Brussell, 10.9.2026

COM(2026) 469 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar il-ħidma tal-kumitati fl-2025

{SWD(2026) 276 final}


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar il-ħidma tal-kumitati fl-2025

1.Introduzzjoni

Il-Kummissjoni tippreżenta r-rapport annwali tagħha dwar il-ħidma tal-kumitati fl-2025 f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 1 (ir-“Regolament dwar il-Komitoloġija”).

Ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fl-2025 fis-sistema tal-“komitoloġija”, li tirreferi għall-kumitati li l-Kummissjoni titlob li jagħtu opinjoni dwar abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn il-kumitati huma magħmulin mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u ppreseduti mill-Kummissjoni. Huma jsegwu proċeduri operattivi differenti skont l-att legali bażiku rilevanti li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni (ara t-Tabella II).

Ir-rapport jipprovdi sommarju tal-attivitajiet tal-kumitati. Huwa akkumpanjat minn dokument ta’ ħidma tal-persunal li fih statistika dettaljata dwar il-ħidma tal-kumitati individwali għal kull settur ta’ politika 2 . Jenfasizza l-bidliet u x-xejriet ewlenin osservati fuq bażi annwali, billi jippreżenta ċifri ġenerali dwar il-laqgħat, il-proċeduri bil-miktub, l-opinjonijiet mogħtija (jiġifieri opinjoni pożittiva, negattiva jew l-ebda opinjoni) u l-atti adottati. Jipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn il-każijiet riferuti lill-Kumitat tal-Appell u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ skrutinju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (il-“koleġiżlaturi”) skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Komitoloġija. Tingħata wkoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju.

2.Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fis-sistema tal-komitoloġija fl-2025

2.1.Żviluppi ġenerali

Fl-2025, il-kumitati tal-komitoloġija komplew joperaw skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament dwar il-Komitoloġija, jiġifieri l-proċedura konsultattiva (l-Artikolu 4) u l-proċedura ta’ eżami (l-Artikolu 5), kif ukoll il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a 3 tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija 4 .

Il-laqgħat kollha, irrispettivament mill-format tagħhom (wiċċ imb wiċċ, mill-bogħod jew ibridu), huma elenkati bħala laqgħat fir-Reġistru tal-Komitoloġija 5 , u r-rekord sommarju jispeċifika l-format tal-laqgħa.

Il-programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2025, ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2025, ippropona li tiġi rtirata l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-allinjament ta’ atti li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Lisbona 6 kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2017 7 li għandha l-għan li temenda r-Regolament dwar il-Komitoloġija rigward il-Kumitat ta’ Appell u li tindirizza sitwazzjonijiet ta’ “l-ebda opinjoni” f’oqsma sensittivi. L-irtirar tal-proposta kien ġustifikat min-nuqqas ta’ progress fin-negozjati, fid-dawl li l-pożizzjonijiet rispettivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill baqgħu mbiegħda. Il-Kummissjoni rtirat dawn iż-żewġ proposti fis-6 ta’ Ottubru 2025 8 .

Madankollu dan ma jqajjimx dubji dwar il-ħtieġa li wieħed jipproċedi bl-allinjament tas-setgħat li fadal għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, kif maqbul mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 9 .
Għalhekk, il-Kummissjoni tkompli bl-allinjament ta’ dawn is-setgħat eżistenti mat-Trattat ta’ Liżbona fil-kuntest tar-reviżjoni/emenda sostantiva tal-atti leġiżlattivi individwali li għad fihom tali setgħat.

Fil-Komunikazzjoni dwar is-Simplifikazzjoni 10 u r-Rapport ta’ Progress dwar is-Simplifikazzjoni 11 tagħha, il-Kummissjoni indikat il-ħtieġa għal skrutinju aktar mill-qrib tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni biex jiġi identifikat jekk tali atti humiex legalment meħtieġa u jekk jissimplifikawx il-qafas regolatorju jew humiex meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-UE. Fuq l-istess linja, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-koleġiżlaturi japplikaw l-istess prinċipji meta jikkunsidraw setgħat ġodda għal leġiżlazzjoni ġdida.

