|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1730 |
21.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1730
tal-20 ta’ Ġunju 2024
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv fl-għalf tal-qżieqeż miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: LANXESS Chemical B.V.)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv fl-għalf. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-qżieqeż miftuma u għall-ħnieżer tas-simna, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi”, fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-14 ta’ Novembru 2023 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu benżojku huwa sikur għall-qżieqeż miftuma u għall-ħnieżer tas-simna, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-aċidu benżojku joħloq riskju mill-inalazzjoni, huwa irritanti għall-ġilda u korrużiv għall-għajnejn, iżda li minħabba n-nuqqas ta’ data ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni dwar is-sensitizzazzjoni dermali. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu benżojku huwa effikaċi bħala addittiv żootekniku tal-għalf għall-qżieqeż miftuma sa 25 kg u għall-ħnieżer tas-simna. Ma kinitx tal-fehma li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (3), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti fir-rigward tal-istess sustanza attiva (4) huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-aċidu benżojku jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dik is-sustanza jiġi awtorizzat. Huwa xieraq li jiġi previst li l-addittiv ma jintużax ma’ sorsi oħra ta’ aċidu benżojku jew benżoati, u li jiġi mitmugħ biss kompletament imħallat ma’ materjali oħra tal-għalf tar-razzjon ta’ kuljum. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal. 2023;21:e8454.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
(4) Rapport ta’ evalwazzjoni disponibbli dwar iċ-Ċentru tax-Xjenza tal-UE https://joint-research-centre.ec.europa.eu/publications/fad-2010-0029_en.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni: żieda fil-piż jew proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż) |
|||||||||||||||||||
|
4d211 |
LANXESS Chemical B.V. |
Aċidu benżojku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu benżojku (≥ 99,9 %) Forma solida. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu benżojku (magħruf ukoll bħala aċidu benżenkarbossiliku u aċidu fenilkarbossiliku) C7H6O2 Numru CAS: 65-85-0 Livell massimu ta’ impuritajiet: Aċidu ftaliku: ≤ 100 mg/kg Bifenil: ≤ 100 mg/kg Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu benżojku fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja bl-użu tad-detezzjoni bl-ultravjola (HPLC-UV) - EN 17298 |
Qżieqeż miftuma |
— |
5 000 |
5 000 |
|
Il-11 ta’ Lulju 2034 |
||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH urinarju) |
|||||||||||||||||||
|
4d211 |
LANXESS Chemical B.V. |
Aċidu benżojku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu benżojku (≥ 99,9 %) Forma solida. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu benżojku (magħruf ukoll bħala aċidu benżenkarbossiliku u aċidu fenilkarbossiliku) C7H6O2 Numru CAS: 65-85-0 Livell massimu ta’ impuritajiet: Aċidu ftaliku: ≤ 100 mg/kg Bifenil: ≤ 100 mg/kg Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu benżojku fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja bl-użu tad-detezzjoni bl-ultravjola (HPLC-UV) — EN 17298 |
Ħnieżer tas-simna |
— |
5 000 |
10 000 |
|
Il-11 ta’ Lulju 2034 |
||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1730/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)