħha stess ma kinitx marbuta mal-kontrogaranzija minn Sqallija. Il-garanzija mbagħad daħlet fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2012, meta ġie ffinalizzat il-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar.

(80)  C11320 – Compagnia delle Isole/Ramo di azienda di Tirrenia di Navigazione (Siremar), Provvedimento n. 23023 del 23 novembre 2011.

(81)  Siremar f’EA tirreferi b’mod partikolari għas-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2005 fil-Kawża T-17/02 Fred Olsen, SA, ECLI:EU:T:2005:218, il-punt 215.

(82)  Siremar f’EA tirreferi għas-sentenzi tal-10 ta’ Mejju 2005 fil-Kawża C-400/99 L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2005:275; u tal-4 ta’ Marzu 2009 fil-Kawżi Magħquda T 265/04, T 292/04 u T 504/04 Tirrenia di Navigazione vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:48.

(83)  Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li fuq rotta waħda (ALC/2), l-għadd medju ta’ passiġġieri fl-2010 u fl-2011 kien ta’ 300 357,5.

(84)  Ara: http://www.tirreniadinavigazioneamministrazionestraordinaria.it/ (ikkwotat mill-kumpanija), kif ukoll http://www.siremar-in-as.it/.

(85)  Is-Sentenza tat-28 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-282/08, Grazer Wechselseitige Versicherung AG vs Il-Kummissjoni Ewropea (ECLI:EU:T:2012:91).

(86)  SNS ressqet ukoll ilment kontra l-proċedura tal-bejgħ tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar fit-30 ta’ Jannar 2012 li kienet irreġistrata taħt il-każ numru SA.34292.

(87)  Il-Ministeru tat-Trasport irrifjuta l-pretensjonijiet ta’ NGI, madankollu, din tal-aħħar ma waqqgħethomx u minflok talbet lill-Ministeru biex jissospendi l-ħlas tal-kumpens għal madwar EUR 55 miljun fis-sena. SNS ma pprovdietx dik il-korrispondenza u ma pprovdietx dettalji dwar is-segwitu, jekk kien hemm.

(88)  Sqallija kellha rappreżentant fuq il-Bord ta’ Tmexxija ta’ Unicredit, u Unicredit amministrat il-fondi tat-teżor u tal-pensjoni ta’ Sqallija.

(89)  Tabilħaqq, tlieta biss minn dawn il-gżejjer għandhom skola sekondarja u tnejn biss għandhom sptar (wieħed minn dawn l-isptarijiet ma għandux sala tal-ġinekoloġija u tal-ostetrija).

(90)  Pan Med ipprovdiet l-eżempju ta’ kalkolu tal-kostijiet u tad-dħul fuq ir-rotta ta’ Ravenna – Catania fl-2010, li kien jirriżulta fi profitt ta’ EUR 8,3 miljun u, b’hekk, f’kumpens żejjed lill-operatur tagħha Tirrenia. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-paragrafu 259 u fin-nota 91 f’qiegħ il-paġna tad-deċiżjoni ta’ Tirrenia/CIN tal-2020 li, billi Tirrenia kienet irreġistrat telf fuq din ir-rotta fl-2010, ma kien hemm l-ebda ħtieġa li din il-pretensjoni mhux issostanzjata tiġi vvalutata aktar.

(91)  Pan Med ipprovdiet ftit ittri mibgħuta lill-awtoritajiet muniċipali u tal-port lokali, li fihom talbet il-permessi meħtieġa biex tibda topera din ir-rotta.

(92)  Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(93)  Il-Kawża C-205/99 Analir et, ECLI:EU:C:2001:107.

(94)  Jiġifieri Vulcano, Panarea, Stromboli, Filicudi u Alicudi.

(95)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(96)  Fil-każ ta’ CdI, ir-rotot kollha jiġu operati matul is-sena kollha.

(97)  Dan kien jinkludi l-għadd ta’ persunal tal-ekwipaġġ, kif ukoll l-għadd ta’ persunal ġenerali u fuq l-art allokat għal kull rotta.

(98)  CdI pprovdiet ukoll informazzjoni dwar il-proċedimenti fit-tribunali amministrattivi fl-Italja u informat lill-Kummissjoni li hija kienet appellat għad-Deċiżjoni 592/14 minn CdS fil-Corte di Cassazione (ara l-premessa (96) u n-nota 45 f’qiegħ il-paġna).

