<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-672/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0672</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:134">EU:C:2018:134</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180228">28.2.2018</DATE> – Kawża C‑672/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Imofloresmira – Investimentos Imobiliários</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tal-operazzjonijiet ta’ lokazzjoni u ta’ kiri ta’ proprjetajiet immobbli</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ għażla favur persuni taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Implementazzjoni mill-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Użu għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tal-persuna taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Aġġustament tat-tnaqqis magħmul inizjalment</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑672/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Qorti Arbitrali fil-Qasam Fiskali (Ċentru tal-Arbitraġġ Amministrattiv), il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20161216">16 ta’ Diċembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20161229">29 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Imofloresmira – Investimentos Imobiliários SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autoridade Tributária e Aduaneira,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas (Relatur), President tal-Awla, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Imofloresmira – Investimentos Imobiliários SA, minn S. Neto, advogada u minn J. Magalhães Ramalho, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u R. Campos Laires, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Clotuche-Duvieusart u minn B. Rechena, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 137, 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Imofloresmira – Investimentos Imobiliários SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Imofloresmira<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Autoridade Tributária e Aduaneira (L-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana, il-Portugall) dwar l-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) magħmul minn Imofloresmira fil-kuntest tal-attività tagħha ta’ xiri, ta’ bejgħ, ta’ kiri u ta’ amministrazzjoni ta’ proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 18, li jinsab fil-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tat-Titolu IV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Transazzjonijiet Taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, tad-Direttiva tal-VAT, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri jistgħu iqisu kull waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin bħala provvista ta’ merkanzija bi ħlas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni minn persuna taxxabbli għal skopijiet tan-negozju tagħha ta’ merkanzija magħmula, maħduma, estratta, ipproċessata, mixtrija jew importata matul tali negozju, fejn il-VAT fuq din il-merkanzija, kieku kienet ġiet akkwistata minn persuna oħra taxxabbli, ma tkunx deduċibbli kollha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 27, li jinsab fil-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tal-istess Titolu IV, ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Biex ma jħallux li jkun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT, l-Istati Membri jistgħu jitrattaw bħala provvista ta’ servizzi bi ħlas il-provvista minn persuna taxxabbli ta’ servizz għall-iskopijiet tan-negozju tiegħu, fejn il-VAT fuq tali servizz, kieku ngħata minn persuna oħra taxxabbli, ma kienx ikun deduċibbli kollu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 135(1)(l) li jinsab fil-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, tat-Titolu IX, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Eżenzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tad-Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[il-lokazzjoni u]l-kiri ta’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 137(1), li jaqa’ taħt l-istess kapitolu ta’ din id-direttiva, jippermetti lill-Istati Membri jagħtu lil persuni taxxabbli dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni għal ċerti tranżazzjonijiet, fosthom dawk imsemmija fl-Artikolu 135(1)(l) tal-imsemmija direttiva. L-Artikolu 137(2) tal-istess direttiva jispeċifika li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli ddettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ għażla skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu u li huma jistgħu jirristrinġu l-portata ta’ dak id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 167, li jinsab fil-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, tat-Titolu X, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tad-Direttiva tal-VAT, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[d]ritt ta’ tnaqqis iseħħ fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa tiġi imposta [meta t-taxxa li tista’ titnaqqas issir eżiġibbli]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 168, li jinsab fl-istess kapitolu ta’ din id-direttiva, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta rigward transazzjonijiet trattati bħala provvisti ta’ merkanzija jew servizzi skond l-Artikolu 18(a) u l-Artikolu 27;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 176 tal-imsemmija direttiva, li jinsab fil-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tal-imsemmi Titolu X jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi n-nefqa li fir-rispett tagħha l-VAT m’għandhiex tkun tista’ titnaqqas. It-VAT fl-ebda ċirkostanza m’għandha tkun tista’ titnaqqas fir-rigward tan-nefqa li mhijiex strettament nefqa tan-negozju, bħal dik fuq il-lussu, pjaċiri jew divertiment.