2.2.Żviluppi ġurisprudenzjali

Adita b’appell mis-sentenza Pollinis (Kawża C-726/22 P), il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni dwar il-kunċett ta’ proċess deċiżjonali kurrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kumitat tal-komitoloġija. Il-każ, li huwa rilevanti f’termini ta’ trasparenza tal-proċeduri u d-dokumenti tal-komitoloġija, dwar aċċess għad-dokument rikjest 12 inkluż dokumenti relatati mal-ħidma tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (SCoPAFF), li jirreġistra l-pożizzjonijiet tar-rappreżentanti tal-Istati Membri (fil-kumitat) u l-iskambji tagħhom mal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni rrifjutat li tiddivulga fost l-oħrajn biex tipproteġi l-proċedura ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li kienet għada għaddejja. Fl-ewwel istanza, il-Qorti rrifjutat il-premessa li l-konfidenzjalità tal-proċeduri tal-komitoloġija, kif riflessi f’ċerti dispożizzjonijiet ta’ Regoli Proċedurali Standard tal-kumitati tal-komitoloġija, tipprovdi preżunzjoni ġenerali ta’ nondivulgazzjoni skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 13 .

Fl-appell, il-Qorti ffukat biss fuq l-aspett speċifiku tal-eċċezzjoni relatata mal-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet inkwistjoni u jekk għandhiex tiġi kklassifikata li għadha għaddejja jew magħluqa. Hija ddeċidiet li l-proċedura ma setgħetx titqies li għadha għaddejja abbażi tas-sempliċi fatt li l-kumitat tal-komitoloġija kien għadu ma setax jadotta pożizzjoni dwar dokument ta’ gwida mfassal mill-EFSA fl-2013 u li kien talab ir-reviżjoni tiegħu qabel ma reġa’ beda l-proċedura tal-komitoloġija. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, din ir-reviżjoni kienet tfisser li l-għan speċifiku ta’ deċiżjoni futura kien għadu ma ġiex iddefinit b’mod suffiċjenti. Konsegwentement, ir-riskju li d-divulgazzjoni tad-dokument mitlub jippreġudika l-proċess deċiżjonali kien, mid-definizzjoni tiegħu stess, ipotetiku peress li, fil-prattika, ikun impossibbli li jiġi vverifikat jekk il-kontenut ta’ dan id-dokument effettivament jikkonċernax dan il-proċess deċiżjonali. Konsegwentement, l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni ġie miċħud.

3.Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet

Iċ-ċifri indikati fit-taqsimiet li ġejjin huma bbażati fuq is-sejbiet ippreżentati fid-dettall fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport.

3.1.Għadd ta’ kumitati

14 Dan ir-rapport jiffoka esklussivament fuq il-kumitati tal-komitoloġija, li ġew stabbiliti mil-leġiżlatur biex jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tagħha tas-setgħat ta’ implimentazzjoni li ngħatawlha permezz ta’ atti legali bażiċi. Entitajiet oħra, b’mod partikolari l-gruppi tal-esperti stabbiliti mill-Kummissjoni, mhumiex koperti minn dan ir-rapport. It-Tabella I turi n-numru ta’ kumitati tal-komitoloġija li kienu jeżistu matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2025, biċ-ċifri għas-sena ta’ qabel miżjuda għat-tqabbil.


TABELLA I — Għadd totali ta’ kumitati

Dipartiment tal-Kummissjoni

2024

2025

AGRI (Agrikoltura u Żvilupp Rurali)

11

10

BUDG (Baġit)

2

2

CLIMA (Azzjoni Klimatika)

7

5

CNECT (Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija)

17

16

COMP (Kompetizzjoni)

2

2

DEFIS (Industrija tad-Difiża u l-Ispazju)

10

11

DIGIT (Servizzi Diġitali)

1

1

EAC (Edukazzjoni u Kultura)

4

4

ECFIN (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji)

2

2

ECHO (Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili)

2

2

EMPL (Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni)

6

4

ENER (Enerġija)

16

15

ENEST (Tkabbir u Viċinat tal-Lvant)

-

3

ENV (Ambjent)

29

31

ESTAT (Eurostat)

1

1

FISMA (Stabbilità Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji, u Unjoni tas-Swieq Kapitali)