(99)  Dawn kienu: is-Sottosegretarju għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku, il-Ministeru tat-Trasport, ir-Reġjun, Siremar f’EA, SNS u CdI.

(100)  Il-kumpanija rreferiet għas-sentenzi tal-20 ta’ Settembru 2001 fil-Kawża C-390/98 Banks (ECLI:EU:C:2001:456) u tad-29 ta’ April 2004 fil-Kawża C-277/00 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (ECLI:EU:C:2004:238).

(101)  Iż-żewġ kundizzjonijiet kienu: CdI kellha tirbaħ l-offerta għall-fergħa kummerċjali u l-kuntratt tal-bejgħ kellu jiġi ffirmat sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(102)  Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li CdI bħalissa tinsab f’likwidazzjoni u hija inattiva. Għalhekk, l-investigazzjoni dwar kwalunkwe għajnuna mogħtija lilha tkun mingħajr skop (ara l-premessi (408) u (413)).

(103)  Ara s-Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans, ECLI:EU:C:2003:415.

(104)   ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(105)  Ara, b’mod partikolari, il-Kawża 730/79 Philip Morris vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1980:209, il-punt 11; Il-Kawża C-53/00 Ferring, ECLI:EU:C:2001:627, il-punt 21; Il-Kawża C-372/97 L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2004:234, il-punt 44.

(106)  Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1998:77.

(107)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1).

(108)  Il-Kawża C-590/14 P DEI u l-Kummissjoni vs Alouminion tis Ellados, ECLI:EU:C:2016:797, il-punt 45.

(109)  Il-Kawżi Magħquda T-127/99, T-129/99 u T-148/99 Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2002:59, il-punt 175.

(110)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2004) 43 – Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3).

(111)  Ara l-Kawża C-205/99 Analir et, ECLI:EU:C:2001:107.

(112)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), Brussell, COM(2014) 232 final, 22.4.2014.

(113)  Ara l-Kawża T-454/13 SNCM vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2017:134, il-punti 130 u 134.

(114)  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-ħames pakketti ta’ rotot kienu diġà operati b’xi forma ta’ kumpens pubbliku fis-snin ħamsin (1950s).

(115)  L-Italja pprovdiet biss estimi għall-2015, mhux ivvalidati minn konsulent estern kif meħtieġ skont il-Konvenzjoni l-ġdida, u ma pprovdiet l-ebda data għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-15 ta’ April 2016, billi CdI kienet qed tħejji għar-ritorn tal-fergħa kummerċjali lil Siremar f’EA, u għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u t-30 ta’ Lulju 2012, billi Siremar f’EA kienet qed topera l-obbligi ta’ servizz pubbliku.

(116)  Bħala illustrazzjoni, Table 5 tinkludi din l-istatistika rotta b’rotta għall-2019. Għal raġunijiet ta’ sinteżi, il-Kummissjoni ma tirrapportax iċ-ċifri għas-snin l-oħrajn kollha li matulhom CdI jew SNS operaw is-servizz.

(117)  L-għadd totali ta’ passiġġieri diviż bl-għadd totali ta’ vjaġġi bir-ritorn fil-perjodu.

(118)  L-ammont totali ta’ merkanzija (f’metri lineari) diviż bl-għadd totali ta’ vjaġġi bir-ritorn fil-perjodu.

(119)  Mill-1 ta’ Settembru 2016, ir-rotta nbidlet f’żewġ servizzi addizzjonali “ALC/2” (l-ewwel komponent) u “ALC/2 bis” (ritorn).

(120)  Iċ-ċifri għall-2015 ma ġewx ivvalidati minn konsulent estern bħal għas-snin l-oħrajn, iżda tħejjew ex post mill-awtoritajiet Taljani bl-użu tad-dokumentazzjoni minn CdI.

(121)  L-Italja ma pprovdiet l-ebda data għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ April 2016. L-Italja ssostni li din l-istatistika ma nġabritx, minħabba li f’dak iż-żmien CdI kienet qed tħejji t-trasferiment tal-fergħa kummerċjali lura lil Siremar f’EA.

(122)  Ara l-Kawża C-205/99 Analir et, ECLI:EU:C:2001:107, il-punt 71.

(123)  Ara l-premessa 135 tad-Deċiżjoni tal-2004.

(124)  Ara l-premessi 101 – 103 u 201 tad-Deċiżjoni tal-2012.