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 184 tad-Direttiva tal-VAT, li jinsab fil-Kapitolu 5, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Aġġustament tat-tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tal-istess Titolu X, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[i]t-tnaqqis inizjali għandu jiġi aġġustat fejn dan ikun ogħla jew inqas minn dak li għalih il-persuna taxxabbli kienet intitolata<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 185(1), li jinsab f’dan il-Kapitolu 5 tal-imsemmija direttiva, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-aġġustament għandu, b’mod partikolari, isir fejn, wara li ssir id-denunzja tal-VAT, isir xi tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, per eżempju fejn ix-xirjiet huma kkanċellati jew hu miksub roħs fil-prezzijiet.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 187 li jaqa’ taħt l-imsemmi kapitolu tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="187.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil–każ ta’ merkanzija kapitali [investimenti], l-aġġustment għandu jkun mifrux fuq ħames snin inkluża dik meta l-merkanzija kienet akkwistata jew iffabbrikata.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw l-aġġustament fuq perijodu ta’ ħames snin sħaħ li jibda miż-żmien meta l-merkanzija hija użata għall-ewwel darba.</ALINEA><ALINEA>Fil–każ ta’ proprjetà immobbli akkwistata bħala merkanzija kapitali, il-perijodu ta’ aġġustament jista’ jiġi estiż sa 20 sena.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="187.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-aġġustament annwali għandu jsir biss fir-rigward ta’ wieħed minn ħamsa tal-VAT imposta fuq il-merkanzija kapitali, jew, jekk il-perijodu ta’ referenza ġie estiż, fir-rigward tal-frazzjoni korrispondenti tiegħu.</ALINEA><ALINEA>L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir abbażi tal-varjazzjonijet fid-dritt għal tnaqqis fi snin sussegwenti b’ relazzjoni għal dik fis-sena li fiha l-merkanzija kienet akkwistata, iffabbrikata jew, fejn hu xieraq, użata għall-ewwel darba.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 12, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Rinunzja għall-eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>CIVA<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) jipprovdi, fil-paragrafi 4, 6 u 7 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>4</NO.PARAG><ALINEA>– Il-persuni taxxabbli li jikru proprjetà immobbli jew lottijiet tagħhom lil persuni taxxabbli oħra, li jużawhom totalment jew fil-maġġoranza tagħhom għal attivitajiet li jagħtu dritt għal tnaqqis, jistgħu jirrinunzjaw għall-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 9(29).</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="012.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>– Il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet għar-rinunzja tal-eżenzjoni prevista fil-paragrafi 4 u 5 huma stabbiliti f’leġiżlazzjoni speċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.007"><NO.PARAG>7</NO.PARAG><ALINEA>– Id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa, f’dawn il-każijiet, huwa rregolat bir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 19 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jinsabu f’eventwali leġiżlazzjoni speċjalizzata.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 taċ-CIVA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Aġġustament tat-tnaqqis dwar assi fissi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jipprevedi, fil-paragrafi 2, 3, 5 u 6 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>2</NO.PARAG><ALINEA>– Huwa wkoll aġġustat annwalment it-tnaqqis fuq l-infiq ta’ investiment fi proprjetà immobbli jekk ikun hemm differenza, pożittiva jew negattiva, ta’ ħames punti perċentwali jew iktar, bejn il-perċentwal finali msemmi fl-artikolu preċedenti, applikabbli matul is-sena ta’ okkupazzjoni tal-proprjetà u ta’ kull waħda mid‑19‑il sena ċivili sussegwenti, u dak li ġie ddeterminat matul is-sena tal-akkwist jew tat-twettiq tax-xogħlijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.003"><NO.PARAG>3</NO.PARAG><ALINEA><P>– Għall-aġġustament tat-tnaqqis fir-rigward ta’ assi fissi, li jagħmlu riferiment għalihom il-paragrafi preċedenti, għandu jsir dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fl-aħħar tas-sena li matulha beda l-użu jew l-okkupazzjoni tal-proprjetà u matul kull waħda mill‑4 jew 19‑il sena ċivili sussegwenti, skont il-każ, għandu jiġi kkalkulat l-ammont tat-tnaqqis li jkun applikabbli li kieku l-akkwist jew it-twettiq tax-xogħlijiet tal-proprjetà immobbli kien seħħ matul is-sena inkwistjoni, konformement mal-perċentwal finali ta’ din l-istess sena;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-ammont miksub b’dan il-mod huwa mnaqqas mit-tnaqqis magħmul fis-sena