11

10

FPI (Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija)

1

1

GROW (Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs)

46

46

HERA (Tħejjija u Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa)

1

1

HOME (Migrazzjoni u Affarijiet Interni)

25

28

INTPA (Sħubijiet Internazzjonali)

3

3

JUST (Ġustizzja u Konsumaturi)

32

33

MARE (Affarijiet Marittimi u Sajd)

3

3

MENA (il‑Lvant Nofsani u l‑Afrika ta’ Fuq)

-

1

MOVE (Mobilità u Trasport)

35

33

NEAR (Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir)
(maqsuma f’MENA u ENEST mill-1.2.2025)

3

-

OLAF (Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi)

1

1

REFORM (Appoġġ għal Riformi Strutturali)

1

0

REGIO (Politika Reġjonali u Urbana)

2

3

RTD (Riċerka u Innovazzjoni)

17

19

SANTE (Saħħa u Sikurezza Alimentari)

33

34

SG (Segretarjat Ġenerali) Inkluż il-Kumitat ta’ Appell 15

4

4

TAXUD (Tassazzjoni u Unjoni Doganali)

27

28

TRADE (Kummerċ)

13

13

TOTAL

368

370

Fl-2025, kien hemm 370 kumitat tal-komitoloġija, inklużi konfigurazzjonijiet tal-kumitati 16 . Filwaqt li diversi kumitati ġodda ġew stabbiliti permezz ta’ leġiżlazzjoni ġdida li daħlet fis-seħħ fl-2025, l-għadd globali baqa’ stabbli meta mqabbel mal-2024 (368 kumitat) peress li xi kumitati ġew aboliti wkoll matul is-sena 17 . 

It-Tabella II turi analiżi tal-kumitati fl-2025 skont it-tip ta’ proċedura li biha operaw (jiġifieri l-proċedura konsultattiva, il-proċedura ta’ eżami, il-proċedura regolatorja bi skrutinju). Il-kumitati b’diversi proċeduri 18 huma indikati separatament.

TABELLA II — Għadd ta’ kumitati skont il-proċedura

Dipartiment tal-Kummissjoni

Tip ta’proċedura

Eżaminazzjoni

Konsultattiva

Regolatorja bi skrutinju

Proċeduri multipli

TOTAL

AGRI

7

0

0

3

10

BUDG

1

1

0

0

2

CLIMA

2

0

0

3

5

CNECT

10

1

0

5

16

COMP

0

1

0

1

2

DEFIS

4

0

0

7

11

DIGIT

1

0

0

0

1

EAC

3

0

0

1

4

ECFIN

1

0

0

1

2

ECHO

2

0

0

0

2

EMPL

0

1

1

2

4

ENER

7

2

0

6

15

ENEST

3

0

0

0

3

ENV

16

0

1

14

31

ESTAT

0

0

0

1

1

FISMA

5

0

2

3

10

FPI

1

0

0

0

1

GROW

16

2

2

26

46

HERA

1

0

0

0

1

HOME

22

2

0

4

28

INTPA

3

0

0

0

3

JUST

21

7

0

5

33

MARE

1

0

0

2

3

MENA

1

0

0

0

1

MOVE

14

2

1

16

33

OLAF

1

0

0

0

1

REGIO

0

1

0

2

3

RTD

13

0

0

6

19

SANTE

15

0

0

19

34

SG Inkluż il-Kumitat ta’ Appell

3

0

0

1

4

TAXUD

12

0

0

16

28

TRADE

5

2

0

6

13

TOTAL:

191

22

7

150

370



3.2.    Għadd ta’ laqgħat u proċeduri bil-miktub

L-intensità tal-attività tal-kumitati hija ddefinita primarjament min-numru ta’ laqgħat tal-kumitat li jsiru u mill-proċeduri bil-miktub 19 li jsiru. Dawn jidhru fit-Tabella III.

