European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/836

5.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11821 – SEGRO / PSPIB / REAL ESTATE ASSETS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/836)

1.   

Fit-28 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit),

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

—

Sitt assi ta’ proprjetà immobbli li jinsabu fil-Ġermanja u fin-Netherlands (flimkien, “L-Assi fil-Mira”), li bħalissa huma kkontrollati minn Brookfield Corporation (il-Kanada).

SEGRO u PSBIP jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Assi fil-Mira kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ mħażen moderni u proprjetajiet tal-industrija ħafifa li jinsabu madwar konurbazzjonijiet ewlenin u f’ċentri ewlenin tat-trasport f’għadd ta’ pajjiżi taż-ŻEE,

—

PSPIB: tiġġestixxi portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u investimenti fi kreditu; Hija maniġer tal-l-investimenti tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali Kanadiża u tal-Forza ta’ Riżerva.

—

L-Assi fil-Mira: assi ta’ maħżen loġistiku li jipproduċu introjtu li jinsabu f’Bonen, Dormagen, Gelsenkirchen u Lich fil-Ġermanja, u fi Breda u Roosendaal fin-Netherlands. L-Assi fil-Mira bħalissa qed jinkrew lil partijiet terzi.

3.   

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11821 - SEGRO / PSPIB / REAL ESTATE ASSETS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/836/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)