|
26.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/3 |
SENTENZA TAL-QORTI
tas-27 ta’ Ġunju 2014
fil-Kawża E-26/13
L-Istat Iżlandiż v Atli Gunnarsson
(Moviment ħieles tal-persuni — l-Artikolu 28 ŻEE — Direttiva 2004/38/KE — Direttiva 90/365/KEE — Dritt għar-residenza — Dritt għaċ-ċaqliq mill-Istati oriġinali — Trattament fiskali inqas favorevoli)
(2015/C 68/03)
Fil-Kawża E-26/13, l-Istat Iżlandiż v Atli Gunnarsson — TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti ta’ Ġustizzja mill-Qorti Suprema tal-Iżlanda (Hæstiréttur Íslands) rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu 28 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu u jirresjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, qatgħet is-sentenza fis-27 ta’ Ġunju 2014, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:
Mhuwiex kompatibbli mal-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/365/KEE u l-Artikolu 7(1)(b) u (d) tad-Direttiva 2004/38/KE li Stat taż-ŻEE ma jagħtix il-konjuġi li jkunu ċċaqalqu lejn Stat ieħor taż-ŻEE l-għażla li jippuljaw il-krediti ta’ taxxa personali tagħhom in konnessjoni mal-valutazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, mentri jkunu intitolati li jippuljaw il-krediti ta’ taxxa personali tagħhom kieku kienu jgħixu fl-Istat oriġinali, f’sitwazzjoni fejn wieħed minnhom jirċievi pensjoni mill-Istat oriġinali, u dik il-pensjoni tikkostitwixxi l-introjtu kollu jew kważi kollu ta’ dik il-persona, filwaqt li l-konjuġi l-ieħor ma jkollux introjtu.