TABELLA III — Għadd ta’ laqgħat u proċeduri bil-miktub

Dipartiment tal-Kummissjoni

Għadd ta’ kumitati

Laqgħat

Proċeduri bil-miktub

2024

2025

2024

2025

AGRI

10

86

72

2

9

BUDG

2

4

4

0

0

CLIMA

5

9

9

11

6

CNECT

16

28

30

13

10

COMP

2

4

6

0

0

DEFIS

11

49

37

9

15

DIGIT

1

1

2

0

1

EAC

4

10

10

18

17

ECFIN

2

21

18

0

0

ECHO

2

5

4

4

3

EMPL

4

0

0

0

0

ENER

15

10

29

20

12

ENEST

3

-

13

-

6

ENV

31

28

34

9

6

ESTAT

1

3

3

5

9

FISMA

10

9

5

11

16

FPI

1

3

3

0

0

GROW

46

35

46

43

39

HERA

1

0

0

0

0

HOME

28

53

71

22

24

INTPA

3

21

22

12

7

JUST

33

26

67

6

7

MARE

3

4

3

6

2

MOVE

33

39

43

13

18

MENA

1

-

4

-

2

NEAR

(3)

17

-

15

-

OLAF

1

0

0

0

0

REGIO

3

1

1

1

1

RTD

19

56

60

222

160

SANTE

34

107

112

704

659

SG Inkluż il-Kumitat ta’ Appell

4

5

6

0

0

TAXUD

28

30

32

30

42

TRADE

13

29

40

35

51

TOTAL:

370

693 20

786

1211

1122

Kien hemm 786 laqgħa fl-2025, ftit iktar milli fl-2024 (meta kien hemm 693 laqgħa), u 1122 proċedura bil-miktub, li huwa inqas mis-sena ta’ qabel (meta kien hemm 1211 proċedura bil-miktub).



3.3.Għadd ta’ opinjonijiet u atti ta’ implimentazzjoni

Dan ir-rapport jagħti wkoll indikazzjoni tal-output tanġibbli tal-kumitati, li huwa indikatur importanti ieħor tal-livell ta’ attività.

TABELLA IV — Għadd ta’ opinjonijiet u atti ta’ implimentazzjoni adottati 21

Dipartiment tal-Kummissjoni

Opinjonijiet 22

Atti ta’ implimentazzjoni
adottati

Riżoluzzjonijiet tal-Parlament / Deċiżjonijiet tal-Kunsill
(l-Artikolu 11)

2024

2025

2024

2025

2025

AGRI

86

70

76

72

0

BUDG

0

0

0

0

0

CLIMA

20

16

17

18

0

CNECT

43

59

43

58

0

COMP

5

5

5

5

0

DEFIS

18

18

12

15

0

DIGIT

0

1

0

1

0

EAC

20

20

18

17

0

ECFIN

32

42

32

41

0

ECHO

5

5

5

5

0

EMPL

0

0

0

0

0

ENER

21

24

18

19

0

ENEST

-

27

-

26

0

ENV

20

17

17

22

1

ESTAT

15

15

13

12

0

FISMA

12

16

11

13

0

FPI

0

0

0

0

0

GROW

127

82

83

103

0

HERA

0

0

0

0

0

HOME

45

46

54

40

0

INTPA

103

96

103

93

1

JUST

13

15

11

15

0

MARE

11

5

10

7

0

MENA

-

21

-

21

0

MOVE

43

40

46

36

0

NEAR

63

-

62

-

0

OLAF

0

0

0

0

0

REGIO

1

1

1

1

0

RTD

221

160

209

129

0

SANTE

1076

1176

969

1133

0

SG*

11

11

0

0

11

TAXUD

36

56

44

39

0

TRADE

82

119

79

103

0

TOTAL:

2129

2163

1938

2044

13

*Inkluż opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat ta’ Appell. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, l-atti ta’ implimentazzjoni adottati li jgħaddu mill-Kumitat ta’ Appell jingħaddu mal-kumitati tal-ewwel livell fl-oqsma ta’ politika rispettivi. Ara wkoll it-Taqsima 3.4 u t-Tabella V.

It-Tabella IV turi ċ-ċifri ġenerali dwar l-opinjonijiet formali mogħtija mill-kumitati u l-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti adottati mill-Kummissjoni 23 . Tindika wkoll il-każijiet fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ skrutinju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Komitoloġija.

