Official Journal L 220 , 30/08/1996 P. 0025 - 0026
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 1996 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokument mibgħut għall-eżami dettaljat bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli ta’ azoxystrobin fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jikkonċerna t-tqegħid ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq (Test b’ rilevanza għall-Ftehim EE) (96/523/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/12/KE [2], u b’mod partikolari l- l-Artikolu 6(3) tagħha, Billi d-Direttiva 91/414/KEE ipprovdiet għall-iżvilupp ta’ lista tal-Komunità ta’ sustanzi attivi ta’ pestiċidi awtorizzati; Billi Zeneca Agrochemicals fil-15 ta’ Settembru 1995 introduċiet dokument lill-awtoritajiet Ġermaniżi bil-ħsieb li tinkiseb l-inklużjoni tas-sustanza attiva azoxystrobin fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva; billi l-Awtoritajiet Ġermaniżi indikaw lill-Kummissjoni ir-riżultati ta’ l-ewwel eżami tal-kompletezza tad-dokument b’riferenza għall-ħtiġiet tat-tagħrif u l-informazzjoni hekk kif provduti fl-Anness II u, għal mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva konċernata, fl-Anness III tad-Direttiva; billi sussegwentement, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), id-dokument kien mogħti mill-applikant lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra; Billi l-Kummissjoni irriferiet id-dokument lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-laqgħa tal-grupp ta’ ħidma ‘leġislazzjoni’ ta’ l-istess fit-22 ta’ April 1996, matul liema laqgħa l-Istati Membri ikkonfermaw li rċevew id-dokument; Billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jeħtieġ li jiġi konfermat fuq livell tal-Komunità li d-dokument għandu jiġi meqjus li jissodisfa, fil-prinċipju, il-ħtiġiet tat-tagħrif u informazzjoni hekk kif provdut fl-Anness II u, għal ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal- pjanti li jkun fih is-sustanza attiva in kwistjoni, fl-Anness III li jinsab mad-Direttiva; Billi din it-tip ta’ konferma hija meħtieġa sabiex issir eżami dettaljat tad-dokument kif ukoll sabiex l-Istati Membri jkunu miftuħa għall-possibiltà li jagħtu awtorizzazzjoni provviżorja għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva fir-rigward tal- kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva, u b’mod partikolari l-kondizzjoni li ssir evalwazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall- protezzjoni tal-pjanti fir- rigward tal-ħtiġiet tad-Direttiva; Billi deċiżjoni bħal dik ma tippreġudikax il-fatt li jista’ jintalab aktar tagħrif jew jew informazzjoni mingħand l-applikant fejn jirrisulta waqt l-eżami dettaljat li din l-informazzjoni jew tagħrif hija meħtieġa sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni; Billi hu mifhum bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li l-Ġermanja għandha twettaq eżami dettaljat tad-dokument u għandha tirrapporta l-konklużjonijiet ta’ l-eżami tagħha akkompanjati bi kull rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni jew in-non-inklużjoni u kull kondizzjonijiet relatati ma’ l-istess lill-Kummissjoni mill-iktar fis possibbli u mhux aktar tard minn perijodu ta’ sena; billi malli jigi riċevut dan ir-rapport l-eżami dettaljat għandu jitkompla bl-għajnuna esperta mill-Istati Membri kollha fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal- Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI: Artikolu 1 Id-dokument mibgħut minn Zeneca Agrochemicals lill-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-ħsieb li jiddaħħal l-azoxystrobin bħala sustanza attiva fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fit-22 ta’ April 1996, huwa meqjus li jissodisfa fil-prinċipju l-ħtiġiet tat-tagħrif u l-informazzjoni hekk kif provdut fl-Annes II u, għall-prodott li jkun fih is-sustanza attiva konċernata, fl-Anness III li jinsab mad-Direttiva. Artikolu 2 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fid-29 ta’ Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [2] ĠU L 65, tal-15.3.1996, p. 20. --------------------------------------------------