li matulha seħħ l-akkwist jew mis-somma tat-tnaqqis magħmul sas-sena li matulha x-xogħlijiet imwettqa fi proprjetà immobbli ġew itterminati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-differenza pożittiva jew negattiva għandha tiġi diviża b’5 jew b’20, skont il-każ, u r-riżultat miksub b’dan il-mod ikun jikkorrispondi mal-ammont li għandu jitħallas jew mat-tnaqqis addizzjonali li għandu jsir matul is-sena inkwistjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="024.005"><NO.PARAG>5</NO.PARAG><ALINEA>– Fil-każ ta’ trasferiment ta’ assi fissi mwettaq matul il-perijodu ta’ aġġustament, dan għandu jsir f’darba, għall-perijodu li jkun għadu ma għaddiex, billi jitqies li dawn l-assi jintużaw għal attività intaxxata totalment fis-sena tat-trasferiment u fis-snin sussegwenti sakemm jiskadi t-terminu għall-aġġustament. Jekk madankollu t-trasferiment huwa eżentat mit-taxxa bis-saħħa tal-Artikolu 9(30) jew tal-Artikolu 9(32), il-proprjetà hija meqjusa użata għal attività mhux intaxxata u, fl-ewwel każ, għandu jsir l-aġġustament relatat magħha.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="024.006"><NO.PARAG>6</NO.PARAG><ALINEA><P>– L-aġġustament previst fil-paragrafu preċedenti huwa wkoll applikabbli, meta jitqies li l-proprjetà tintuża għal attività mhux intaxxata, fil-każ ta’ proprjetà immobbli li għaliha inizjalment kien hemm tnaqqis totali jew parzjali tat-taxxa imposta fuq il-kostruzzjoni, ix-xiri jew spejjeż ta’ investiment oħra tagħha, relatati magħha, meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna taxxabbli, minħabba l-bidla fl-attività eżerċitata jew minħabba obbligu legali, twettaq biss tranżazzjonijiet eżentati li ma jagħtux dritt għal tnaqqis;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-persuna taxxabbli twettaq biss tranżazzjonijiet eżentati li ma jagħtux dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 12(3) jew l-Artikolu 55(3) u (4);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-proprjetà immobbli hija s-suġġett ta’ kirja eżentata konformement mal-Artikolu 9(29).<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 taċ-CIVA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Aġġustament tat-tnaqqis fir-rigward ta’ proprjetà immobbli mhux użata għal finijiet kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jistipula, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>In-nuqqas ta’ użu ta’ proprjetà immobbli għall-finijiet tal-impriża li għalihom kien hemm tnaqqis tat-taxxa għal sena ċivili waħda jew iktar wara l-bidu tal-perijodu ta’ 19‑il sena msemmi fl-Artikolu 24(2) jagħti lok għal aġġustament annwali ta’ wieħed minn kull għoxrin tat-tnaqqis magħmul, li għandu jintwera fuq id-dikjarazzjoni tal-aħħar perijodu tas-sena inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>It-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għad-dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni, previst fl-Artikolu 12 taċ-CIVA, ġew ippreċiżati fid-Digriet-Leġiżlattiv Nru 241/86 (<HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT>, Serje 1, Nru 190, tal‑<DATE ISO="19860820">20 ta’ Awwissu 1986</DATE>), li ġie emendat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 21/2007 (<HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT>, Serje 1, Nru 20, tad‑<DATE ISO="20070129">29 ta’ Jannar 2007</DATE>) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ din l-iskema, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Aġġustament tat-taxxa mnaqqsa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprovdi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1</NO.PARAG><ALINEA><P>– Minkejja l-Artikolu 25(1) taċ-[CIVA], il-persuni taxxabbli li jużaw proprjetà immobbli li tatihom dritt għal tnaqqis totali jew parzjali tat-taxxa fuq ix-xiri huma obbligati jaġġustaw, f’darba waħda biss, konformement mal-Artikolu 24(5) taċ-[CIVA], it-tnaqqis magħmul, billi jqisu li l-proprjetà hija użata għal attività mhux intaxxata meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-proprjetà immobbli hija użata għal finijiet differenti mill-attività eżerċitata mill-persuna taxxabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk ma hijiex użata għal finijiet differenti mill-attività eżerċitata mill-persuna taxxabbli, il-proprjetà immobbli ma hijiex effettivament użata mill-impriża għal iktar minn sentejn konsekuttivi.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(1) taċ-CIVA, imsemmi fl-Artikolu 10 tal-iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni ċċitat fil-punt preċedenti, jikkorrispondi mal-Artikolu 26(1) taċ-CIVA, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, kif iċċitat fil-punt 15 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-għan kummerċjali ta’ Imofloresmira huwa x-xiri, il-bejgħ, il-kiri u l-amministrazzjoni ta’ proprjetà immobbli, għal użu residenzjali, kummerċjali u mħallat, li hija proprjetà tagħha jew li tappartjeni għal terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara kontrolli magħmula matul is-snin 2015 u 2016, l-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana kkonstatat li ċerti lottijiet, li jaqgħu taħt żewġ proprjetajiet immobbli li Imofloresmira hija l-proprjetarja tagħhom u li għalihom hija kienet għażlet it-tassazzjoni, kienu ilhom vakanti għal iktar minn sentejn u li, minkejja<?PAGE NO="6"?