14.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/38


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9355 — VW Group/Intel/Allied Holdings/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 165/09)

1.   

Fit-3 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Volkswagen Finance Lussemburgu S.A. (“VWFL”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Volkswagen AG (il-Ġermanja) u li tappartjeni għall-Volkswagen Group (“VW Group”, il-Ġermanja);

—

Mobileye Vision Technologies Ltd (“Mobileye”, l-Iżrael), ikkontrollata minn Intel Corporation (“Intel”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

—

Champion Motors Ltd (“Champion Motors”, l-Iżrael), ikkontrollata minn Allied Holdings Ltd (“Allied Holdings”, l-Iżrael); kif ukoll

—

l-impriża konġunta (joint venture, “JV”, l-Iżrael).

VW Group, Intel u Allied Holdings jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   VWFL: kumpanija ta’ investiment u sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Volkswagen AG, attiva madwar id-dinja kollha fl-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, xarabanks, kowċijiet, xażi għall-karozzi tal-linja u magni diżil, muturi, kull settur jinkludi spare parts u aċċessorji kif ukoll servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni relatati kif ukoll soluzzjonijiet ta’ mobilità u ta’ servizz ta’ konnettività;

—   Mobileye: attiva fl-iżvilupp tal-viżjoni tal-kompjuter u t-tagħlim awtomatiku, l-analiżi tad-data, il-lokalizzazzjoni u l-immappjar ta’ sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa u s-sewqan awtonomu. Mobileye hija sussidjarja ta’ Intel, produttur ewlieni ta’ ċipep semikundutturi;

—   Champion Motors: l-importatur u d-distributur dirett, fl-Iżrael, tal-marki Volkswagen, Skoda, Audi u Seat. Champion Motors hija sussidjarja ta’ Allied Holding, kumpanija azzjonarja ta’ investiment Iżraeljana;

—   il-JV: joint venture maħluqa ġdida li se tħaddem offerta ta’ Mobilità bħala Servizz (Mobility-as-a-Service, “MaaS”), b’mod aktar speċifiku servizz ta’ komunikazzjoni u dħul ibbażat fuq flotta ta’ vetturi elettriċi mingħajr sewwieq, fl-Iżrael.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9355 — VW Group/Intel/Allied Holdings/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.