<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0700628101.case.xml"><NO.CASE>C-194/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008J0194</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-6300</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-6336</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>37</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100701">1.7.2010</DATE> — KAWŻA C-194/08</LEFT><RIGHT>GASSMAYR</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-194/08,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080328">28 ta’ Marzu 2008</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20080509">9 ta’ Mejju 2008</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Susanne Gassmayr</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesminister für Wissenschaft und Forschung,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tat-Tieni Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, P. Lindh, A. Rosas, A. Ó Caoimh (Relatur) u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-6301"?><P>Avukat Ġenerali: M. Poiares Maduro,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20090520">20 ta’ Mejju 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn M. Winkler, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn V. Kreuschitz u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6302"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn S. Gassmayr u l-Bundesminister für Wissenschaft und Forschung (Ministeru Federali għax-Xjenzi u r-Riċerka, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Bundesminister<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar milli jkompli jħallas il-benefiċċju tal-allowance għal xogħol ta’ għassa matul il-perijodi li fihom hija ngħatat leave jew ġiet ipprojbita milli teżerċita l-attività professjonali tagħha minħabba t-tqala tagħha u, sussegwentement, matul il-leave tal-maternità tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-disa’, is-sittax u t-tmintax-il premessi tad-Direttiva 92/85 jgħidu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Billi l-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu m’għandhiex tirriżulta fi trattament sfavorevoli għal nisa fis-suq tax-xogħol u lanqas għandha tnaqqas mis-saħħa tad-direttivi rigward trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa;</P><P>[…]</P><?PAGE NO="I-6303"?><P>Billi l-miżuri għall-organizzazzjoni tax-xogħol li jikkonċerna[w] l-protezzjoni tas-saħħa ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu ma jservu l-ebda skop kemm-il darba ma jkunux akkumpanjati minn ħarsien ta’ drittijiet annessi mal-kuntratt ta’ l-impjieg, inkluż li jibqa’ jsir il-ħlas u/jew l-intitolament għal allowance adegwata;</P><P>[…]</P><P>Billi l-kunċett ta’ allowance adegwata fil-każ tal-leave tal-maternità għandu jitqies bħala punt tekniku ta’ referenza biex jiġi ffissat il-livell minimu ta’ protezzjoni u m’għandu qatt jiġi interpretat li t-tqala u l-mard huma analogi.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ħaddiema tqila<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser ħaddiema tqila li tinforma lil min iħaddimha bil-kundizzjoni tagħha, skond il-liġi u/jew prattika nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ħaddiema li welldet reċentement<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser ħaddiema li welldet reċentement fis-sens tal-leġislazzjoni u/jew prattika nazzjonali u li tinforma lil min iħaddimha dwar il-kundizzjoni tagħha skond dik il-liġi u/jew prattika;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6304"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ħaddiema li qiegħda tredda<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser ħaddiema li qiegħda tredda’ fis-sens tal-leġislazzjoni u/jew prattika nazzjonali u li tinforma lil min iħaddimha bil-kundizzjoni tagħha skond dik il-liġi u/jew prattika.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Stima u Informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fl-ewwel paragrafu tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-attivitajiet kollha li jistgħu jinvolvu riskju speċifiku ta’ espożizzjoni għal aġenti, proċessi jew kondizzjonijiet tax-xogħol li tagħhom lista mhux eżawrijenti hija mogħtija fl-Anness I, min iħaddem għandu jagħmel stima tan-natura, il-grad u t-tul ta’ l-espożizzjoni fl-impriża u/jew stabbiliment ikkonċernat, tal-ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2, jew direttament jew permezz tas-servizzi protettivi jew preventivi msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE [tat-<DATE ISO="19890612">12 ta’ Ġunju 1989</DATE>, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349)], sabiex:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>issir stima ta’ kull riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà u kull effett possibbli fuq it-tqala jew it-treddigħ tal-ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2,</P></ITEM><ITEM><P>jiddeċiedu liema miżuri għandhom jittieħdu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/85, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Azzjoni wara r-riżultati ta’ l-istima<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi fl-ewwel tliet paragrafi tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE, jekk ir-riżultati ta’ l-istima msemmija fl-Artikolu 4(1) jirrivelaw riskju għas-sigurtà jew għas-saħħa jew<?PAGE NO="I-6305"?> xi effett fuq it-tqala jew treddigħ ta’ ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2, min iħaddem għandu jieħu l-azzjoni neċessarja biex jiżgura li, billi jiġu aġġustati temporanjament il-kundizzjonijiet tax-xogħol u/jew is-sigħat tax-xogħol tal-ħaddiema kkonċernata, l-espożizzjoni ta’ dik il-ħadddiema għal dawn ir-riskji jiġi evitat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-aġġustament tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u/jew tas-sigħat tax-xogħol tagħha ma jkunx teknikament u/jew oġġettivament possibbli, jew ma jistax jiġi mitlub b’mod raġonevoli għal motivi ġustifikati, min iħaddem jrid jieħu l-passi neċessarji sabiex jagħti xogħol ieħor lill-ħaddiema konċernata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk it-tibdil tal-post għal xogħol ieħor mhuwiex teknikament jew oġġettivament possibbli jew ma jistax jiġi mitlub b’mod raġonevoli għal motivi ġġustifikati, il-ħaddiema kkonċernata għandha tingħata leave skond il-liġi u/jew prattika nazzjonali għaż-żmien kollu li huwa neċessarju biex tiġi mħarsa s-sigurtà jew is-saħħa tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Leave tal-Maternità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi fl-ewwel paragrafu tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2 huma intitolati għal żmien kontinwu ta’ leave tal-maternità ta’ mill-inqas 14-il ġimgħa, allokati qabel u/jew wara l-ħlas skond il-liġi u/jew prattika nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6306"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Drittijiet marbuta mal-kuntratt ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Sabiex jiġi ggarantit għall-ħaddiema, fis-sens ta’ l-Artikolu 2, l-eserċizzju tad-drittijet tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tagħhom kif rikonoxxuti f’dan l-Artikolu, għandu jiġi provdut illi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6 u 7, id-drittijiet ta’ impjieg relatati mal-kuntratt ta’ l-impjieg, inkluż il-ħarsien ta’ ħlas ta’, u/jew l-intitolament għal benefiċċju [allowance] adegwata għal, ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2, għandhom jiġu żgurati skond il-liġi u/jew prattika nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>fil-każ imsemmi fl-Artikolu 8, dan li ġej għandu jiġi żgurat:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-drittijiet konnessi mal-kuntratt ta’ l-impjieg tal-ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2, barra minn dawk imsemmija f’punt (b) hawn taħt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-manteniment ta’ ħlas ta’, u/jew intitolament, għal allowance xierqa għal, ħaddiema fis-sens ta’ l-Artikolu 2;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>l-allowance msemmija fil-punt 2(b) għandha titqies bħala xierqa jekk tiggarantixxi dħul mill-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiema kkonċernata kienet tirċievi kieku waqfet temporanjament mill-attivitajiet tagħha għal raġunijiet ta’ saħħa, soġġetta għal kull limitu stabbilit taħt il-leġislazzjoni nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6307"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għall-ħlas jew għall-allowance msemmija fil-punti 1 u 2(b) għall-kundizzjoni li l-ħaddiema kkonċernata tissoddisfa l-kondizzjonijiet ta’ eliġibilità għal dawn il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni nazzjonali.