Official Journal L 207 , 17/08/1996 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1644/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għal ċerti legumi. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1577/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar miżura speċifika għal ċerti legumi [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu, Billi, b’konformità ma’l l-Artikolu 2(2) ta’ Regolament (KE) Nru 1577/96, tingħata għajnuna għal kull ettaru ta’ żona miżrugħa u maħsuda; billi l-Artikolu 3 jipprovdi li, meta ż-żona massima garantita tkun skorruta, l-ammont ta’l-għajnuna għandu jitnaqqas proporzjanalment fis-sena tas-suq in kwistjoni; billi, f’dak ir-rigward, għandha ssir dispożizzjoni għall-għajnuna li ma titħallasx sa sa ma l-ammont finali ikun ġie ffissat; Billi, b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 tat-23 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex tiġi applikata l-amministrazzjoni integrata u s-sistema tal-kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarja [2], kif l-aħħar amendat bir-Regolament (KE) Nru 2015/95 [3], biex is-sistema ta’l-għajnuna tiffunzjona kif approprjat, l-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki biexjiżguraw li ma jkunx hemm pagament duplikat ta’l-għajnuna għaż-żoni kkonċernati; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Għalf Niexef, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 L-għajnuna għandha tingħata għal żoni: (a) li kienu ġew kompletament miżrugħa u maħsuda u miżmuma f’kondizzjonijiet normali ta’ koltivazzjoni; u (b) li għalihom applikazzjoni ta’l-għajnuna għal "żona" kienet tressqet skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92. L- Artikolu 2 1. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ultrapass taż-żona massima garantita u tiffissa l-ammont finali ta’l-għajnuna mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena kummerċjali in kwistjoni. 2. L-Istat Membru għandu jħallas l-għajnuna mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’l-ammont finali ta’l-għajnuna fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej. L- Artikolu 3 Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill: (a) 15 ta’ Settembru dwar iż-żoni (espressi f’ettari u f’ari) li fir-rigward tagħhom saret l-applikazzjoni għall-għajnuna, imqassmin prodott prodott; (b) 1 ta’ Novembru dwar iż-żoni li fir-rigward tagħhom l-għajnuna għandha tingħata. L- Artikolu 4 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2353/89 [4] qiegħed b’hekk jiġi revokat. L- Artikolu 5 Madanakollu, għas-sena kummerċjali 1996/97, il-miżuri transitorji li ġejjin għandhom jgħoddu: 1. Minkejja l-Artikolu 1(b), applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jitressqu mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 1996. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandu jkun fihom għallinqas l-informazzjoni li ġejja: - l-identifikazzjoni tal-produttur, - iż-żoni miżrugħa u kkultivati sabiex jitkabbar il-prodott jew il-prodotti in kwistjoni (f’ettari u f’ari) u, jekk il-produttur ma jkunx issottometta applikazzjoni għall-għajnuna dwar "żona" għas-sena kummerċjali 1995/1996, l-identifikazzjoni ta’l-oqsma agrikoli fl-azjenda, - dikjarazzjoni mill-produttur li ż-żoni in kwistjoni ma jkunux is-suġġett ta’ applikazzjonijiet oħra għall-għajnuna għall-ettari, partikolarment l-għajnuna prevista taħt l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 [5]. 2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-għajnuna ma tingħatax għal żoni li fir-rigward tagħhom tkun saret diġà applikazzjoni għall-għajnuna għall-ettari skond l-Artikolu 1(2) tar- Regolament (KEE) Nru 729/70; minnbarra dan, huma għandhom jieħdu l-miżuri approprjati ta’ kontroll u jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda f’dan ir-rigward. L- Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu jgħodd mis-sena kummerċjali 1996/1997. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 4. [2] ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 36. [3] ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 2. [4] ĠU L 222, ta’ l-1.8.1989, p. 56. [5] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. --------------------------------------------------