> dan in-nuqqas ta’ okkupanza, Imofloresmira ma kinitx wettqet aġġustament tat-taxxa mnaqqsa, konformement mal-Artikolu 26(1) taċ-CIVA u mal-Artikolu 10(1)(b) tal-iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, l-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana argumentat li l-kumpannija kellha tipproċedi għall-aġġustament tat-taxxa mnaqqsa, annwalment jew definittivament, skont il-każ, għal-lottijiet inokkupati tal-proprjetà immobbli li hija l-proprjetarja tagħhom u informat lil Imofloresmira li, peress li dan l-aġġustament ma sarx, kellhom jiġu applikati xi korrezzjonijiet dwar it-taxxa dovuta, f’ammont totali ta’ EUR 1 375 954.71 għas-snin finanzjarji 2011, 2012 u 2013. Mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-korrezzjonijiet dwar is-sena finanzjarja 2013 kellhom riperkussjonijiet fuq it-taxxa mnaqqsa fl‑2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li ma qablitx mad-deċiżjoni tal-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana li tagħmel dawn il-korrezzjonijiet, Imofloresmira ppreżentat rikors quddiem it-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Qorti Arbitrali fil-Qasam Fiskali (Ċentru tal-Arbitraġġ Amministrattiv), il-Portugall) sabiex tikseb l-annullament tal-ħlasijiet supplementari tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li Imofloresmira żgurat b’mod kontinwu l-promozzjoni kummerċjali tal-ispazji disponibbli, fi ħdan din il-proprjetà immobbli, sabiex tikrihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, dik il-qorti tippreċiża b’mod partikolari li, bejn is-sena 2011 u s-sena 2013, hija kkonkludiet, għal dan l-għan, mandati ma’ aġenziji ta’ proprjetà immobbli u, fuq il-parir ta’ dawn tal-aħħar, għamlet diversi operazzjonijiet ta’ marketing u ta’ għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni, fosthom, b’mod partikolari, il-kreazzjoni ta’ fuljett, ta’ lista postali, kif ukoll ta’ sit tal-internet, il-kreazzjoni u d-difużjoni ta’ stqarrijiet għall-istampa mal-pubbliku inġenerali u t-twaħħil ta’ posters ta’ reklamar fuq il-proprjetà immobbli kkonċernata. Hija tesponi wkoll li Imofloresmira aġġustat ukoll l-offerta tagħha permezz, minn naħa, tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ spazji għall-kiri bi prezzijiet iktar kompetittivi u, min-naħa l-oħra, il-possibbiltà li jiġu nnegozjati perijodi tranżizzjonali meta kerrej jidħol fil-post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-ispejjeż imġarrba mis-servizzi ta’ promozzjoni kummerċjali tal-proprjetà immobbli li Imofloresmira hija proprjetarja tagħhom huma riflessi fil-karti tal-bilanċ tas-snin 2011 sa 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Quddiem dik il-qorti, Imofloresmira targumenta li l-korrezzjonijiet imsemmija fil-punt 21 ta’ din is-sentenza huma illegali għar-raġuni li l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali, kif mogħtija mill-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana, hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari għad-Direttiva tal-VAT, kif ukoll għall-Artikolu 26(1) taċ-CIVA u għall-Artikolu 10(1) tal-iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li għandha dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali, b’mod partikolari tal-Artikolu 26(1) taċ-CIVA u tal-Artikolu 10(1) tal-iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni, kif interpretati mill-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana, il-qorti tar-rinviju tqis li interpretazzjoni tal-Artikoli 137, 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-VAT hija neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, it-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Qorti Arbitrali fil-Qasam Fiskali (Ċentru tal-Arbitraġġ Amministrattiv)) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>1)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn proprjetà immobbli, li minkejja li tinsab vakanti għal perijodu ta’ sentejn jew iktar, qed tiġi kkummerċjalizzata, jiġifieri, hija disponibbli fis-suq tal-kiri jew għall-provvista ta’ servizzi tat-tip <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>office centre<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/>, fejn huwa paċifiku li l-proprjetarju kkonċernat għandu l-intenzjoni li jikri l-proprjetà suġġett għall-VAT, u qed iwettaq dak li hu neċessarju biex din l-intenzjoni tiġi kkonkretizzata,<?PAGE NO="7"?> id-definizzjoni bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>nuqqas ta’ użu effettiv tal-proprjetà immobbli għall-finijiet tal-impriża<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> u/jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>nuqqas ta’ użu effettiv tal-proprjetà immobbli fi tranżazzjonijiet intaxxati<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/>, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 26(1) [taċ-CIVA] u tal-Artikolu 10(1)(b) tal-Iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet relatati ma’ proprjetà immobbli […] approvata bid-Digriet Liġi Nru 21/2007 […] fir-redazzjonijiet preċedenti tiegħu, hija konformi mal-Artikoli 167, 168, 184, 185 u 187 tad-[Direttiva tal-VAT] u, konsegwentement, it-tnaqqis inizjalment imwettaq għandu jiġi aġġustat inkwantu kien ogħla minn dak li kellu dritt għalih il-persuna suġġetta għat-taxxa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, fid-dawl ta’ interpretazzjoni korretta tal-Artikoli 137, 167, 168, 184, 185 u 187 tad-[Direttiva tal-VAT], dan l-aġġustament jista’ jiġi impost f’darba waħda biss, għall-perijodu kollu li jkun għadu ma ddekorriex, hekk kif tistabbilixxi l-leġiżlazzjoni Portugiża fl-Artikolu 10(1)(b) u (c) tal-Iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet relatati ma’ proprjetà immobbli […] fil-każijiet fejn il-proprjetà immobbli tinsab vakanti għal perijodu ta’ iktar minn sentejn, iżda dejjem fi stat ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-kiri (bil-possibbiltà ta’ rinunzja) u/jew għall-provvista ta’ servizzi (taxxabbli), b’tali mod li l-proprjetà immobbli tiġi affetwata fis-snin sussegwenti għall-attivitajiet intaxxati li jagħtu d-dritt għat-tnaqqis?