</TXT><P>Dawn il-kundizzjonijiet ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jipprovdu għal perijodi ta’ impjieg preċedenti iktar minn 12-il xahar immedjatament qabel id-data preżunta tal-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi dwar il-protezzjoni tal-maternità</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-liġi tal-1979 dwar il-protezzjoni tal-maternità (Mutterschutzgesetz 1979, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>MSchG<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), in-nisa tqal ma għandhomx jaħdmu matul l-aħħar tmien ġimgħat qabel id-data mistennija tal-ħlas (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>terminu ta’ tmien ġimgħat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) tal-MSchG jipprovdi li, minbarra t-terminu ta’ tmien ġimgħat, l-obbligu li persuna ma taħdimx huwa impost ukoll fuq nisa tqal meta jirriżulta minn ċertifikat mediku ppreżentat minnha, maħruġ minn tabib tal-ispettorat tal-impjieg jew uffiċjal pubbliku mediku ieħor, li l-ħajja jew is-saħħa tal-omm jew tat-tarbija jkunu f’periklu jekk hija tkompli taħdem.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6308"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-MSchG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Projbizzjoni fuq ix-xogħol wara l-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi fl-ewwel subparagrafu tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-ħaddiema ma għandhomx jaħdmu fit-tmien ġimgħat li jiġu wara l-ħlas. […] Jekk it-terminu ta’ tmien ġimgħat ikun ġie mqassar, il-perijodu ta’ protezzjoni wara l-ħlas għandu jiżdied bl-istess mod, fil-limitu massimu ta’ sittax-il ġimgħa. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-MSchG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Żamma tal-ħlas tal-paga<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fil-verżjoni tiegħu kif emendat u ppubblikat fil-BGBI, 833/1992 u 434/1995, jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-applikazzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 2(b), tal-Artikolu 4(a), tal-Artikolu 5(3) u (4) jew tal-Artikolu 6 — sakemm it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(a) ma jipprovdix mod ieħor — tirrendi neċessarja bidla fix-xogħol fi ħdan l-impriża, il-ħaddiema għandha dritt għall-paga li hija ekwivalenti għas-salarju medju li rċeviet matul it-tlettax-il ġimgħa qabel il-bidla. Jekk f’dan il-perijodu kien hemm xi żmien li matulu hija ma tkunx irċeviet il-paga sħiħa minħabba mard jew minħabba ħinijiet iqsar ta’ xogħol, il-perijodu ta’ tlettax-il ġimgħa għandu jiġi estiż bl-istess żmien; iżda dan iż-żmien ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tas-salarju medja. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħaddiema li, skont l-Artikolu 3(3), ma għandhom jaħdmu kif ukoll dawk li, skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 2(b), l-Artikolu 4(a), l-Artikolu 5(3) u (4) jew l-Artikolu 6 ma għandhomx iktar il-possibbiltà li jaħdmu fi ħdan l-impriża, għandhom dritt għal paga li l-kalkolu tagħha għandha titwettaq b’analoġija mad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6309"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi dwar is-salarji</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) u (2) tal-liġi tal-1956 dwar is-salarji (Gehaltsgesetz 1956, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>GehG<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), applikabbli għall-aġenti federali tas-settur pubbliku bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-uffiċjal għandu dritt għal salarju mensili u dan huwa kompost mis-salarju u l-allowances eventwali.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-GehG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Drittijiet fil-każ ta’ inkapaċità għax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-uffiċjal li ma għandux il-possibbiltà li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu wara inċident (ħlief fil-każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol) jew marda għandu dritt, fil-każ ta’ inkapaċità għax-xogħol għal perijodu ta’ iktar minn 182 jum, għal 80 % tal-ammont tas-salarju mensili li kieku kien jirċievu fin-nuqqas ta’ tali inkapaċità. L-allowance għat-tfal hija eskluża min dan it-tnaqqis.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>It-tnaqqis li jsir abbażi tas-subparagrafu 1 għandu jitnaqqas bi 80 % tal-ammont li jikkorrispondi għall-bażi ta’ referenza msemmija fis-subparagrafu 4, liema ammont ma jistax madankollu jeċċedi l-ammont totali tat-tnaqqis previst fis-subparagrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Bażi ta’ referenza fis-sens tas-subparagrafu 3 għandha tinftiehem bħala s-somma tal-allowances (ħlasijiet f’każijiet eċċezzjonali mhux inklużi), allowances supplementari, bonuses u ħlasijiet addizzjonali (minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 19, 20b jew 20c) li l-aġent kien jirċievi li kieku kellu l-possibbiltà jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu u li għalihom ma għandux iktar dritt minħabba l-assenza tiegħu<?PAGE NO="I-6310"?> mix-xogħol. Fil-każ ta’ ħlasijiet addizzjonali li ma jitħallsux f’daqqa fis-sens tal-ewwel frażi, il-kalkoli għandhom jiġu bbażati fuq wieħed minn tnax tas-somma tal-ħlasijiet addizzjonali li l-aġent ikun irċieva matul l-aħħar tnax-il xahar qabel il-bidu tal-perijodi kollha ta’ mard akkumulati skont is-subparagrafu 2.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA><P>It-tnaqqis tas-salarju mensili jieħu effett mid-data li minnha tibda l-inkapaċità għax-xogħol, mhux iktar kmieni madankollu mill-ġurnata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ 182 jum ta’ xogħol indikat fis-subparagrafu 1, u jispiċċa l-ġurnata immedjatament qabel dak li fiha l-aġent jerġa’ jassumi l-funzjonijiet tiegħu.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.008"><NO.PARAG>(8)</NO.PARAG><ALINEA>Matul il-perijodu kollu ta’ projbizzjoni fuq ix-xogħol skont il-[MSchG] (kemm għal dak li jirrigwarda l-leave ta’ qabel il-ħlas kif ukoll il-leave ta’ wara l-ħlas), is-subparagrafi 1 sa 6 ma għandhomx jiġu applikati. Tali projbizzjoni fuq ix-xogħol tissospendi d-dekorrenza tal-perijodi kollha mniżżla fis-subparagrafi 1 sa 6.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-GehG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Ħlasijiet addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprovdi fl-ewwel, fit-tieni u fil-ħames subparagrafi tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ħlasijiet addizzjonali għandhom ifissru:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-allowance għall-overtime (Artikolu 16),</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6311"?><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>l-allowance għal xogħol ta’ għassa (Artikolu 17a),</TXT><P>[…]</P><P>Huma biss il-perijodi li matulhom jeżisti wkoll dritt għal salarju li jistgħu jagħmlu persuna eliġibbli għal ħlas addizzjonali.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ħlasijiet addizzjonali elenkati fis-subparagrafi 1(1), (4) sa (6) u (8) sa (11), kif ukoll l-allowances għax-xogħol ta’ nhar ta’ Ħadd u fil-ġranet ta’ vaganzi pubbliċi msemmija fis-subparagrafu 1(3), jistgħu jieħdu l-forma ta’ somma mħallsa f’daqqa meta x-xogħol li abbażi tiegħu qed jingħata dan il-ħlas addizzjonali jitwettaq fuq bażi permanenti jew regolarment, b’tali mod li l-kalkolu ta’ medja mensili jkun possibbli (somma speċifika mħallsa f’daqqa). L-iffissar ta’ somma mħallsa f’daqqa jirrikjedi l-awtorizzazzjoni tal-Kanċillier Federali fil-każjijiet imsemmija fis-subparagrafi 1(1), (3) sa (6) u (10). L-iffissar ta’ somma unika mħallsa f’daqqa għal servizzi simili fis-sustanza (somma mħallsa f’daqqa li tgħaqqad diversi ħlasijiet) huwa awtorizzat. Għal dak li jirrigwarda l-ħlasijiet addizzjonali mħallsa f’daqqa għall-overtime barra mis-sigħat normali tax-xogħol, għandha tiġi ddeterminata l-frazzjoni tal-ħlas li jirrappreżenta l-ħlas addizzjonali mogħti għall-overtime.