(125)  Billi s-servizzi offruti mill-operaturi l-oħrajn huma lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni mhux se tikkummenta dwar jekk is-servizzi tagħhom jikkostitwixxux SGEI ġenwin.

(126)  Għad-dettalji dwar ir-rotot u l-frekwenzi, ara Table 3. Dawn il-frekwenzi kienu fil-biċċa l-kbira l-istess matul il-perjodu ta’ estensjoni (2009-2012), b’differenzi żgħar biss fuq ftit rotot individwali u/jew perjodi tas-sena.

(127)  Ara n-nota 112 f’qiegħ il-paġna.

(128)  L-iskeda tar-rotot individwali f’pakkett tista’ tinbidel ukoll maż-żmien – ara n-nota 119 f’qiegħ il-paġna.

(129)  Innota li mill-1 ta’ Settembru 2016, SNS bdiet topera biss erba’ rotot differenti ta’ veloċità għolja (ara n-nota 119 f’qiegħ il-paġna).

(130)  Matul il-perjodu ta’ estensjoni, l-erba’ rotot ta’ veloċità għolja ġew raggruppati fi tnejn għal finijiet ta’ rapportar.

(131)  Bħalissa soġġett għall-koordinazzjoni u l-kontroll minn Caronte & Tourist Group.

(132)  Għall-perjodu mill-11 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru 2016, SNS irrapportat riżultati pożittivi fuq il-linji ALC/6 u ALD/3 bis. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li għal parti sinifikanti mill-istaġun kwiet tal-2016 (mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ April), meta r-rotot tipikament ma jkunux profittabbli, CdI kienet qed topera s-servizz. Għalhekk, il-fatt li SNS ma kinitx qed topera s-servizz f’dak il-perjodu x’aktarx ippreġudika r-riżultati finanzjarji ta’ dawn ir-rotot għall-2016.

(133)  B’mod partikolari, dan kien jikkonċerna lil Minoan Lines Shipping, La Méridionale, Moby, Grandi Navi Veloci, Liberty Lines (li qabel kienet magħrufa bħala Ustica Lines), Grimaldi Group, Corsica Ferries, SNAV u Caronte & Tourist. Il-kumpaniji ta’ dak li kien Tirrenia Group (eż. Caremar, Toremar) ġew esklużi mill-grupp ta’ referenza. Il-grupp ta’ referenza jinkludi ż-żewġ kumpaniji li aktar tard joperaw il-Konvenzjoni l-ġdida – Liberty Lines (li qabel kienet magħrufa bħala Ustica Lines) u Caronte & Tourist – taħt l-impriża konġunta SNS. Madankollu, f’dak iż-żmien, dawk iż-żewġ kumpaniji kienu qed joperaw servizzi differenti, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni inizjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma eskludithomx mill-grupp ta’ referenza.

(134)  Il-Kummissjoni tfakkar li l-2009 kienet l-aħħar sena meta Siremar kienet topera fuq termini normali (jiġifieri kienet għadha ma daħlitx fl-amministrazzjoni straordinarja).

(135)  F’dawk is-snin, il-kapital nett investit kull sena minn CdI u SNS kien jammonta għal medja ta’ EUR 33,8 miljun.

(136)  Bl-eċċezzjoni tal-2015 u l-ewwel xhur tal-2016 (ara n-noti 120 u 121 f’qiegħ il-paġna). Filwaqt li l-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-Italja ma pprovdietx din id-data, hija tinnota li dan jaffettwa biss l-aħħar perjodu meta CdI kienet qed topera s-servizz, filwaqt li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija ffokata fuq SNS, kif spjegat fil-premessa (295).

(137)  Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(138)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(139)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(140)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(141)  Tabilħaqq, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/17/KE jagħmilha ċara li huma biss is-servizzi tat-trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, bi trammijiet, bit-trolley bus, bil-karozza tal-linja jew bil-kejbil li huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

(142)  Skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/18/KE.

(143)  L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2004/18/KE jaqra: “ “Konċessjoni tas-servizz” huwa kuntratt tal-istess tip bħal kuntratt għas-servizz pubbliku minbarra l-fatt illi l-kunsiderazzjoni għall-forniment tas-servizzi jikkonsisti jew waħdu fid-dritt li jisfrutta s-servizz jew f’dan id-dritt kif ukoll bi ħlas.”

(144)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.