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu [2(2)(c)] moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(b) tal-Iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet relatati ma’ proprjetà immobbli […] huma konformi mal-Artikoli 137, 167, 168 u 184 tad-[Direttiva tal-VAT], għad-determinazzjoni tal-impossibbiltà għal persuna suġġetta għall-VAT li tirrinunzja għall-eżenzjoni tal-VAT meta tidħol f’kuntratti ġodda ta’ kiri wara li jkun sar aġġustament ta’ darba tal-VAT, u sabiex tiġi kompromessa l-iskema sussegwenti ta’ tnaqqis matul il-perijodu ta’ aġġustament?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-aġġustament tal-VAT inizjalment dedotta għar-raġuni li proprjetà immobbli, li għaliha ġie eżerċitat id-dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni, hija meqjusa li ma għadhiex użata mill-persuna taxxabbli għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha stess, meta din il-proprjetà immobbli baqgħet vakanti għal iktar minn sentejn, anki jekk huwa ppruvat li l-persuna taxxabbli fittxet li tikriha matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, preliminarjament, li, skont l-istruttura tas-sistema stabbilita bid-Direttiva tal-VAT, it-taxxi tal-input fuq il-beni jew is-servizzi użati minn persuna taxxabbli għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha jistgħu jiġu mnaqqsa. It-tnaqqis tat-taxxi tal-input huwa marbut mal-ġbir tat-taxxa tal-output. Meta l-beni jew is-servizzi akkwistati minn persuna taxxabbli huma użati għall-bżonnijiet ta’ tranżazzjonijiet eżentati jew ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, ma jkun hemm la l-ġbir ta’ taxxa tal-output u lanqas tnaqqis tat-taxxa tal-input (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060330">30 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Uudenkaupungin kaupunki</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:214">EU:C:2006:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tassazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ lokazzjoni u ta’ kiri hija fakultà li l-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsenta lill-Istati Memrbi b’deroga għar-regola ġenerali, stabbilita fl-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva tal-VAT, li tipprovdi li l-operazzjonijiet ta’ lokazzjoni u ta’ kiri huma bħala prinċipju eżentati mill-VAT. Għalhekk, id-dritt għal tnaqqis fir-rigward ta’ din it-tassazzjoni ma huwiex eżerċitat b’mod awtomatiku iżda biss jekk l-Istati Membri jkunu użaw il-fakultà msemmija fl-Artikolu 137(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT u bla<?PAGE NO="8"?> ħsara għall-fatt li l-persuni taxxabbli jeżerċitaw id-dritt ta’ għażla li ngħatalhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Turn- und Sportunion Waldburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:22">EU:C:2006:22</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li r-Repubblika Portugiża użat din il-fakultà. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, matul il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ kiri dwar il-proprjetà immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li saru qabel il-perijodu ta’ nuqqas ta’ okkupanza kontenzjuż, Imofloresmira għażlet it-tassazzjoni tal-kiri ta’ dawn il-beni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li, sabiex persuna kkonċernata tkun tista’ jkollha d-dritt għal tnaqqis, hemm bżonn, minn naħa, li tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, li l-beni u s-servizzi inkwistjoni jkunu użati għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Centralan Property</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:773">EU:C:2005:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kwalità ta’ persuna taxxabbli ta’ Imofloresmira ma hijiex ikkontestata. Min-naħa l-oħra, l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana imponitilha l-aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT għar-raġuni li l-proprjetà immobbli inkwistjoni kienet ilha iktar minn sentejn vakanti u minħabba dan kienet meqjusa bħala li ma għadhiex tintuża għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tagħha, minkejja li huwa stabbilit li din il-kumpannija, matul dan il-perijodu, dejjem kellha l-intenzjoni li tikri din il-proprjetà suġġetta għall-VAT u ħadet il-passi neċessarji għal dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-VAT, id-dritt għal tnaqqis jitnissel fil-mument meta t-taxxa li tista’ titnaqqas issir eżiġibbli. Konsegwentement, hija biss il-kwalità li individwu jaġixxi fiha f’dan il-mument li tista’ tiddetermina l-eżistenza ta’ dritt għal tnaqqis (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910711">11 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Lennartz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑97/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:315">EU:C:1991:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060330">30 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Uudenkaupungin kaupunki</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:214">EU:C:2006:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sa mill-mument meta l-Amministrazzjoni tat-Taxxa tkun aċċettat, abbażi tal-informazzjoni trażmessa minn impriża, li tingħatalha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli, bħala prinċipju dan l-istatus ma jkunx iktar jista’ jiġi rtirat sussegwentement b’effett retroattiv minħabba li jseħħu jew ma jseħħux ċerti avvenimenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960229">29 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>INZO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:67">EU:C:1996:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ħlief fil-każ ta’ frodi jew ta’ abbuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt għal tnaqqis previst fl-Artikoli 167 sa 172 tad-Direttiva tal-VAT jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u, bħala prinċipju, ma jistax jiġi limitat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat immedjatament fir-rigward tat-totalità tat-taxxi imposti fuq it-tranżazzjonijiet input (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Centralan Property</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:773">EU:C:2005:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Is-sistema tat-tnaqqis għandha l-għan li tneħħi minn fuq in-negozjant il-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet kummerċjali kollha tiegħu. Is-sistema komuni tal-VAT tiggarantixxi, konsegwentement, newtralità sħiħa fir-rigward tal-intaxxar tal-attivitajiet kummerċjali kollha, independentement mill-għanijiet jew mir-riżultati tagħhom, bil-kundizzjoni li l-imsemmija attivitajiet ikunu huma stess suġġetti għall-VAT (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Centralan Property</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:773">EU:C:2005:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li huwa x-xiri tal-beni jew tas-servizzi minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali li jiddetermina l-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT u, għaldaqstant, tal-mekkaniżmu ta’ tnaqqis. L-użu li jsir mill-beni jew mis-servizzi, jew li huwa maħsub għalihom, jiddetermina biss il-portata tat-tnaqqis inizjali li l-persuna taxxabbli għandha dritt għalih skont l-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT u l-portata ta’ eventwali aġġustamenti matul il-perijodi sussegwenti, iżda ma jaffettwax it-tnissil tad-dritt għal tnaqqis (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910711">11 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Lennartz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑97/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:315">EU:C:1991:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, id-dritt għal tnaqqis jibqa’ jeżisti anki jekk, sussegwentement, minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-volontà tagħha, il-persuna taxxabbli ma tużax l-imsemmija beni u servizzi li taw lok għal tnaqqis fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960229">29 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>INZO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:67">EU:C:1996:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980115">15 ta’ Jannar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Ghent Coal Terminal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:1">EU:C:1998:1</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont l-interpretazzjoni mogħtija mill-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana, il-fatt li proprjetà immobbli tkun vakanti għal ċertu żmien jinterrompi l-użu tal-proprjetà immobbli għall-finijiet tal-impriża, li jobbliga lill-persuna taxxabbli tipproċedi għall-aġġustament tat-taxxa mnaqqsa, anki jekk ikun ippruvat li din tal-aħħar dejjem kellha l-intenzjoni li tkompli teżerċita attività intaxxata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 39 u 40 ta’ din is-sentenza jirriżulta li persuna taxxabbli żżomm id-dritt għal tnaqqis, minn meta jkun tnissel dan id-dritt, anki jekk din il-persuna taxxabbli ma setgħetx, għal raġunijiet indipendenti mill-volontà tagħha, tuża l-beni jew is-servizzi li wasslu għat-tnaqqis fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet intaxxati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Interpretazzjoni oħra tad-Direttiva tal-VAT tkun kuntrarja għall-prinċipju tan-newtralità tal-VAT fir-rigward tal-piż fiskali tal-impriża. Din tkun tista’ toħloq, fit-trattament fiskali tal-istess attivitajiet ta’ investiment, differenzi mhux iġġustifikati bejn impriżi li diġà jwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli u oħrajn li qegħdin ifittxu, permezz ta’ investimenti, li jibdew attivitajiet li jkunu sors ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli. Bl-istess mod, ikunu stabbiliti wkoll differenzi arbitrarji bejn dawn l-impriżi tal-aħħar sa fejn l-aċċettazzjoni definittiva