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt għal ħlasijiet addizzjonali mħallsa f’daqqa mhuwiex affettwat minn leave li matulu l-uffiċjal jżomm id-dritt għal salarju mensili jew minn inċident li jwaqqfu milli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu. Jekk, għal raġuni oħra, l-uffiċjal jibqa’ assenti mill-post tax-xogħol tiegħu għal iktar minn xhar, il-ħlas addizzjonali mħallas f’daqqa huwa<?PAGE NO="I-6312"?> sospiż mill-ġurnata wara d-data ta’ skadenza ta’ dan it-terminu sad-data tal-aħħar ġurnata tal-assenza tiegħu mix-xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-GehG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Allowance għal xogħol ta’ għassa<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-uffiċjal li jiġi mitlub jagħmel xogħol ta’ għassa għal iktar sigħat minn dawk normali previsti fl-iskeda tax-xogħol, għandu dritt, għaż-żmien li jkun disponibbli u għas-servizz li jimplika xogħol ta’ għassa, mhux għall-ħlasijiet previsti fl-Artikoli 16 u 17 iżda għal allowance għal xogħol ta’ għassa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont tal-allowance għal xogħol ta’ għassa huwa ffissat skont it-tul tal-imsemmi servizz u d-domanda medja matul dan is-servizz [...]; il-kalkolu tiegħu jirrikjedi l-awtorizzazzjoni tal-Kanċillier Federali.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Mill-proċess jirriżulta li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 17a tal-GehG, ir-Repubblika tal-Awstrija adottat ir-regoli dwar il-kalkolu b’rata fissa tal-allowances għal xogħol ta’ għassa għat-tobba ta’ kliniki universitarji (Pauschalierungsverordnung für Journaldienstzulage für Ärzte an Universitätskliniken, BGBl. II, 202/2000), li, għall-ħlas ta’ kull siegħa ta’ xogħol ta’ għassa, jipprovdu għal perċentwali preċiża tas-salarju normalizzat.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6313"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-liġi dwar l-istatus ta’ uffiċjali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 50(1) tal-liġi tal-1979 dwar l-istatus ta’ uffiċjali (Beamten-Dienstrechtsgesetz 1979), għal raġunijiet ta’ xogħol, l-uffiċjal jista’ jintalab ikun disponibbli fil-post tax-xogħol jew f’post speċifiku ieħor, barra mis-sigħat normali previsti fl-iskeda tax-xogħol u, fil-każ ta’ bżonn jew fuq talba, li jerġa’ jassumi l-attivitajiet tiegħu (sigħat fissi, xogħol ta’ għassa).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ħadmet mill-<DATE ISO="19950101">1 ta’ Jannar 1995</DATE> bħala assistenta tabiba fil-klinika tal-anesteżija tal-Università ta’ Graz (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>min iħaddimha<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>). Hija kienet tirċievi allowance għal xogħol ta’ għassa għall-overtime li kienet tagħmel barra mis-sigħat normali previsti fl-iskeda tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali waqfet taħdem fl-<DATE ISO="20021204">4 ta’ Diċembru 2002</DATE> b’applikazzjoni, l-ewwel nett, tal-Artikolu 3(3) tal-MSchG (projbizzjoni fuq ix-xogħol meta jiġi ppreżentat ċertifikat mediku li jindika li t-tkomplija tal-attività professjonali tista’ thedded il-ħajja jew is-saħħa tal-omm jew tat-tarbija), sussegwentement tal-Artikolu 3(1) (projbizzjoni fuq ix-xogħol għal perijodu ta’ tmien ġimgħat), u, fl-aħħar nett, tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija liġi (projbizzjoni fuq ix-xogħol għal perijodu ta’ tmien ġimgħat wara l-ħlas).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6314"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20040209">9 ta’ Frar 2004</DATE>, indirizzata lil min iħaddimha, hija sostniet li, matul il-perijodu tal-projbizzjoni fuq ix-xogħol li, minħabba l-istat tagħha ta’ mara tqila u wara minħabba l-leave tal-maternità tagħha, waqfitha milli twettaq xogħol ta’ għassa, hija xorta waħda setgħet titlob il-ħlas ta’ allowance li jikkorrispondi għall-medja tax-xogħol ta’ għassa. Għaldaqstant, hija talbet li titħallas is-somom relatati ma’ tali allowance.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20040831">31 ta’ Awwissu 2004</DATE>, min iħaddimha ċaħad it-talba tagħha. Skont dan tal-aħħar, il-ħlasijiet li ngħataw għal xogħol varju ta’ għassa matul ix-xhur ta’ qabel il-projbizzjoni fuq ix-xogħol ma jaqgħux taħt il-klawżola ta’ riżerva prevista fl-Artikolu 14 tal-MSchG u ma jirrappreżentawx ħlasijiet addizzjonali mħallsa f’daqqa fis-sens tal-Artikolu 15 tal-GehG. Min iħaddimha sostna b’mod partikolari li, matul il-perijodu tal-projbizzjoni fuq ix-xogħol, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali rċeviet il-paga tagħha, jiġifieri s-salarju mensili u l-allowances, skont l-Artikolu 3(2) tal-GehG mingħajr ebda restrizzjoni. Min-naħa l-oħra, din tal-aħħar ma setgħetx twettaq iktar xogħol ta’ għassa minħabba l-projbizzjoni fuq ix-xogħol li għaliha hija kienet suġġetta u, b’hekk, hija ma kellha ebda dritt għal remunerazzjoni għal xogħol ta’ għassa matul dan il-perijodu. Skont min iħaddimha, l-allowance għal xogħol ta’ għassa għandha tikkorrispondi b’mod konkret, fl-ammont tagħha, għas-servizzi kollha effettivament ipprovduti u ma tikkorrispondix għal ħlasijiet addizzjonali mħallsa f’daqqa. Fl-ebda każ tali allowance ma tista’ tagħti lok għal kalkolu mensili abbażi ta’ medja.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju kontra d-deċiżjoni tal-Bundesminister tad-<DATE ISO="20050509">9 ta’ Mejju 2005</DATE> dwar ir-rifjut li tinżamm l-allowance inkwistjoni, billi tibbaża ruħha fuq il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza fil-pagi bejn irġiel u nisa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6315"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesminister isostni li ż-żamma mingħajr restrizzjoni tal-ħlas tas-salarju tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li jikkorrispondi għall-iskala tagħha ta’ assistent universitarju kif ukoll tal-allowances imsemmija fl-Artikolu 3(2) tal-GehG matul il-perijodu tal-projbizzjoni fuq ix-xogħol li għaliha din tal-aħħar kienet suġġetta hija totalment konformi mal-Artikolu 141 KE u l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE, tal-<DATE ISO="19750210">10 ta’ Frar 1975</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 179). Għalkemm is-sentenza tat-<DATE ISO="20040330">30 ta’ Marzu 2004</DATE>, Alabaster (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/02" PAGE.ECR="I-3101" YEAR="2004">C-147/02, Ġabra p. I-3101</REF.DOC.ECR>), ippreċiżat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fil-kuntest taż-żidiet tas-salarju inġenerali, id-dritt li l-persuna kkonċernata tibbaża ruħha fuqu ma jirrigwardax is-salarju mensili ordinarju tagħha, jiġifieri s-salarju ta’ referenza tagħha, u lanqas żieda ġenerali ta’ dan.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-konvenut fil-kawża prinċipali jenfasizza li, kuntrarjament għall-allowance tal-aħħar tas-sena inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<DATE ISO="19991021">21 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Lewen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/97" PAGE.ECR="I-7243" YEAR="1999">C-333/97, Ġabra p. I-7243</REF.DOC.ECR>), din il-kawża tirrigwarda allowance għal xogħol ta’ għassa mħallsa skont is-servizzi li effettivament twettqu każ b’każ. Tali allowance addizzjonali għas-salarju hija intiża sabiex tagħti kumpens għax-xogħol żejjed għall-ħaddiem meta jiġi mitlub b’mod konkret sabiex iwettaq tali servizzi, barra mis-sigħat normali previsti fl-iskeda tax-xogħol. Meta ħaddiem ma jiġix mitlub jagħmel xogħol ta’ għassa, huwa ma jistax jitlob li jingħata kumpens għal tali xogħol, u dan indipendentement mis-servizzi li jwettaq fil-kuntest tax-xogħol normali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali għamlet xogħol ta’ għassa matul il-perijodu ta’ riferiment, previst fl-Artikolu 14(1) tal-MSchG qabel il-bidu tal-perijodu ta’ projbizzjoni fuq ix-xogħol li għaliha kienet suġġetta skont l-Artikolu 3(3) ta’ din l-istess liġi, kif ukoll li hija ngħatat għal dawn is-servizzi allowance kkalkolata skont l-Artikolu 17a tal-GehG.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6316"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Billi qieset li ma huwiex possibbli li tingħata risposta ċara għad-domandi mqajma fil-kawża li tressqet quddiemha għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva 92/85, il-Verwaltungsgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1), (2) u (3) tad-Direttiva [92/85] għandu effett dirett?