5.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9901 — GIG Solar/Siemens/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 257/02)

1.   

Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

GIG Solar Holdco, LLC (“GIG Solar”, l-Istati Uniti tal-Amerka), sussidjarja li hija proprjetà indiretta kollha kemm hi tal-Macquarie Group Limited u flimkien mas-sussidjarji tagħha, (“Macquarie”),

—

Siemens Aktiengesellschaft (“Siemens”, il-Ġermanja),

—

MSS Energy Holdings, LLC (“JV”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

GIG Solar u Siemens jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

GIG Solar: GIG Solar hija kumpanija tal-infrastruttura ekoloġika; Macquarie hija fornitur dinji ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ konsulenza, ta’ investiment u ta’ ġestjoni ta’ fondi,

—

Siemens: L-oqsma prinċipali ta’ attività kummerċjali ta’ Siemens huma l-elettrifikazzjoni, l-awtomazzjoni u d-diġitalizzazzjoni,

—

il-JV: l-oriġinar, l-iżvilupp, il-konsenja u l-finanzjament ta’ proġetti “tal-enerġija bħala servizzi” fl-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9901 — GIG Solar/Siemens/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.