(145)  Fin-nota 146 f’qiegħ il-paġna tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna, il-Kummissjoni tosserva li l-Qrati tal-Unjoni spiss jirreferu, fil-kuntest ta’ għajnuna mill-Istat, għal proċedura tal-offerti “miftuħa”. Madankollu, l-użu tal-kelma “miftuħa” ma jirreferix għal proċedura speċifika skont id-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kelma “kompetittiva” tidher aktar xierqa, mingħajr ma għandha l-intenzjoni li tiddevja mill-kundizzjonijiet sostantivi stabbiliti fil-ġurisprudenza.

(146)  B’mod partikolari, id-Digriet Amministrattiv 134/2008.

(147)  Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (373), l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/18/KE ma kienx japplika għal din l-offerta. Għalhekk, l-Italja fil-fatt ma kellha l-ebda obbligu li tipprovdi kriterji tal-għażla fis-sejħa.

(148)  Il-Kummissjoni tirrimarka li l-Italja lanqas ma kienet obbligata tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-assi eżatti għall-bejgħ u tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku l-ġdid fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, minħabba li l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/18/KE ma kienx applikabbli għal din il-proċedura tal-offerti.

(149)  Barra minn hekk, billi l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/18/KE ma kienx applikabbli għal din il-proċedura tal-offerti, l-Italja lanqas ma kienet obbligata li tiddeskrivi fis-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess kif jiġu organizzati l-fażijiet sussegwenti tal-proċedura tal-offerti.

(150)  Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012, Land Burgenland u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-268/08 u T-281/08, ECLI:EU:T:2012:90, il-punt 87.

(151)  L-Artikolu 63(2) tad-Digriet Amministrattiv 270/1999 jirrikjedi li kwalunkwe akkwirent potenzjali ta’ fergħa kummerċjali ta’ kumpanija kbira f’amministrazzjoni straordinarja jrid jimpenja ruħu li jżomm il-livell tal-forza tax-xogħol (jiġifieri, l-għadd ta’ ħaddiema) u li jkompli l-attivitajiet kummerċjali għal mill-inqas sentejn wara l-akkwiżizzjoni.

(152)  Ħlief f’ċirkostanzi speċifikati sewwa.

(153)  Kif miftiehem mat-trade unions f’Novembru 2011, fil-prattika dan kien jammonta għall-impjegati kollha tal-fergħa kummerċjali fiż-żmien tal-iffirmar tal-kuntratt tal-bejgħ.

(154)  Abbozz ta’ dan il-kuntratt sar disponibbli fil-kamra tad-data għall-offerenti kollha. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu kienu diġà stabbiliti fl-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009.

(155)  Ferrando & Massone Srl.

(156)  Tabilħaqq, ir-rapport ta’ Ferrando & Massone Srl qies li tnejn mill-bastimenti ma kellhom l-ebda valur finanzjarju.

(157)  Dan għaliex meta bastiment ikun għadu mhux fi tmiem il-ħajja utli tiegħu, il-valur tiegħu għall-finijiet tat-trasport marittimu jkun ogħla mill-valur tal-iskreppjar tiegħu. Fix-xenarju li fih il-bastimenti jinbiegħu separatament, huwa probabbli li tal-anqas uħud mill-vapuri jkollhom jinbiegħu bil-valur tal-iskreppjar tagħhom. Għalhekk, permezz tar-raggruppament tal-bastimenti mal-kuntratt tas-servizz pubbliku, il-bastimenti kollha li huma tajbin għan-navigazzjoni jistgħu jibqgħu joperaw u, b’hekk, jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla mill-valur tal-iskreppjar tagħhom.

(158)  Ara b’mod aktar speċifiku t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-mistoqsija 68 fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tagħha “Gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-suq intern għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali” tad-29 ta’ April 2013 (ara: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/overview/new_guide_eu_rules_procurement_mt.pdf).

(159)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.42710, SGEI – konnessjoni marittima rapida tal-passiġġieri bejn Messina u Reggio Calabria – l-Italja (ĠU C 40, 2.2.2018, p. 4).

(160)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.42366, Kumpensi għas-servizz pubbliku mogħtija lil bpost matul il-perjodu 2016-2020 – il-Belġju (ĠU C 341, 16.9.2016, p. 5).

(161)  L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikolu 1(9)(a) tad-Direttiva 2004/17/KE.