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu mifhuma bħala li joħolqu, matul il-perijodu li fih in-nisa tqal huma pprojbiti milli jaħdmu u/jew matul il-leave tal-maternità tagħhom, dritt għaż-żamma tal-ħlas ta’ allowance għal perijodi ta’ xogħol ta’ għassa ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Dan japplika meta l-Istat Membru ddeċieda li jistabbilixxi sistema ta’ żamma ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> li tinkludi, fil-prinċipju, id-dħul totali tax-xogħol, bl-eċċezzjoni madankollu ta’ l-hekk imsejħa (skont l-Artikolu 15 tal-[GehG]) <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ħlasijiet addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> dovuti għal servizzi pprovduti (marbuta max-xogħol imwettaq) bħall-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>allowance għal perijodi ta’ xogħol ta’ għassa<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> inkwistjoni hawnhekk?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq ma għandhomx effett dirett, dawn għandhom ikunu trasposti mill-Istati Membri b’tali mod li ħaddiema li, matul il-perijodu li fih in-nisa tqal huma pprojbiti milli jaħdmu u/jew matul il-leave tal-maternità, ma tipprovdix iktar servizzi ta’ xogħol ta’ għassa, għandha tkun intitolata għaż-żamma tal-ħlas ta’ l-allowance li tikkorrispondi għal tali servizzi?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6317"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari fir-rigward tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tikkontesta l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari sa fejn jirrigwardaw l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85, billi għandha d-dubji tagħha fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għall-eżitu tal-kawża prinċipali. Hija ssostni li din id-dispożizzjoni mhijiex rilevanti f’dan il-każ peress li l-mistoqsija li tqum fl-imsemmija kawża ma tirrigwardax id-drittijiet irregolati mill-Artikoli 5, 6 u 7 tad-direttiva, iżda biss l-ammont tal-paga dovut lir-rikorrenti għall-perijodu li matulu hija kienet assenti mix-xogħol tagħha minħabba t-tqala tagħha u wara minħabba l-leave tal-maternità tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza kostanti, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha tressqet il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tevalwa fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża kemm in-neċessità għal deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19951215">15 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Bosman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" PAGE.ECR="I-4921" YEAR="1995">C-415/93, Ġabra p. I-4921</REF.DOC.ECR>, punt 59, kif ukoll tas-<DATE ISO="20070626">26 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Ordre des barreaux francophones et germanophones <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-305/05" PAGE.ECR="I-5305" YEAR="2007">C-305/05, Ġabra p. I-5305</REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li ma tistax tiddeċiedi fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali meta jkun jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-validità ta’ regola tal-Unjoni, mitluba mill-qorti nazzjonali, ma għandha ebda konnessjoni mar-realtà jew mal-għan tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex quddiemha l-elementi ta’ fatt jew ta’ dritt neċessarji sabiex tingħata risposta utli għad-domandi magħmula lilha (ara s-sentenzi Bosman, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61, u tat-<DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, Idéal tourisme, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-36/99" PAGE.ECR="I-6049" YEAR="2000">C-36/99, Ġabra p. I-6049</REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6318"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa indispensabbli li l-qorti nazzjonali tagħti spjegazzjonijiet minimi fuq ir-raġunijiet tal-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom hija titlob l-interpretazzjoni u dwar ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-kawża prinċipali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20070306">6 ta’ Marzu 2007</DATE>, Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-338/04+C-359/04+C-360/04" PAGE.ECR="I-1891" YEAR="2007">C-338/04, C-359/04 u C-360/04, Ġabra p. I-1891</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, id-deċiżjoni tar-rinviju tikkonstata li r-rikorrenti waqfet taħdem matul it-tqala tagħha b’applikazzjoni tal-Artikolu 3(3) tal-MSchG, liema dispożizzjoni tgħid li mara tqila ma tistax taħdem matul it-tqala tagħha meta jirriżulta minn ċertifikat ippreżentat minnha u maħruġ minn tabib tal-ispettorat tal-impjieg jew uffiċjal pubbliku mediku ieħor li l-ħajja jew is-saħħa tal-omm jew tat-tarbija jkunu f’periklu jekk hija tkompli taħdem.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li jirrigwardaw l-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva 92/85, il-qorti tar-rinviju tixtieq tiddetermina d-dħul li din il-ħaddiema tista’ titlob matul il-perijodu li fih waqfet taħdem minħabba t-tqala tagħha, skont l-Artikolu 5(3) ta’ din id-direttiva, kif ukoll matul il-leave tal-maternità kopert mill-Artikolu 8 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikoli 4(1) u 5 tad-Direttiva 92/85 huma intiżi sabiex jiżguraw protezzjoni partikolari lill-ħaddiema nisa tqal, li jkunu welldu reċentement jew li qed ireddgħu fir-rigward ta’ kull attività li tista’ tippreżenta riskju speċifiku għas-sigurtà jew għas-saħħa tagħhom jew li jkollha effetti negattivi fuq it-tqala jew it-treddigħ (sentenza tas-<DATE ISO="20030227">27 ta’ Frar 2003</DATE>, Busch, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-320/01" PAGE.ECR="I-2041" YEAR="2003">C-320/01, Ġabra p. I-2041</REF.DOC.ECR>, punt 42). Il-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-adozzjoni ta’ din id-direttiva, implementa dispożittiv ta’ evalwazzjoni u ta’ komunikazzjoni tar-riskji, kif ukoll il-projbizzjoni għal tali ħaddiema li teżerċita ċerti attivitajiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20050201">1 ta’ Frar 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-203/03" PAGE.ECR="I-935" YEAR="2005">C-203/03, Ġabra p. I-935</REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6319"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Meta r-riżultati tal-istima tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/85 juru riskju għas-sigurtà jew is-saħħa kif ukoll xi effett fuq it-tqala jew it-treddigħ ta’ ħaddiema, l-Artikolu 5(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprovdi li min iħaddimha għandu jipproċedi għall-aġġustament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u/jew tas-sigħat tax-xogħol jew, jekk dan ma jkunx teknikament jew oġġettivament possibbli jew ma jistax jiġi mitlub b’mod raġonevoli għal motivi ġustifikati, għall-bdil fil-post tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Huwa biss fil-każ li tali bidla hija wkoll impossibbli li l-Artikolu 5(3) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li l-ħaddiema kkonċernata għandha, skont il-liġi u/jew prattika nazzjonali, tingħata leave mix-xogħol għaż-żmien kollu li huwa neċessarju sabiex tiġi mħarsa s-sigurtà jew is-saħħa tagħha (sentenzi tad-<DATE ISO="19981119">19 ta’ Novembru 1998</DATE>, Høj Pedersen <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-66/96" PAGE.ECR="I-7327" YEAR="1998">C-66/96, Ġabra p. I-7327</REF.DOC.ECR>, punt 57, kif ukoll tal- lum stess, Parviainen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-471/08" PAGE.ECR="I-6533" YEAR="1998">C-471/08, Ġabra p. I-6533</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-Verwaltungsgerichtshof iċċitat id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 92/85 dwar l-istima tar-riskji kif ukoll it-teħid ta’ miżuri wara tali stima u għamlet id-domandi preliminari dwar l-Artikolu 11(1) ta’ din id-direttiva, liema dispożizzjoni tirreferi għall-imsemmi Artikolu 5.