Il-kumitati taw 2163 opinjoni 24 fl-2025, żieda żgħira meta mqabbel mal-2024 (2129). B’mod simili, l-2044 att ta’ implimentazzjoni adottati 25 wara proċedura ta’ kumitat kienu iktar mis-sena preċedenti (1938).

Meta att bażiku jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom dritt ta’ skrutinju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Komitoloġija fejn kull wieħed minnhom jista’ jindika jekk abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni jeċċedix is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija mill-att bażiku. Fl-2025, il-Parlament Ewropew adotta 13-il riżoluzzjoni bbażati fuq l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Komitoloġija. Il-Kunsill ma eżerċitax id-dritt tiegħu skont din id-dispożizzjoni fl-2025.

3.4.Laqgħat tal-Kumitat ta’ Appell

Kif indikat fit-Tabella V hawn taħt, il-Kumitat ta’ Appell iltaqa’ sitt darbiet matul l-2025 u ddiskuta 11-il abbozz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li rreferietlu l-Kummissjoni. Filwaqt li vvota fil-laqgħat fil-każijiet kollha u ma użax il-proċeduri bil-miktub, huwa ta “l-ebda opinjoni” fil-każijiet kollha 26 . Wara l-votazzjonijiet rispettivi tal-Kumitat ta’ Appell, il-Kummissjoni adottat għaxra mill-atti ta’ implimentazzjoni (tnejn mill-adozzjonijiet waqgħu fl-2026), filwaqt li abbozz ta’ att wieħed fl-aħħar mill-aħħar ma ġiex adottat peress li t-talba sottostanti għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ġiet irtirata.

TABELLA V — Attività tal-kumitat ta’ appell

Dipartiment tal-Kummissjoni

Għadd ta’ laqgħat/konsultazzjonijiet bil-miktub tal-Kumitat ta’ Appell

Għadd ta’ opinjonijiet 27 tal-Kumitat ta’ Appell

Għadd ta’ atti adottati wara opinjoni tal-Kumitat ta’ Appell

2024

2025

2024

2025

2024

2025

MOVE

1/0

0/0

1

0

1

0

SANTE

4/0

6/0

10

11

10

8

TOTAL:

5/0

6/0

11

11

11

8



3.5.Użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

Ir-Regolament dwar il-Komitoloġija żamm l-effetti tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-finijiet tal-atti legali bażiċi eżistenti li jirreferu għaliha 28 . Din il-proċedura ma tistax tibqa’ tiġi introdotta f’leġiżlazzjoni ġdida, iżda għadha tidher f’diversi atti legali bażiċi eżistenti u se tkompli tapplika skont dawk l-atti sakemm dawn is-setgħat jiġu adattati għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni (TFUE) u possibbilment jinbidlu f’setgħat għal atti delegati jew għal atti ta’ implimentazzjoni.

Fl-2025, ġew adottati 53 miżura skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (ara t-Tabella VI), inqas minn dawk adottati fl-2024 (meta ġew adottati 67 miżura). Id-dritt ta’ oppożizzjoni għal atti skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju ma ntużax mill-koleġiżlaturi fl-2025 (meta mqabbel mal-2024 meta huma użaw dan id-dritt darbtejn).

TABELLA VI — Għadd ta’ miżuri adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju

Dipartiment tal-Kummissjoni

Proċedura regolatorja bi skrutinju – miżuri
adottati
29

Il-Parlament Ewropew oppona l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ miżuri