(162)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.22843, Id-delegazzjoni tas-servizz pubbliku ta’ Korsika 2007-2013 mogħtija lil SNCM u CMN (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 20).

(163)  Ara wkoll id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-ebda skop, bħal Mines de potasse d’Alsace (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 20) u Ducatt (il-Kawża SA.39990, li għadhom ma ġewx ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea).

(164)  Il-Kawża C-385/18 Arriva Italia, ECLI:EU:C:2019:1121, il-punt 36.

(165)  L-awtoritajiet Taljani nnotifikaw biss il-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti skont il-Konvenzjoni l-ġdida, li l-Kummissjoni sabet li ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (ara l-premessa (9)). Barra minn hekk, Siremar f’EA sostniet li l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Siremar skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali jkun kompatibbli u eżentat min-notifika skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011. Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk dan kienx tabilħaqq il-każ fit-taqsima 8.3.1.

(166)  Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tinnota d-dispożizzjoni tranżizzjonali li tinsab fl-Artikolu 10(a) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011, li abbażi tagħha kwalunkwe skema ta’ għajnuna li ġiet implimentata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Deċiżjoni (jiġifieri qabel il-31 ta’ Jannar 2012), li kienet kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika f’konformità mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, għandha tkompli tkun kompatibbli u eżentata għal perjodu ulterjuri ta’ sentejn (jiġifieri, inkluż sat-30 ta’ Jannar 2014). Dan ifisser li l-għajnuna li ngħatat skont skema bħal din fil-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 fid-19 ta’ Diċembru 2005 u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 fil-31 ta’ Jannar 2012 se titqies kompatibbli mas-suq intern, iżda biss mid-data li fiha ngħatat, inkluż sat-30 ta’ Jannar 2014. Fi kwalunkwe każ, għall-għajnuna mogħtija fiż-żmien mill-31 ta’ Jannar 2012 ’il quddiem, id-dispożizzjoni tranżizzjonali tal-Artikolu 10(a) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011 ma hijiex applikabbli u l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà għandha ssir skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011.

(167)   ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(168)  Ara l-paragrafu 140 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar.

(169)  Bl-eċċezzjoni tal-2015 (data mhux ivvalidata minn konsulenti esterni – ara n-nota 120 f’qiegħ il-paġna) u l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ April 2016 (data nieqsa – ara n-nota 121 f’qiegħ il-paġna).

(170)  Għal raġunijiet ta’ qosor, il-Kummissjoni ma tinkludix iċ-ċifri dettaljati f’din id-Deċiżjoni.

(171)  Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2001, l-awtoritajiet Taljani fasslu pjan ta’ ħames snin għal Tirrenia di Navigazione għall-perjodu 2000-2004. Dak il-pjan ġie approvat permezz tad-Digriet Ministerjali tal-20 ta’ Settembru 2001.

(172)  Kif deċiż mill-Konferenza Interministerjali fit-30 ta’ Diċembru 2004. Din id-deċiżjoni estendiet il-perjodu ta’ deprezzament inizjalment previst minn 20 għal 30 sena għal mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma u minn 15 għal 20 sena għal inġenji tal-passiġġieri b’veloċità għolja. Il-Konferenza Interministerjali ġiet stabbilita skont l-Artikolu 11 tal-liġi 856/1986, u kienet tinkludi rappreżentanti mill-Ministeru tat-Trasport, mill-Ministeru tal-Ekonomija, u mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku.

(173)   ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.

(174)  Kif stabbilit fil-premessa (440). Il-legalità tal-għajnuna mogħtija għar-rotot l-oħrajn se tiġi eżaminata aktar fit-Taqsima 8.3.1.8.

(175)  L-awtoritajiet Taljani pprovdew xi informazzjoni relatata ma’ dik is-sena: il-kalkolu tal-ammont ta’ kumpens għall-2009, jiġifieri EUR 67 miljun, li ġie ddeterminat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fil-Konvenzjoni inizjali, u l-kontijiet linja b’linja. Għal dik is-sena, Siremar kienet talbet madwar EUR 72,2 miljun, iżda l-Italja rrifjutat uħud mill-kostijiet proposti, minħabba li ma kinux eliġibbli skont il-metodoloġija applikabbli. L-ammont mogħti ta’ EUR 67 miljun kien jirrappreżenta tnaqqis konsiderevoli mill-ammont ta’ kumpens approvat għall-2008 (jiġifieri EUR 75,4 miljun). L-Italja ċċarat ukoll li l-ROIC ġie kkalkolat għal EUR 2,9 miljun, bl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni inizjali. Dan l-ammont żdied mal-kostijiet totali biex jiġi ddeterminat il-kumpens ta’ EUR 67 miljun.