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fis-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula minnha, il-Gvern Awstrijak ikkonferma li, skont l-Artikolu 3(3) tal-MSchG, il-ħaddiema nisa tqal huma pprojbiti milli jkomplu jaħdmu meta t-tkomplija tal-attività professjonali thedded is-saħħa tagħhom jew ħajjithom jew dik tat-tarbija tagħhom. Skont dan il-Gvern, hija dispożizzjoni li tiġi applikata ta’ spiss fir-rigward ta’ nisa tqal li jkollhom iktar minn 30 jew 35 sena, li tippermetti li jieqfu jaħdmu ħafna qabel il-bidu tal-leave tal-maternità normali sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet. Mhijiex projbizzjoni marbuta mal-attività professjonali, iżda iktar projbizzjoni li tiddependi mis-sitwazzjoni personali tal-mara tqila u l-istat fiżiku tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6320"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kinitx, matul it-tqala tagħha, issofri minn marda jew minn komplikazzjonijiet marbuta mat-tqala tagħha jew jekk hija ngħatat leave mix-xogħol sabiex jiġu żgurati s-sigurtà jew is-saħħa tagħha minħabba riskju eventwali professjonali li jpoġġihom fil-periklu jew li jipperikola s-saħħa tat-tarbija tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi nnotat li, fiż-żewġ każijiet, ir-raġuni li persuna tieqaf taħdem matul it-tqala tagħha hija identika, jiġifieri l-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema tqila u tat-tarbija tagħha. Barra minn hekk, l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 huwa l-unika dispożizzjoni tagħha li tirregola, matul it-tqala, id-dħul li għalih għandha dritt il-ħaddiema tqila.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li, minn naħa, ma jidhirx b’mod ċar li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 mitluba mill-qorti tar-rinviju ma għandha ebda konnessjoni mar-realtà jew mal-għan tal-kawża prinċipali, u peress li, min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha biżżejjed elementi sabiex tinterpreta r-regoli stabbiliti minn din id-direttiva fir-rigward tas-sitwazzjoni li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali, ma hemmx lok, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, li d-domandi preliminari jiġu kkunsidrati bħala inammissibbli sa fejn jirrigwardaw din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li t-talba għal deċiżjoni preliminari, sa fejn tirrigwarda l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85, hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6321"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-parti (a) tal-ewwel domanda, dwar l-effett dirett tal-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva 92/85</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tal-parti (a) tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju ssaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva 92/85 jistax jipproduċi effett dirett u jekk iwassalx, għall-benefiċċju tal-individwi, għal drittijiet li huma jistgħu jinvokaw kontra Stat Membru li ma ttrasponiex l-imsemmija direttiva fid-dritt nazzjonali jew li ttrasponiha b’mod inkorrett, liema drittijiet għandhom jiġu mħarsa mill-qrati nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilta tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-aspett tal-kontenut tagħhom, inkundizzjonati u preċiżi biżżejjed, l-individwi jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat meta dan jew ikun naqas milli jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti jew ikun ittrasponiha b’mod inkorrett (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19820119">19 ta’ Jannar 1982</DATE>, Becker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="8/81" PAGE.ECR="53" YEAR="1982">8/81, Ġabra p. 53</REF.DOC.ECR>, punt 25; tas-<DATE ISO="19960917">17 ta’ Settembru 1996</DATE>, Cooperativa Agricola Zootecnica S. Antonio <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/94+C-247/94+C-248/94+C-249/94" PAGE.ECR="I-4373" YEAR="1996">C-246/94 sa C-249/94, Ġabra p. I-4373</REF.DOC.ECR>, punt 17, kif ukoll tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Flughafen Köln vs Bonn, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-226/07" PAGE.ECR="I-5999" YEAR="2008">C-226/07, Ġabra p. I-5999</REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija inkundizzjonata meta din tistabbilixxi obbligu li ma huwa kkwalifikat b’ebda kundizzjoni u lanqas ma huwa suġġett, fl-implementazzjoni jew fl-effetti tiegħu, għat-teħid ta’ xi miżura mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mill-Istati Membri. Hija preċiża biżżejjed biex tkun invokata minn individwu u applikata mill-qorti meta tistabbilixxi obbligu f’termini inekwivoċi (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Cooperativa Agricola Zootecnica S. Antonio <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata<?PAGE NO="I-6322"?> iktar ’il fuq, punt 19, kif ukoll tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, G. Pohl-Boskamp, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-317/05" PAGE.ECR="I-10611" YEAR="2006">C-317/05, Ġabra p. I-10611</REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva 92/85 jissodisfaw dawn il-kriterji, peress li jimponu fuq l-Istati Membri, fi kliem inekwivoċi, obbligu ta’ eżitu preċiż li huwa dak li jiżguraw, fil-ġestjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, assenjazzjoni provviżorja lejn impjieg ieħor u matul il-perijodi ta’ assenza mix-xogħol li jkunu seħħu matul it-tqala kif imsemmija fl-Artikoli 5 sa 7 tal-istess direttiva kif ukoll matul il-leave tal-maternità msemmi fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, id-drittijiet marbuta mal-kuntratt tax-xogħol tal-ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, kif ukoll it-tkomplija tal-ħlas tal-paga u/jew tal-allowances adegwati.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Ċertament, il-punt 1 tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/85 jipprevedi li, fir-rigward tal-ħaddiema nisa tqal fil-każijiet previsti fl-Artikolu 5 tagħha — jiġifieri dawk ikkonċernati minn ġestjoni provviżorja tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, minn trasferiment provviżorju lejn pożizzjoni oħra jew, bħala rimedju estrem, minn obbligu li ma jaħdmux – dan il-ħlas għandu jiġi żgurat skont il-liġi u/jew il-prassi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, il-preċiżjoni u n-natura inkundizzjonata tal-punt 1 tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/85 ma humiex affettwati minn riferiment għal liġi jew għal prassi nazzjonali. Fil-fatt, anki jekk din id-dispożizzjoni tagħti lill-Istati Membri ċerta marġni ta’ diskrezzjoni meta jadottaw il-metodi ta’ implementazzjoni, dan il-fatt ma jbiddilx in-natura preċiża u inkundizzjonata ta’ din id-dispożizzjoni. Il-metodi ta’ implementazzjoni bħal din ma jistgħu, bl-ebda mod, jirrigwardaw il-kontenut stess tad-dritt stabbilit mill-punt 1 tal-Artikolu 11 u ma jistgħux jikkundizzjonaw l-eżistenza jew jillimitaw il-portata ta’ dan id-dritt (ara s-sentenzi Parviainen, iċċitat iktar ’il fuq,<?PAGE NO="I-6323"?> punt 55, u f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85, tal-<DATE ISO="20011004">4 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Jiménez Melgar, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-438/99" PAGE.ECR="I-6915" YEAR="2001">C-438/99, Ġabra p. I-6915</REF.DOC.ECR>, punti 33 u 34; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/01+C-398/01+C-399/01+C-400/01+C-401/01+C-402/01+C-403/01" PAGE.ECR="I-8835" YEAR="2004">C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835</REF.DOC.ECR>, punt 105, kif ukoll tal-<DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, Impact, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-268/06" PAGE.ECR="I-2483" YEAR="2008">C-268/06, Ġabra p. I-2483</REF.DOC.ECR>, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 92/85 jipprevedi, f’dak li jirrigwarda l-ħaddiema bil-leave tal-maternità msemmija fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, li l-allowance msemmija fil-punt 2(b) tal-imsemmi Artikolu 11 għandha titqies li hija xierqa jekk tiggarantixxi dħul mill-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiema kkonċernata kienet tirċievi kieku waqfet temporanjament mill-attivitajiet tagħha għal raġunijiet ta’ saħħa.