tat-tnaqqis tkun tiddependi mill-kwistjoni ta’ jekk tali investimenti jirriżultawx fi tranżazzjonijiet intaxxati jew le (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960229">29 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>INZO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:67">EU:C:1996:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, billi tissuġġetta l-aċċettazzjoni definittiva tat-tnaqqis tal-VAT għall-kundizzjoni li r-riżultati tal-attività ekonomika eżerċitata mill-persuna taxxabbli, toħloq, fir-rigward tat-trattament fiskali ta’ attivitajiet ta’ investiment ta’ proprjetà immobbli identiċi, differenzi mhux iġġustifikati bejn impriżi li għandhom l-istess profil u li jeżerċitaw l-istess attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi mminata mill-argument tal-Gvern Portugiż li jipprovdi li, minħabba x-xoljiment tal-kuntratti ta’ kiri konklużi preċedentement, jaf ikun hemm xi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-VAT, b’tali mod li jkun hemm lok li jitwettaq aġġustament proporzjonali tat-taxxa dedotta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, għalkemm huwa minnu li n-neċessità li jsir l-aġġustament tat-taxxa mnaqqsa jista’ jeżisti wkoll minħabba ċirkustanzi indipendenti mill-volontà tal-persuni taxxabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Gemeente Leusden u Holin Groep</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑487/01 u C‑7/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:263">EU:C:2004:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), xorta jibqa’ l-fatt li din id-dispożizzjoni ma tistax timmina l-prinċipji fundamentali li fuqhom hija msejsa s-sistema implementata mid-Direttiva tal-VAT, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ newtralità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, kuntrarjament għal dak li jargumenta l-Gvern Portugiż, il-fatt li jitqies li huwa biżżejjed, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>tibdil<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens tal-Artikolu 185 tad-Direttiva tal-VAT, li proprjetà immobbli tkun baqgħet vakanti, wara x-xoljiment ta’ kuntratt ta’ kiri li tiegħu din il-proprjeta kienet is-suġġett, minħabba ċirkustanzi indipendenti mill-volontà tal-proprjetarju tagħha, minkejja li huwa ppruvat li dan tal-aħħar dejjem kellu l-intenzjoni li jużaha għall-finijiet ta’ attività intaxxata u li jieħu l-passi neċessarji għal dan l-għan, ikun ifisser li d-dritt għal tnaqqis jiġi limitat permezz tad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam ta’ aġġustament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minkejja li l-Artikolu 137(2) tad-Direttiva tal-VAT iħalli lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali wiesgħa li tippermettilhom jiddeterminaw il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ għażla u anki li jneħħuh (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Turn- und Sportunion Waldburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:22">EU:C:2006:22</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-Istati Membri ma jistgħux jużaw din is-setgħa sabiex jiksru l-Artikoli 167 u 168 ta’ din id-direttiva, billi jirrevokaw dritt għal tnaqqis diġà kweżit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, limitazzjoni tat-tnaqqis tal-VAT marbuta mat-tranżazzjonijiet intaxxati, wara li jkun ġie eżerċitat id-dritt ta’ għażla, ma tkunx tirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>portata<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tad-dritt ta’ għażla li l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu skont l-Artikolu 137(2) tad-Direttiva tal-VAT, iżda l-konsegwenzi tal-eżerċizzju ta’ dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060330">30 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Uudenkaupungin kaupunki</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:214">EU:C:2006:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett għandu jiġi enfasizzat li l-kwalità ta’ persuna taxxabbli hija akkwistata b’mod definittiv biss jekk id-dikjarazzjoni tal-intenzjoni li jinbdew l-attivitajiet ekonomiċi maħsuba tkun saret b’bone fide mill-persuna kkonċernata. Fis-sitwazzjonijiet frawdolenti jew abbużivi li fihom din tal-aħħar ippretendiet li tixtieq teżerċita attività ekonomika partikolari, iżda fir-realtà pprovat iddaħħal fil-patrimonju privat tagħha beni li jistgħu jkunu suġġetti għal tnaqqis, l-amministrazzjoni tat-taxxa tista’ titlob, b’effett retroattiv, ir-rimbors tas-somom imnaqqsa minħabba li dan it-tnaqqis ikun ingħata abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000321">21 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>Gabalfrisa et,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑110/98 sa C‑147/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:145">EU:C:2000:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni fiskali u l-abbużi eventwali hija għan magħruf u inkoraġġut mid-Direttiva tal-VAT, kif imfakkar fl-Artikolu 131 tagħha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Gemeente Leusden u Holin Groep</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑487/01 u C‑7/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:263">EU:C:2004:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, jekk l-amministrazzjoni tat-taxxa