|
7.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10334 — BMW/Daimler/BP/Digital Charging Solutions)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 358/04)
1.
Fis-27 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bayerische Motoren Werke Aktiengesellschaft (il-Ġermanja; flimkien mas-sussidjarji tagħha, “BMW”), |
|
— |
Daimler AG (il-Ġermanja; flimkien mas-sussidjarji tagħha, “Daimler”), |
|
— |
BP Europa SE (il-Ġermanja; flimkien mal-kumpaniji tal-grupp tagħha, “bp”), |
|
— |
Digital Charging Solutions GmbH (il-Ġermanja; flimkien mas-sussidjarja tagħha (2), il-joint venture, “JV”). |
BMW, Daimler u bp jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BMW: Bit-trademarks BMW, MINI, Rolls Royce u BMW Motorrad, BMW hija waħda mill-aktar manifatturi ta’ suċċess tal-karozzi tal-passiġġieri u l-muturi attivi madwar id-dinja, kif ukoll fornitur ta’ servizzi primjum fil-qasam tal-mobilità individwali. Il-karozzi tal-passiġġieri jinkludu vetturi ibridi rikarikabbli u vetturi elettriċi bil-batterija. |
|
— |
Daimler: Daimler hija attiva globalment fl-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-karozzi, primarjament karozzi tal-passiġġieri, trakkijiet, vannijiet u karozzi tal-linja. Fil-grupp Daimler, Mercedes-Benz AG hija responsabbli għan-negozju globali ta’ Mercedes-Benz Cars u Mercedes-Benz Vans u tiffoka fuq l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri (inklużi vetturi ibridi plug-in u vetturi elettriċi bil-batterija), vannijiet u servizzi. Daimler Truck AG tinkludi l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ vetturi kummerċjali. Daimler Mobility AG tiffoka fuq soluzzjonijiet finanzjarji u ta’ mobilità. Is-servizzi jvarjaw minn kiri, lokazzjoni, u offerti ta’ finanzjament għal servizzi innovattivi tal-flotot, assikurazzjoni, pjattaformi ta’ pagament elettroniku u investimenti f’soluzzjonijiet ta’ mobilità fuq il-bażi tal-apps bħal car sharing, Mobility-as a-Service (MaaS) u ride-hailing. |
|
— |
bp: BP Europa SE hija sussidjarja fil-grupp bp. Il-grupp bp, li l-kumpanija prinċipali tiegħu hija BP p.l.c. (UK), hija kumpanija tal-enerġija integrata b’operazzjonijiet fl-Ewropa, l-Amerka ta’ Fuq u t’Isfel, l-Awstralasja, l-Asja u l-Afrika. L-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma jiffukaw fuq erba’ oqsma ta’ negozju: (i) il-produzzjoni u l-operazzjonijiet ta’ idrokarburi (żejt u gass); (ii) klijenti u prodotti (li qed tkabbar fil-konvenjenza u l-offerta ta’ mobilità għall-konsumaturi tal-bp); (iii) gass u enerġija b’livell baxx ta’ karbonju (inklużi sorsi rinnovabbli u gass integrat); u (iv) l-innovazzjoni u l-inġinerija biex tiġi xprunata t-trasformazzjoni diġitali. |
|
— |
il-JV: Il-JV topera bil-marka kummerċjali CHARGE NOW u hija attiva fl-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti u servizzi fil-qasam tal-mobilità, billi toffri servizzi ta’ informazzjoni u teknoloġija ta’ aċċess għall-infrastruttura tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi u ibridi rikarikabbli. Hija attiva wkoll fid-distribuzzjoni u x-xiri tal-elettriku fil-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi tal-batteriji elettriċi u ibridi rikarikabbli, u s-servizzi għat-tħaddim ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi bil-batterija u ibridi rikarikabbli. Il-JV hija ħafifa fl-assi u tippermetti l-integrazzjoni diġitali b’lura tal-assi tal-mobilità elettronika, b’mod predominanti għall-prodotti bit-tikketta bajda (B2B2C) għall-OEMs u l-klijenti tal-flotta tal-karozzi. Il-JV hija primarjament attiva fiż-ŻEE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10334 — BMW/Daimler/BP/Digital Charging Solutions
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Il-JV għandha sussidjarja waħda, Digital Charging Solutions Corporation, li hija bbażata f’Atlanta, l-Istati Uniti tal-Amerka u li bħalissa mhi involuta fl-ebda attività kummerċjali tagħha stess. Il-JV għandha wkoll fergħa waħda fil-Ġappun.