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li, skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 92/85, dan il-ħlas jista’ jkun previst sa limitu ddeterminat eventwalment mil-liġi nazzjonali, b’mod li l-ammont għal xogħol jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, ma jqegħedx fid-dubju n-natura preċiża u inkundizzjonata ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas ta’ dik tal-paragrafu (2) tal-istess artikolu. Sakemm il-ħlas li għandu jiġi żgurat lil ħaddiema bil-leave tal-maternità huwa stabbilit bil-liġi, l-applikazzjoni tal-limitu previst fl-Artikolu 11(3) ma jnaqqasx mill-possibbiltà li l-paragrafi (2) u (3) ta’ dan l-artikolu jiġu applikati minn qorti għall-kwistjoni li jkollha quddiemha u, konsegwentement, mhux tali li jneħħi mill-kontenut ta’ din id-dispożizzjoni n-natura suffiċjentement preċiża tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza Impact, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 92/85, li jissuġġettaw id-dritt għall-ħlas jew għall-allowance msemmija fil-paragrafi 1 u 2(b) ta’ dan l-artikolu għall-kundizzjoni li l-ħaddiema kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal dawn il-benefiċċji previsti mil-liġi nazzjonali, għandu jiġi rrilevat li dawn il-kundizzjonijiet ta’ eleġibbiltà ma jqegħdux inkwistjoni l-ħarsien minimu previst fl-imsemmi Artikolu 11(1) sa (3), u jistgħu, f’kull każ, jiġu mistħarrġa ġudizzjarjament.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6324"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva 92/85 jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha sabiex jipproduċu effett dirett.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda 1(a) li l-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva 92/85 għandu effett dirett u jagħti, lill-individwi, drittijiet li huma jistgħu jinvokaw fil-konfront ta’ Stat Membru li ma jkunx ittraspona din id-direttiva fid-dritt nazzjonali, jew li jkun ittrasponiha b’mod inkorrett, liema drittijiet il-qrati nazzjonali huma marbuta josservawha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda 1(b) u (c), dwar id-dritt għall-ħlas ta’ allowance għal xogħol ta’ għassa</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Bid-domanda 1(b) u (c) tagħha, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi, sostanzjament, jekk l-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva 92/85 għandux jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu ta’ assenza jew ta’ probizzjoni li wieħed jaħdem li jirrigwarda lill-ħaddiema nisa tqal u/jew li ngħataw leave tal-maternità, id-dritt għall-ħlas tal-allowance għal xogħol ta’ għassa għandux jitkompla. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju titlob b’mod partikolari jekk ir-risposta għal din id-domanda hijiex affettwata mill-fatt li l-liġi nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi d-dritt, tal-ħaddiema tqila li tkun eżentata milli taħdem matul it-tqala jew tkun ingħatat leave tal-maternità, għal remunerazzjoni ekwivalenti għall-paga medja li tkun irċeviet matul perijodu ta’ riferiment qabel l-assenza tagħha mix-xogħol matul it-tqala kif ukoll il-bidu tal-leave ta’ maternità tagħha, bl-eċċezzjoni tal-allowance għal xogħol tal-għassa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6325"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat l-ewwel nett li, b’din id-domanda, il-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi lilha nnifisha dwar il-portata tad-dritt għal ħlas ta’ ħaddiema tqila matul żewġ perijodi distinti, jiġifieri, minn naħa, il-perijodu ta’ waqfien mix-xogħol li jseħħ matul it-tqala, u, min-naħa l-oħra, il-perijodu ta’ projbizzjoni milli waħda taħdem li jikkorrispondi għal-leave tal-maternità.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li l-varji dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/85 jirregolaw dawn iż-żewġ perijodi, ghandha tingħata risposta separata għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju skont jekk din tirrigwardax id-dritt għal ħlas ta’ ħaddiema matul it-tqala jew matul il-leave tal-maternità.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq id-dritt għal allowance għal xogħol ta’ għassa ta’ ħaddiema tqila li tkun eżentata milli taħdem matul it-tqala minħabba riskji għas-sigurtà jew is-saħħa</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 jirriżulta li, fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 5 sa 7 tagħha, id-drittijiet marbuta mal-kuntratt tax-xogħol, inkluża ż-żamma ta’ ħlas u/jew id-dritt għal allowance adegwata għal ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu għandhom jiġu żgurati skont il-liġi u/jew prassi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>B’differenza mill-ħaddiema nisa tqal imsemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 92/85, li jibqgħu jaħdmu u jagħmlu xogħol li jkun ġie fdat lilhom minn min iħaddimhom, ħaddiema tqila msemmija fil-paragrafu (3) ta’ dan l-artikolu hija eżentata milli taħdem matul il-perijodu kollu neċessarju sabiex tiżgura l-protezzjoni tas-sigurtà tagħha kif ukoll tas-saħħa tagħha u, impliċitament, dik tat-tarbija tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6326"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>B’dan, il-miżuri kollha ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/85 iseħħu mhux fuq talba tal-ħaddiema tqila, imma minħabba l-istat ta’ tqala tagħha. Huma joħorġu minn evalwazzjoni tar-riskji u minn projbizzjoni legali imposta mill-Artikolu 5 kif ukoll mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali u huma intiżi li jevitaw kull riskju għas-sigurtà jew għas-saħħa ta’ din il-ħaddiema jew tat-tarbija tagħha. Barra minn hekk, jekk il-bilanċ tal-evalwazzjonijiet tar-riskji li min iħaddem huwa marbut iwettaq bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-istess direttiva jirriżulta differenti skont il-paragrafu tal-imsemmi Artikolu 5 li jkun applikabbli, l-għan ta’ protezzjoni mfittex minn din id-direttiva fir-rigward tal-ħaddiema nisa tqal imsemmija f’dan l-istess artikolu jibqa’ l-istess. Barra minn hekk, hekk kif jirriżulta mill-formulazzjoni tagħha, huwa min iħaddem li għandu josserva l-ordni espliċitu li jgħid li l-miżuri ta’ protezzjoni previsti f’dan l-artikolu għandhom jittieħdu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw dan l-ordni.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Eżami tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 kif ukoll tal-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa ta’ ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, previst f’din id-direttiva, jindika li ħaddiema tqila bħalma hija r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li tkun eżentata milli taħdem u li l-paga tagħha qabel dan il-perijodu hija komposta minn salarju bażiku, ċerti allowances u allowance għal xogħol ta’ għassa għall-overtime barra mis-sigħat normali previsti fl-iskeda tax-xogħol, ma għandhiex dritt, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, għall-ħlas ta’ tali allowance.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Qabelxejn, anki jekk hija bbażata fuq ir-relazzjoni ta’ xogħol, l-allowance għal xogħol ta’ għassa tikkostitwixxi paga fis-sens tal-Artikolu 141 KE, xorta jibqa’ l-fatt li l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85, fil-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tagħha, jirreferi għall-ħarsien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ta<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ħlas u mhux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>tal-<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ħlas tal-ħaddiema kkonċernata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6327"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 11(4) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw id-dritt għall-ħlas jew għall-allowance msemmija fil-paragrafu 1 tal-istess artikolu għall-kundizzjoni li l-ħaddiema kkonċernata tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal dawn il-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-elementi fattwali relatati man-natura tax-xogħol imwettaq u mal-kundizzjonijiet li fihom jitwettaq dan ix-xogħol jistgħu, skont il-każ, jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu fatturi oġġettivi u nieqsa minn kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess li jistgħu jiġġustifikaw differenzi eventwali ta’ ħlas bejn gruppi differenti ta’ ħaddiema (ara, f’dan is-sens, fil-kuntest tal-Artikolu 141 KE, is-sentenza tat-<DATE ISO="20000330">30 ta’ Marzu 2000</DATE>, JämO, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-236/98" PAGE.ECR="I-2189" YEAR="2000">C-236/98, Ġabra p. I-2189</REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, fil-kawża prinċipali, skont l-elementi li tiddisponi minnhom il-Qorti tal-Ġustizzja, l-allowance għal xogħol ta’ għassa titħallas lill-ħaddiema skont it-tul tax-xogħol imwettaq fl-overtime u fil-kontribuzzjoni medja, matul dan il-perijodu, tal-ħaddiem ikkonċernat. Huwa stabbilit li, matul il-perijodu li fih il-ħaddiema tkun obbligata ma taħdimx minħabba t-tqala tagħha, ħaddiema tqila ma twettaqx ix-xogħol li jagħti d-dritt għall-ħlas ta’ din l-allowance.