27.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/135


DEĊIŻJONI (UE) 2019/1434 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-26 ta' Marzu 2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2017

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra r-rendikonti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)519 — C8-0328/2018),

—

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2018)475),

—

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa', l-għaxar u il-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1),

—

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2017 (05368/2019 — C8-0064/2019, 05369/2019 — C8-0065/2019, 05370/2019 — C8-0066/2019, 05371/2019 — C8-0067/2019),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2018)545),

—

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2017 intitolat “Midterm Review Report on the External Financing Instruments” (Rapport tar-rieżami f'nofs it-terminu dwar l-Istrumenti tal-Finanzjament Estern) (COM(2017)720), u d-dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni relatati, “Evaluation of the Development Cooperation Instrument” (Evalwazzjoni tal-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) (SWD(2017)600) u “Evaluation of the eleventh European Development Fund” (Evalwazzjoni tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp) (SWD(2017)601),

—

wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni Esterna tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (rapport finali ta' Ġunju 2017), ikkummissjonata mill-Kummissjoni minn tim ta' kuntratturi esterni,

—

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000  (3) u emendat f'Ouagadougou (il-Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010  (4),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (5),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE (6),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli (7),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008–2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE (8),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta' Ġunju 2013 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (9),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE (10),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (13),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94, it-tielet inċiż u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0107/2019),

1.   

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2017;

2.   

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU C 357, 4.10.2018, p. 315.

(2)   ĠU C 357, 4.10.2018, p. 323.

(3)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)   ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)   ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(6)   ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(7)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(8)   ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(9)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(10)   ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(11)   ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(12)   ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(13)   ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.