European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2566

19.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2566

tat-18 ta’ Diċembru 2025

dwar l-awtorizzazzjoni tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina prodotti b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina prodotti b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453 rispettivament. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina prodotti b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453 bħala addittivi tal-għalf għall-użu fl-għalf u fl-ilma tax-xorb għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-18 ta’ Marzu 2025 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li s-sulfat tal-L-liżina u l-monoidroklorur tal-L-liżina prodotti b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453 huma sikuri għall-ispeċijiet fil-mira meta jingħataw permezz tal-għalf. L-użu tal-liżina “per se” mhux se joħloq tħassib dwar is-sikurezza għall-annimali fil-mira sakemm din tiġi ssupplimentata f’ammonti xierqa għad-dieti. L-Awtorità għandha tħassib dwar l-użu tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina fl-ilma tax-xorb. Fir-rigward tal-kontenut intrinsiku għoli ta’ sulfat fis-sulfat tal-L-liżina, l-Awtorità tqis li, meta jintuża l-addittiv, il-formulazzjoni tal-għalf komplet jenħtieġ li tqis bir-reqqa l-livell massimu tollerabbli ta’ kubrit totali. Il-kontribut tal-kubrit/sulfat preżenti fl-ilma tax-xorb għall-konsum totali tal-kubrit jenħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina prodotti b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453 fin-nutrizzjoni tal-annimali huwa sikur għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittivi jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti għall-ġilda, għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li s-sustanzi jitqiesu bħala sors effikaċi tal-aċidu amminiku essenzjali L-liżina għall-ispeċijiet tal-annimali mhux ruminanti u li biex l-L-liżina supplimentali tkun effikaċi fir-ruminanti daqs kemm hi fl-ispeċijiet mhux ruminanti, jenħtieġ li tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma dehrilhiex li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li s-sulfat tal-L-liżina u l-monoidroklorur tal-L-liżina prodotti b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453 jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk is-sustanzi bħala addittivi tal-għalf jiġi awtorizzat. Il-Kummissjoni tqis li l-użu sikur ta’ dawn l-aċidi amminiċi fl-ilma tax-xorb, fir-rigward tar-riskji iġeniċi possibbli, għandu jitqies fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistipula r-rekwiżiti għall-iġene tal-għalf. Jixraq li l-utent jiġi mwissi biex iqis il-provvista djetetika bl-aċidi amminiċi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, b’mod partikolari fil-każ tas-supplimentazzjoni bis-sulfat tal-L-liżina u bil-monoidroklorur tal-L-liżina permezz tal-ilma għax-xorb. Meta jiġu mitmugħa lir-ruminanti, is-sulfat tal-L-liżina u l-monoidroklorur tal-L-liżina prodotti b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453 jeħtieġ li jiġu protetti mid-degradazzjoni fil-kirxa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jiġi stabbilit livell massimu għas-sulfat tal-L-liżina minħabba l-effetti negattivi potenzjali mill-kontenut intrinsiku għoli ta’ sulfat fl-addittiv. Il-livell ta’ 10 000 mg/kg ta’ għalf komplet tqies bħala sikur skont l-opinjoni tal-Awtorità tas-16 ta’ Ġunju 2015 (4) maħruġa għal sulfat tal-L-liżina ieħor. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrittivi’ u mill-grupp funzjonali ‘aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom’, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)   EFSA Journal, 23(4), e9343. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9343.

EFSA Journal, 23(4), e9345. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9345.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1, ELI: https://data.europa.eu/eli/reg/2005/183/oj).

(4)   EFSA Journal 2015; 13(7):4155. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2015.4155.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

3c330

Sulfat tal-L-liżina

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Sulfat tal-L-liżina b’kontenut minimu ta’ L-liżina ta’ 55 % u b’kontenut massimu ta’ 21 % ta’ sulfat

Għamla solida

---------------------------------

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Sulfat tal-L-liżina prodott b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453

Formula kimika: C12H28N4O4-O4S

Numru CAS: 60343-69-3

---------------------------------

Metodi analitiċi  (1)

Għall-identifikazzjoni tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf (sulfat tal-L-liżina):

—

Monografija 20301 tal-Farmakopea Ewropea

Għad-determinazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf:

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD), EN ISO 17180

Għad-determinazzjoni tal-liżina fil-premixxeli:

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD), EN ISO 17180 jew

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2)

Għad-determinazzjoni tal-liżina fl-għalf kompost:

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS), ir-Regolament (KE) Nru 152/2009

Għad-determinazzjoni tal-liżina fl-ilma tax-xorb:

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS)

L-ispeċijiet kollha

-

-

10 000

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin, l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

2.

L-addittiv jista’ jintuża fl-ilma tax-xorb.

3.

L-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-sulfat tal-L-liżina fil-kirxa, meta tiġi mitmugħa lir-ruminanti.

4.

Il-kontenut ta’ ndewwa għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

5.

It-tikketta tal-addittiv u tal-premixxeli għandhom jindikaw dan li ġej: “Is-supplimentazzjoni bis-sulfat tal-L-liżina, partikolarment permezz tal-ilma tax-xorb, għandha tqis l-ammino aċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha sabiex jiġu evitati l-iżbilanċi nutrizzjonali.”

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għal livell minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

It-8 ta’ Jannar 2036


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

3c331

Monoidroklorur

tal-L-liżina

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Monoidroklorur tal-L-liżina b’

kontenut minimu ta’ 78 % tal-L-liżina fuq il-bażi ta’ materja niexfa

Għamla solida

---------------------------------

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Monoidroklorur tal-L-liżina prodott b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.453

Formula kimika: C6H14 N2O2

Numru CAS: 657-27-2

---------------------------------

Metodi analitiċi  (3)

Għall-identifikazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina fl-addittiv tal-għalf:

—

Il-monografija tal-Food Chemical Codex “L-lysine monohydrochloride monograph”

Għad-determinazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf:

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD), EN ISO 17180

Għad-determinazzjoni tal-liżina fil-premixxeli:

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD), EN ISO 17180 jew

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009

Għad-determinazzjoni tal-liżina fl-għalf kompost:

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009

Għad-determinazzjoni tal-liżina fl-ilma tax-xorb:

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS)

L-ispeċijiet kollha

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin, l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

2.

L-addittiv jista’ jintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

3.

L-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina fil-kirxa, meta jiġi mitmugħ lir-ruminanti.

4.

Il-kontenut ta’ ndewwa għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

5.

It-tikketta tal-addittiv u tal-premixxeli għandhom jindikaw dan li ġej: “Is-supplimentazzjoni bil-monoidroklorur tal-L-liżina, partikolarment permezz tal-ilma tax-xorb, għandha tqis l-ammino aċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha sabiex jiġu evitati l-iżbilanċi nutrizzjonali.”

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għal livell minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

It-8 ta’ Jannar 2036


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas- 27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/152/oj).

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2566/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)