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 49 u 61 tas-sentenza Parviainen, iċċitata iktar ’il fuq, fir-rigward ta’ ħaddiema tqila li tiġi ttrasferita provviżorjament għal pożizzjoni oħra minħabba t-tqala tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/85, l-Istati Membri u, skont il-każ, l-imsieħba soċjali ma humiex obbligati, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85, li jżommu, f’dan it-trasferiment provviżorju, l-elementi tal-paga jew l-allowances li jiddependu mill-eżerċizzju, mill-ħaddiema kkonċernata, ta’ funzjonijiet speċifiċi f’kundizzjonijiet partikolari u li huma intiżi essenzjalment sabiex jingħata kumpens għall-inkonvenjenti marbuta ma’ dan l-eżerċizzju. Dan ikun il-każ ukoll għal ħaddiema tqila li tkun obbligata ma taħdimx bis-saħħa tal-Artikolu 5(3) tal-imsemmija direttiva u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwarha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6328"?><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 tirreferi espliċitament għal-liġijiet u/jew għall-prassi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 48 ta’ din is-sentenza, l-imsemmija dispożizzjoni tħalli lill-Istati Membri ċertu marġni ta’ diskrezzjoni meta jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju u ta’ implementazzjoni tad-dritt għal dħul tal-ħaddiema nisa tqal koperti mill-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 92/85. Għaldaqstant, huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-imsemmi dritt mingħajr ma jistgħu, madankollu, jissuġġettaw għal xi kundizzjoni l-eżistenza stess ta’ dan id-dritt li jirriżulta direttament minn din id-direttiva u mir-relazzjoni ta’ xogħol bejn il-ħaddiema tqila u min iħaddimha (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<DATE ISO="20010626">26 ta’ Ġunju 2001</DATE>, BECTU, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/99" PAGE.ECR="I-4881" YEAR="2001">C-173/99, Ġabra p. I-4881</REF.DOC.ECR>, punt 53, u, wkoll, is-sentenza Parviainen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>L-eżerċizzju mill-Istati Membri u, skont il-każ, mill-imsieħba soċjali, ta’ din il-marġni ta’ diskrezzjoni fid-determinazzjoni tal-paga li għaliha għandha dritt ħaddiema tqila ttrasferita provviżorjament għal pożizzjoni oħra minħabba t-tqala tagħha ma jistax, minn naħa, jippreġudika l-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa ta’ ħaddiema nisa tqal previst fid-Direttiva 92/85 u lanqas, min-naħa l-oħra, jinjora l-fatt li tali eżenzjoni milli taħdem hija miżura ta’ protezzjoni estrema li hija neċessarju meta t-trasferiment provviżorju lil pożizzjoni oħra jkun teknikament u/jew oġġettivament impossibbli jew ma jistax raġjonevolment jkun mistenni għal raġunijiet debitament ġustifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mis-sittax-il premessa tad-Direttiva 92/85, il-miżuri għall-organizzazzjoni tax-xogħol li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-saħħa ta’ ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu ma jservu l-ebda skop kemm-il darba ma jkollhomx magħhom il-ħarsien ta’ drittijiet annessi mal-kuntratt tax-xogħol, inkluż li jibqa’ jsir il-ħlas u/jew id-dritt għal allowance adegwata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6329"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ħaddiema nisa tqal li għandhom l-obbligu li ma jaħdmux, bħala miżura estrema, bis-saħħa tal-Artikolu 5(3) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri jew, jekk ikun l-każ, l-imsieħba soċjali jistgħu jiżguraw il-ġbir ta’ ħlas fil-forma ta’ allowance adegwata, ta’ remunerazzjoni jew ta’ kombinazzjoni tat-tnejn, imma l-għażla li jwettqu f’dan ir-rigward u l-livel li fih id-dħul jiġi stabbilit ma għandux jaffettwa ħażin dan l-effett utli.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Huwa ċar li l-effett utli tad-Direttiva 92/85 u l-għanijiet imfittxija minnha ma jiġux żgurati kieku kien ikun possibbli, għal min iħaddem, permezz tal-istabbiliment ta’ livell imnaqqas ta’ dħul bis-saħħa tal-Artikolu 11(1) ta’ din id-direttiva, li jirrikorri l-Artikolu 5(3) tagħha sabiex inaqqas id-dannu finanzjarju li jkollu jiffaċċja minħabba l-assenza tal-ħaddiema tqila matul it-tqala tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Meta l-Istati Membri u, jekk ikun il-każ, l-imsiebħa soċjali jagħżlu, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85, li jiżguraw lil ħaddiema tqila li tkun eżentata milli taħdem jew li jkollha l-obbligu li ma taħdimx bis-saħħa tal-Artikolu 5(3) ta’ din id-direttiva dħul taħt il-forma ta’ remunerazzjoni, ta’ allowance adegwata jew ta’ kombinazzjoni tat-tnejn, dan id-dħul għandu f’kull każ jinkludi l-paga mensili bażika ta’ din il-ħaddiema kif ukoll l-elementi tal-paga jew l-allowances li huma relatati mal-istatus professjonali tal-ħaddiema tqila — liema status bl-ebda mod ma tiġi kkontestata permezz ta’ din l-eżenzjoni mix-xogħol — bħall-allowances relatati mal-kwalità tagħha ta’ superjur ġerarkiku, mal-anzjanità tagħha u mal-kwalifiki professjonali tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Parviainen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Kull interpretazzjoni oħra tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 dwar id-dritt għal dħul tal-ħaddiema nisa tqal imsemmi fl-Artikolu 5 tagħha tkun tali li tikkawża effett ħażin fuq l-effett utli ta’ din tal-aħħar u li tneħħi parti kbira mis-sustanza tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6330"?><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Mill-proċess fil-pussess tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-remunerazzjoni li għandha dritt għaliha ħaddiema tqila li jkollha l-obbligu li ma taħdimx matul it-tqala tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 3(3) tal-MSchG tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 14(1) u (2) ta’ din l-istess liġi. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-ħaddiema tqila għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għall-paga medja li tkun irċeviet matul it-tlettax-il ġimgħa qabel l-obbligu li ma taħdimx. Madankollu, l-allowances għal xogħol ta’ għassa li għalihom kellha dritt matul dan il-perijodu ta’ riferiment ma jittieħdux inkunsiderazzjoni għall-kalkolu ta’ din ir-remunerazzjoni medja.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet indikati fil-punti 60 sa 67 ta’ din is-sentenza, l-esklużjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa mir-remunerazzjoni li għandha dritt titlob il-ħaddiema tqila li ġiet eżentata provviżorjament milli taħdem matul it-tqala tagħha ma għandhiex titqies li tmur kontra l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, għandha tingħata r-risposta lill-qorti tar-rinviju li l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema tqila li ġiet eżentata provviżorjament milli taħdem minħabba t-tqala tagħha għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għal-paga medja li kienet tirċievi matul perijodu ta’ riferiment ta’ qabel il-perijodu tat-tqala tagħha, bl-esklużjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6331"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq id-dritt għal allowance għal xogħol ta’ għassa ta’ ħaddiema bil-leave tal-maternità</P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk l-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema li ngħatat leave tal-maternità għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għall-paga medja li kienet tirċievi matul perijodu ta’ riferiment qabel il-bidu ta’ dan il-leave, bl-eċċezzjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-punti 61 u 64 ta’ din is-sentenza, peress li hija bbażata fuq ir-relazzjoni ta’ xogħol u hija mħallsa lill-ħaddiem skont it-tul tax-xogħol imwettaq matul l-overtime u tal-kontribuzzjoni medja ta’ dan il-ħaddiem matul dan il-perijodu, l-allowance għal xogħol ta’ għassa jaqa’ taħt il-kunċett ta’ remunerazzjoni li tidher fl-Artikolu 141 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Madankollu, ma jsegwix li ħaddiema assenti mix-xogħol minħabba leave tal-maternità għandha dritt, bis-saħħa tal-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85, għall-benefiċċji u l-allowances kollha li hija tirċievi fix-xahar meta hija twettaq ix-xogħol li jkun mistenni minnha minn min iħaddimha.