kellha tikkonstata li d-dritt għal tnaqqis ġie eżerċitat b’mod frawdolenti jew abbużiv, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, hija tkun tista’ titlob, b’effett retroattiv, ir-rimbors tas-somom imnaqqsa (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Fini H</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑32/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:128">EU:C:2005:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikoli 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-aġġustament tal-VAT inizjalment imnaqqsa għar-raġuni li proprjetà immobbli, li għaliha ġie eżerċitat id-dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni, hija meqjusa li ma għadhiex użata mill-persuna taxxabbli għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha stess, meta din il-proprjetà immobbli baqgħet vakanti għal iktar minn sentejn, anki jekk huwa ppruvat li l-persuna taxxabbli fittxet li tikriha matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-limitazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ din is-sentenza</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Gvern Portugiż jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħgobha tillimita l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tas-sentenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tiegħu, dan il-Gvern jargumenta, fl-ewwel lok, li verifika, każ b’każ, tar-relazzjonijiet ġuridiċi kollha, sabiex jiġi ddeterminat jekk is-sidien il-kera taxxabbli kkalkolawx u ħallsux korrettament lill-Istat Membru kkonċernat l-ammonti li jikkorrispondu mal-aġġustament tal-VAT<?PAGE NO="11"?> tikkostitwixxi fiha nfisha inkarigu li jeżiġi użu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>esaġerat<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ta’ riżorsi amministrattivi u ġudizzjarji mhux disponibbli li, li kieku din ma ssirx, tista’ tagħti lok għal abbużi u għal telf dejjem iktar sinjifikattiv ta’ dħul fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż jargumenta, fit-tieni lok, li, f’tali sitwazzjoni, it-telf tat-taxxa diġà aġġustata jew diġà miġbura sadanittant jammonta għal somom kunsiderevoli u joħloq żbilanċ baġitarju intollerabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Gvern Portugiż jirrileva li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża li tiggarantixxi li l-ammonti ta’ VAT li jistgħu jitnaqqsu upstream ikunu direttament u proporzjonalment marbuta mat-tassazzjoni li seħħet effettivament downstream, li juri l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-Istat Portugiż u tal-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok jitfakkar li limitazzjoni tal-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ sentenza tikkostitwixxi miżura eċċezzjonali li tippresupponi li jeżisti riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi serji, dovuti b’mod partikolari għan-numru kbir ta’ relazzjonijiet ġuridiċi kkostitwiti in <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> abbażi tal-leġiżlazzjoni meqjusa bħala validament fis-seħħ u li jkun jidher li l-individwi u l-awtoritajiet nazzjonali kienu mħeġġa jadottaw aġir li ma kienx konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva fir-rigward tal-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, inċertezza li għaliha possibbilment ikkontribwixxa l-aġir stess adottat minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li restrizzjoni fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT fuq il-persuni taxxabbli tikkostitwixxi eċċezzjoni għal prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT li l-legalità tagħha, skont ġurisprudenza stabbilita, hija aċċettata biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Paper Consult</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:775">EU:C:2017:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ma teżistix inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva f’dak li jirrigwarda l-portata tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT f’dak li jirrigwarda l-portata tad-dritt għal tnaqqis u r-rwol tiegħu fi ħdan is-sistema implementata minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Paper Consult</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:775">EU:C:2017:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-awtoritajiet Portugiżi ma jistgħux jinvokaw inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva fir-rigward tal-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Peress li dan il-kriterju ma huwiex issodisfatt, ma hemmx lok li jiġi vverifikat jekk dak relatat mas-serjetà tar-riperkussjonijiet ekonomiċi huwiex issodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li ma hemmx lok li l-effetti ta’ din is-sentenza jiġu limitati <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-aġġustament tat-taxxa<?PAGE NO="12"?> fuq il-valur miżjud inizjalment imnaqqsa għar-raġuni li proprjetà immobbli, li għaliha ġie eżerċitat id-dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni, hija meqjusa li ma għadhiex użata mill-persuna taxxabbli għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha stess, meta din il-proprjetà immobbli baqgħet vakanti għal iktar minn sentejn, anki jekk huwa ppruvat li l-persuna taxxabbli fittxet li tikriha matul dan il-perijodu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>