Il-Kunsill oppona l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ miżuri

AGRI

0

0

0

BUDG

0

0

0

CLIMA

0

0

0

CNECT

0

0

0

COMP

0

0

0

DEFIS

0

0

0

EAC

0

0

0

ECHO

0

0

0

ECON

0

0

0

EMPL

0

0

0

ENER

4

0

0

ENEST

0

0

0

ENV

3

0

0

ESTAT

1

0

0

FISMA

3

0

0

FPI

0

0

0

GROW

7

0

0

HERA

0

0

0

HOME

0

0

0

INTPA

0

0

0

JUST

0

0

0

MARE

0

0

0

MOVE

0

0

0

MENA

0

0

0

NEAR

0

0

0

OLAF

0

0

0

REGIO

0

0

0

RTD

0

0

0

SANTE

35

0

0

SG

0

0

0

TAXUD

0

0

0

TRADE

0

0

0

TOTAL

53

0

0

4.Konklużjoni

Il-kumitati komplew jaħdmu fl-2025 f’livell simili ta’ intensità bħas-sena ta’ qabel. Kien hemm 370 kumitat, li kellhom 786 laqgħa, wettqu 1122 proċedura bil-miktub u taw 2163 opinjoni, li wasslu għall-adozzjoni ta’ 2044 att ta’ implimentazzjoni u 53 miżura skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju. Billi jabilitaw lill-Istati Membri biex jeżerċitaw is-setgħat ta’ kontroll tagħhom f’konformità mar-Regolament dwar il-Komitoloġija, il-kumitati jipprovdu assistenza siewja lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha mill-koleġiżlaturi.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.