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ħaddiema li jibbenefikaw mil-leave tal-maternità previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jinsabu f’sitwazzjoni speċifika li teżiġi li tingħatalhom protezzjoni speċjali, imma li ma tistax tiġi ekwiparata għal dik ta’ raġel jew dik ta’ mara li jew jokkupaw effettivament il-post tax-xogħol tagħhom, jew li jibbenefikaw minn leave tal-mard (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19960213">13 ta’ Frar 1996</DATE>, Gillespie <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/93" PAGE.ECR="I-475" YEAR="1996">C-342/93, Ġabra p. I-475</REF.DOC.ECR>, punt 17; tas-<DATE ISO="19981027">27 ta’ Ottubru 1998</DATE>, Boyle <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-411/96" PAGE.ECR="I-6401" YEAR="1998">C-411/96, Ġabra p. I-6401</REF.DOC.ECR>, punt 40, kif ukoll Alabaster, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6332"?><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Il-leave tal-maternità li minnu tibbenefika l-ħaddiema huwa intiż li jiżgura, minn naħa, il-protezzjoni tal-kundizzjoni bijoloġika tal-mara fil-kors tat-tqala tagħha kif ukoll wara li tispiċċa u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tar-relazzjoni partikolari bejn l-omm u t-tarbija tagħha matul il-perijodu li jmur wara t-tqala (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19840712">12 ta’ Lulju 1984</DATE>, Hofman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="184/83" PAGE.ECR="3047" YEAR="1984">184/83, Ġabra p. 3047</REF.DOC.ECR>, punt 25; tat-<DATE ISO="19980430">30 ta’ April 1998</DATE>, Thibault, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-136/95" PAGE.ECR="I-2011" YEAR="1998">C-136/95, Ġabra p. I-2011</REF.DOC.ECR>, punt 25, kif ukoll Boyle <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ħaddiema li ma jistgħux effettivament jinvokaw il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 141 KE jew tal-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 sabiex jitolbu t-tkomplija, matul il-perijodu tal-leave tal-maternità, ir-remunerazzjoni sħiħa daqs li kieku kienu jokkupaw effettivament, bħall-ħaddiema l-oħra, il-post tax-xogħol tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi iċċitati iktar ’il fuq, Gillespie <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> punt 20, kif ukoll Alabaster, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>B’hekk, kif jirriżulta mid-Direttiva 92/85 u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiggarantixxi lill-ħaddiema benefiċjarja, matul il-leave tal-maternità tagħha, dħul ta’ ammont li huwa mhux inqas mill-ekwivalenti għal allowance prevista mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali fil-każ tal-interruzzjoni tal-attivitajiet tagħha għal raġunijiet ta’ saħħa (sentenza Boyle <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar ’il fuq, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-ġbir ta’ dħul ta’ livell bħal dan għandu jiġi ggarantit lill-ħaddiema matul il-leave tal-maternità tagħhom, kemm jekk jitħallas, skont l-Artikolu 11(2)(b) tad-Direttiva 92/85, taħt forma ta’ allowance, ta’ remunerazzjoni jew taħt kombinazzjoni tat-tnejn (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Boyle <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> punt 33, kif ukoll Lewen, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva, min iħaddem għandu, matul il-leave tal-maternità, jiżgura t-tkomplija ta’ remunerazzjoni u/jew tal-benefiċċju ta’ allowance adegwata, u d-dħul iggarantit lill-ħaddiema matul dan il-leave, meta jitħallas taħt<?PAGE NO="I-6333"?> il-forma ta’ allowance, ta’ remunerazjoni jew, jekk ikun il-każ, ta’ kombinazzjoni tat-tnejn, għandu jkun adegwat fis-sens tal-imsemmi paragrafu (3) (ara s-sentenza Boyle <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Meta ħaddiema tkun assenti mix-xogħol għaliex tkun qed tibbenefika minn leave tal-maternità, il-protezzjoni minima mitluba mill-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 ma jimplikax għaldaqstant it-tkomplija sħiħa tar-remunerazzjoni tal-interessata u lanqas il-ħlas tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi madankollu dwar l-effett li jista’ jkun hemm fuq id-dritt għal remunerazzjoni ta’ ħaddiema bil-leave tal-maternità bil-fatt li l-Istat Membru jipprevedi d-dritt ta’ din il-ħaddiema għal remunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju medju li hija tkun irċeviet matul perijodu ta’ riferiment qabel il-bidu tal-leave tal-maternità tagħha, bl-eċċezzjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 ma jipprevedix protezzjoni minima fir-rigward tad-dritt tal-ħaddiema nisa tqal li jkunu eżentati milli jaħdmu matul il-leave tal-maternità tagħhom bis-saħħa tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva. L-ebda dispożizzjoni tagħha ma tipprekludi l-Istati Membri jew, jekk ikun il-każ, l-imsieħba soċjali, milli jipprevedi t-tkomplija tal-elementi kollha tar-remunerazzjoni u tal-benefiċċji kollha, inkluża l-allowance għal xogħol ta’ għassa li l-ħaddiema tqila kellha dritt għaliha qabel il-leave tal-maternità tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-Direttiva 92/85, li ġiet adottata skont l-Artikolu 118a tat-Trattat KE (l-Artikoli 117 sa 120 tat-Trattat KE ġew sostitwiti bl-Artikoli 136 KE sa 143 KE), ma twaqqafx lil Stat Membru, kif jirriżulta mill-Artikolu 137(4) KE, milli jżomm<?PAGE NO="I-6334"?> jew jistabbilixxi miżuri ta’ protezzjoni iktar stretti, bil-kundizzjoni li dawn ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-trattat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20011004">4 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Jiménez Melgar, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-438/99" PAGE.ECR="I-6915" YEAR="2001">C-438/99, Ġabra p. I-6915</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Peress li s-sistema ta’ remunerazzjoni prevista minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi miżura ta’ protezzjoni iktar favorevoli għall-ħaddiema bil-leave tal-maternità kif mitlub mid-Direttiva 92/85, l-esklużjoni ta’ ċerti elementi tar-remunerazzjoni mill-kalkolu tad-dħul dovut matul il-leave ma għandux jitqies li jmur kontra l-Artikolu 11(2) u (3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandha tingħata r-risposta lill-qorti tar-rinviju li l-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema bil-leave tal-maternità għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju medju li kienet tirċievi matul perijodu ta’ riferiment qabel il-bidu tal-imsemmi leave, bl-eċċezzjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda, dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ effett dirett</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>B’din id-domanda, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi jekk, fil-każ li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 ma jkollhomx effett dirett, huma jkunu jridu jiġu trasposti mill-Istati Membri b’mod li ħaddiema li, matul il-perijodu li jkollha l-obbligu li ma taħdimx għan-nisa tqal u/jew bil-leave tal-maternità, ma tagħmilx iktar xogħol ta’ għassa, għandha tiġi rrikonoxxuta lilha d-dritt għat-tkomplija tal-allowance għal dan ix-xogħol.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6335"?><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu effett dirett u jagħti, lil individwi, drittijiet li huma jistgħu jinvokaw fil-konfront ta’ Stat Membru li ma jkunx ittraspona din id-direttiva fid-dritt nazzjonali, jew li jkun ittrasponiha b’mod inkorrett, u li l-qrati nazzjonali huma marbuta josservaw.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema tqila li ġiet eżentata provviżorjament milli taħdem minħabba t-tqala tagħha għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju medju li kienet tirċievi<?PAGE NO="I-6336"?> matul perijodu ta’ riferiment ta’ qabel il-perijodu tat-tqala tagħha, bl-esklużjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema bil-leave tal-maternità għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju medju li kienet tirċievi matul perijodu ta’ riferiment qabel il-bidu tal-imsemmi leave, bl-eċċezzjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>