|
24.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 195/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 702/2008
tat-23 ta' Lulju 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/605/CFSP tat-22 ta' Lulju 2008 (2) li temenda l-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/CFSP (3) biż-żieda ta’ 41 isem (ismijiet) L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu, għalhekk, jiġi emendat skond din. |
|
(3) |
Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 hu hawn emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 55, 24.2.2004, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2007 (ĠU L 173, 3.7.2007, p. 3).
(2) ĠU L 194, 23.7.2008, p. 34.
(3) ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2008/135/KESP (ĠU L 43, 19.2.2008, p. 39).
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
wara t-titolu ta’ l-Anness III għandha tiddaħħal l-intestatura li ġejja: “(1) Persuni naturali” |
|
(b) |
il-persuni naturali li ġejjin għandhom jiżdiedu wara n-numru 131 fil-lista
|
|
(ċ) |
L-intestatura li ġejja hi miżjuda: “(2) Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi
|