(1)    ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(2)      Kif kopert mid-dipartimenti tal-Kummissjoni li jittrattaw l-oqsma ta’ politika rispettivi.
(3)      Għal aktar dettalji dwar l-użu ta’ din il-proċedura, ara t-Taqsima 3.5.
(4)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni, mogħtija lill-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
(5)     https://ec.europa.eu/transparency/comitology-register/screen/home
(6)      Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, COM (2016) 799 final.
(7)      Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, COM(2017) 085 final.
(8)      C/2025/5423, l-irtirar tal-proposti tal-Kummissjoni, ĠU C, 6.10.2025.
(9)      Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, ĠU L 123, pp. 1–14, il-punt 27, tiegħu.
(10)      Ewropa aktar sempliċi u rapida, Komunikazzjoni dwar l-Implimentazzjoni u s-Simplifikazzjoni, 12.2.2025, COM(2025)47
(11)      Ir-Rapport Ġenerali Annwali 2025 dwar is-Simplifikazzjoni, l-Implimentazzjoni u l-Infurzar, 21.10.2025, COM(2025)871
(12)      Id-dokumenti rikjesti kienu relatati ma’ dokument ta’ gwida mfassal mill-EFSA fl-2013 li kien il-punt tat-tluq tal-proċedura tal-komitoloġija inkwistjoni. Id-dokument kien diskuss għall-bosta snin fis-SCoPAFF, mingħajr ma ntlaħaq qbil dwar it-test tiegħu fost l-Istati Membri u mingħajr ma ġie adottat mill-Kummissjoni. Fl-2019, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA biex tirrevedi d-dokument ta’ gwida tagħha biex tikkunsidra l-iżviluppi xjentifiċi riċenti.
(13)      Fis-sentenza tal-ewwel istanza li ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li “l-proċeduri ta’ komitoloġija, u b’mod partikolari r-Regoli Standard tal-Proċedura, ma jirrikjedux, fihom infushom, li l-aċċess għad-dokumenti li juru l-pożizzjoni individwali tal-Istati Membri fi ħdan l-iSCoPAFF jiġi rrifjutat sabiex jiġi protett il-proċess deċiżjonali ta’ dan il-kumitat, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li, madankollu, bl-ebda mod ma jipprekludi lill-Kummissjoni, f’każijiet debitament iġġustifikati, milli tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti li juru l-pożizzjoni individwali tal-Istati Membri fi ħdan l-imsemmi kumitat meta d-divulgazzjoni tagħhom tkun ta’ natura li tippreġudika konkretament l-interessi protetti mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001” (il-punt 107 tas-sentenza).
(14)      Xi kumitati kienu jeżistu biss matul parti mis-sena skont il-bidu/it-tmiem eżatt tal-validità tal-att legali bażiku tagħhom.
(15)      Il-Kumitat ta’ Appell huwa rreġistrat fir-Reġistru tal-Komitoloġija bħala kumitat taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Ġenerali. Fil-prattika, madankollu, huwa ġestit mid-dipartimenti kkonċernati.
(16)      Fi ftit atti bażiċi l-leġiżlatur ippreveda konfigurazzjonijiet speċifiċi tal-kumitat. Dawn huma ppreżentati individwalment fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal u kull wieħed minnhom jingħadd separatament fiċ-ċifra globali tal-kumitati. Mingħajr ma jingħaddu l-konfigurazzjonijiet individwali separatament, l-għadd totali ta’ kumitati kien ta’ 318.
(17)      F’xi każijiet, leġiżlazzjoni ġdida li daħlet fis-seħħ matul is-sena ssostitwiet (ħassret) il-leġiżlazzjoni l-antika u stabbiliet kumitat ġdid għall-istess qasam ta’ politika u għalhekk kien jeżisti kumitat “antik” u kumitat “ġdid” f’partijiet differenti tas-sena skont l-atti bażiċi rispettivi; dawn jingħaddu t-tnejn li huma għas-sena. Iċ-ċifra tal-kumitati fi tmiem is-sena (362), imnaddfa minn tali “effetti ta’ duplikazzjoni” (u bl-esklużjoni wkoll tal-kumitati li tneħħew matul is-sena) hija konsegwentement iżgħar.
(18)      Dan huwa l-każ fejn l-att jew l-atti bażiċi jipprevedu l-użu ta’ proċeduri ta’ komitoloġija differenti għal miżuri ta’ implimentazzjoni differenti. It-tabella tippreżenta s-sitwazzjoni legali kif previst mill-atti bażiċi; fil-prattika jista’ jiġri li fejn l-atti bażiċi jipprevedu proċeduri differenti, kumitat jaġixxi biss skont waħda mill-proċeduri biex jadotta l-opinjoni tiegħu dwar abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’sena partikolari.
(19)      Il-votazzjoni tal-kumitati tista’ sseħħ f’laqgħa regolari tal-kumitat jew, f’każijiet debitament ġustifikati, permezz ta’ proċedura bil-miktub, skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament tal-Komitoloġija.
(20)      F’COM(2025)642 u l-SWD(2025) 334 korrispondenti kien hemm żball fattwali: l-għadd korrett ta’ laqgħat tal-FPI huwa tlieta (flok tnejn) u konsegwentament l-għadd totali ta’ laqgħat fl-2024 kien 693 (flok 692).
(21)      Fir-rigward tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati, l-indikazzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni (oqsma ta’ politika) tfisser li l-atti inkwistjoni tħejjew (ġew diskussi u/jew ivvutati) f’kumitat ġestit mid-dipartiment rispettiv tal-Kummissjoni; f’xi każijiet l-adozzjoni fattwali tal-att kienet żgurata formalment minn dipartiment ieħor tal-Kummissjoni.
(22)      Votazzjoni li tirriżulta f’“l-ebda opinjoni” tingħadd fl-għadd totali ta’ opinjonijiet peress li dan huwa eżitu wieħed possibbli fil-kumitat.
(23)      L-għadd ta’ opinjonijiet u atti/miżuri ta’ implimentazzjoni fi kwalunkwe sena partikolari jista’ jvarja; ir-raġunijiet għal dan huma spjegati fl-introduzzjoni tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport.
(24)      Il-maġġoranza l-kbira tal-voti fil-kumitati kienu pożittivi, “l-ebda opinjoni” ngħatat f'29 każ (inkluż dawk li eventwalment ġew riferuti lill-Kumitat ta’ Appell). Kien hemm vot negattiv wieħed mogħti fil-kuntest ta’ proċedura konsultattiva (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR); konsegwentement l-att ġie adottat mill-Kummissjoni.
(25)      Minn dawn l-atti, 716 emendaw atti preċedenti diġà eżistenti.
(26)      Aktar dettalji jinstabu wkoll fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan ir-rapport.
(27)      It-terminu “opinjoni” jinkludi wkoll ix-xenarju fejn l-eżitu formali huwa “l-ebda opinjoni” li jfisser li ma hemm l-ebda maġġoranza meħtieġa la għal naħa u lanqas għal oħra. L-għadd ta’ “l-ebda opinjoni” huwa indikat fil-parentesi.
(28)      L-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tar-Regolament tal-Komitoloġija.
(29)      Il-miżura hija attribwita fit-tabella lid-dipartiment tal-Kummissjoni li mexxa l-kumitat li kien qed iħejji l-miżura. Dan jista’ jkun differenti minn dak li adottah formalment. Ara n-nota 20 f’qiegħ il-paġna.