(176)  F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li dawn l-erba’ rotot instabu li jikkostitwixxu SGEI ġenwin (ara t-Taqsima 8.3.1.2) u li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-obbligi ta’ servizz pubbliku kif stabbiliti mir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni aċċettat l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali ta’ Siremar fid-dawl tal-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ dik il-kumpanija u, għalhekk, l-opinjoni motivata tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2012 ma kinitx tikkonċerna lil Siremar (ara l-premessa (143)).

(177)  anke jekk din l-għajnuna tkun ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, skont il-paragrafu 139 ta’ dawk il-Linji Gwida, meta teżamina l-għajnuna lill-fornituri tal-SGEI f’diffikultà, bħal Siremar, il-Kummissjoni trid tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, irrispettivament mid-data meta tkun ingħatat l-għajnuna. Meta l-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ għajnuna mogħtija lil fornituri tal-SGEI f’diffikultà qabel il-31 ta’ Jannar 2012, tali għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Qafas SGEI tal-2011, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 9, 14, 19, 20, 24, 39 u 60.

(178)  Dan l-ammont kien jinkludi l-imgħax dovut lill-Istat għal ammont ta’ EUR 11 367,51, għall-perjodu bejn it-30 ta’ Ġunju 2011 u l-11 ta’ Lulju 2011.

(179)   Ad abundantiam, fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lil Siremar permezz ta’ dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa, il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, Siremar f’EA la għadha twettaq SGEI u lanqas xi attività ekonomika oħra.

(180)  Il-Kawża C-301/87 Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1990:67, il-punt 41.

(181)  Inċidentalment, il-Kummissjoni tinnota li billi l-fergħa kummerċjali ġiet irritornata lil Siremar f’EA u mbagħad ingħatat lil SNS, flimkien mal-Konvenzjoni l-ġdida, ma hemm l-ebda kwistjoni ta’ kontinwità ekonomika potenzjali bejn CdI u SNS, li huma żewġ partijiet distinti fi proċedura ta’ offerti.

(182)  Is-Sentenza tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-70/72, EU:C:1973:87, il-punt 13.

(183)  Is-Sentenza tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, EU:C:1990:125, il-punt 66.

(184)  Is-Sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65.

(185)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(186)  Il-liġi nazzjonali tirregola l-klassifikazzjoni tat-talba għal għajnuna mill-Istat fl-iskeda tal-obbligazzjonijiet, sakemm il-klassifikazzjoni tkun konformi mal-prinċipju tal-effettività u mal-prinċipju tal-ekwivalenza. Ara l-punt 64 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat, ĠU C 247, it-23.7.2019, p. 1. Fi kwalunkwe każ, it-talba tal-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi kklassifikata anqas mit-talbiet ordinarji mhux garantiti. Ir-reġistrazzjoni finali tat-talba tal-għajnuna mill-Istat twaqqaf ukoll id-dovuti ta’ mgħax addizzjonali tal-irkupru.

(187)  Il-Kawża C-303/88 L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1991:136.

(188)  Il-Kawża T-121/15 Fortischem a.s. vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2019:684, il-punt 208.

(189)  Il-Kawża T-123/09 Ryanair vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:164, il-punt 156.

(190)  Madankollu, kif deskritt fin-nota 41 f’qiegħ il-paġna, SNS bħalissa qed toffri s-servizzi tagħha esklussivament bħala Caronte & Tourist jew bħala Liberty Lines, u mhux għaliha nnifisha (ara, pereżempju, is-sit web ta’ Siremar, http://siremar.it/, li jidderieġi minnufih lill-viżitatur għal wieħed mis-siti web taż-żewġ kumpaniji).

(191)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-punti 94-96.

(192)  Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju 2016-2027 ma kienx jinkludi l-frekwenza fuq il-linji (ara l-premessa (123)). Dan lanqas ma kien jinkludi l-“ixprunaturi” strateġiċi ewlenin tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, li kienu inklużi fil-pjan għas-snin 2011-2022: kuntratti ta’ impjieg ġodda għall-persunal kollu, il-bejgħ fuq l-Internet, l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, l-effiċjenza operazzjonali.