|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/883 |
22.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/883
tal-21 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 fir-rigward tat-tieni spazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għat-trejlers u l-massa tas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija u li jikkoreġi dak ir-Regolament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(7) u 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 (2) jipprevedi regoli dwar proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ ċerti sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom. F’dak il-kuntest, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 jintroduċi rekwiżit tekniku għat-tieni spazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għat-trejlers. Madankollu, il-manifatturi jeħtieġu aktar żmien biex jaġġustaw għal dak ir-rekwiżit fir-rigward tal-ispazju, biex jimmuntaw u jwaħħlu t-tieni pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għall-vetturi tal-kategoriji O3 u O4. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 jeħtieġ jiġu modifikati biex jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti japplikaw l-ewwel għat-tipi ġodda tal-vetturi. Barra minn hekk, il-vetturi tal-kategorija O2 jenħtieġ li jiġu eżentati minn dak ir-rekwiżit minħabba r-restrizzjonijiet tad-disinn u n-nuqqas ta’ spazju. |
|
(2) |
Jixraq jiġu previsti regoli għall-immarkar tan-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (VIN) fuq il-vettura u għall-iżgurar tat-traċċabbiltà tal-vettura permezz tal-VIN. |
|
(3) |
Jixraq tingħata ċerta flessibbiltà fil-pożizzjonament tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ quddiem sabiex jitqiesu l-limitazzjonijiet tekniċi u tad-disinn possibbli fir-rigward tas-sensuri, ir-radars u l-kameras li għandhom jiġu installati quddiem il-vetturi għas-sistemi tas-sikurezza previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/2144. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġu kkomplementati r-rekwiżiti tekniċi għas-sistemi tal-woxer tal-windscreen biex jiġu kkunsidrati l-każijiet meta s-sistemi bħal dawn ikunu jinkorporaw funzjoni li ttaffi l-pressjonijiet eċċessivi meta ż-żennuni jkunu mblukkati. |
|
(5) |
Jixraq ukoll li jiġu ottimizzati l-proċeduri tat-test għas-sistemi għat-tneħħija tas-silġ u tat-titpin minn fuq il-windscreen billi tiġi pprovduta sekwenza aktar effiċjenti tal-attivitajiet fil-kamra tat-test u ċerti flessibbiltajiet fl-għażla tal-prodott sgrassanti, filwaqt li fl-istess ħin jiġu żgurati kundizzjonijiet aħjar tas-saħħa u tax-xogħol għall-persuni li jwettqu t-testijiet. |
|
(6) |
Jeħtieġ jingħataw regoli għall-kapaċità tal-irmonk tal-vetturi bil-mutur li jitħallew l-art sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jitneħħew b’mod sikur mit-triq meta jiġi ostakolat it-traffiku tat-triq. Barra minn hekk, jeħtieġ jingħataw dispożizzjonijiet tranżizzjonali biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti l-ġodda fir-rigward tal-kapaċità tal-irmonk l-ewwel japplikaw għal tipi ġodda ta’ vetturi. |
|
(7) |
Il-massa addizzjonali tas-sistemi speċifiċi tal-ħżin tal-enerġija applikati fil-vetturi b’emissjonijiet żero tista’ twassal biex il-massa ta’ referenza ta’ tali vetturi tkun ogħla minn dik ta’ vetturi konvenzjonali simili. Il-massa ta’ referenza eċċessiva jeħtieġ li titqies biex mill-1 ta’ Jannar 2025 tippermetti li jiġu kkunsidrati l-vetturi b’emissjonijiet żero tal-kategorija N fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ vetturi N1 għall-manifatturi kkonċernati, li altrimenti jkunu jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit għall-inklużjoni ta’ rekord formali tal-massa tas-sistema tal-ħżin tal-enerġija fiċ-ċertifikat tal-konformità, li għandu jkun disponibbli bħala parti mid-data tal-fmonitoraġġ tas-CO2. |
|
(8) |
Wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535, instabu ċerti żbalji fil-forma ta’ referenzi skorretti. |
|
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut skont dan. |
|
(10) |
Sabiex il-manifatturi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-adattamenti meħtieġa u jħejju għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-massa tas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija tal-vetturi b’emissjonijiet żero, id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rispettivi ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita u allinjata mad-data stabbilita fir-Regolament (UE) 2019/631. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Annessi II, III, IV, VI, VII u XIII huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjonijiet għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 huwa kkoreġut kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 6, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2018/858, tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi li jaqbżu d-dimensjonijiet massimi awtorizzati stabbiliti fil-punt 1.1 tat-Taqsimiet C, D u E tal-Parti 2 tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament, f’liema każ ir-rimarka ‘d-deroga tad-dimensjonijiet massimi awtorizzati’ għandha tiġi inkluża fil-punt 52 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u taċ-ċertifikat tal-konformità. 4. Approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi maħsuba għat-trasport tat-tagħbijiet indiviżibbli, li d-dimensjonijiet tagħhom jaqbżu d-dimensjonijiet massimi awtorizzati stabbiliti fil-punt 1.1 tat-Taqsimiet C, D U E tal-Parti 2 tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament, f’liema każ iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikat tal-konformità għandhom jindikaw b’mod ċar li l-vettura hija maħsuba għat-trasport tat-tagħbiji indiviżibbli biss.” |
|
2. |
L-Annessi II, VIII, XIII, u XIV huma kkoreġuti f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness I, il-punt (6), għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 tal-31 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni u s-sikurezza tagħhom (ĠU L 117, 6.4.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
ANNESS I
L-Annessi II, III, IV, VI, VII u XIII huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II, il-punti li ġejjin jiddaħħlu qabel il-punt 2.1:
|
|
(2) |
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness IV, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness VI, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Anness VII, il-Parti 2, jiddaħħlu l-punti 1.3 u 1.3.1 li ġejjin:
|
|
(6) |
fl-Anness XIII, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(*1) Fil-każ tal-vetturi ibridi b’ċellola tal-fjuwil (FCHV) jew tal-vetturi bil-mutur elettriku pur, għandu jiġi ddikjarat il-valur addizzjonali tal-massa. Dan il-valur jinkiseb billi titnaqqas il-massa tat-tank tal-fjuwil ta’ referenza (90 % mimli) mill-massa totali tal-pakkett(i) tal-batteriji b’vultaġġ għoli. Il-valur għandu jiġi arrotondat għal kilogrammi sħaħ, mingħajr deċimali. Fil-każ tal-vetturi bil-mutur adattati għat-tpartit tal-batteriji, għandha tiġi ddikjarata l-massa waqt il-produzzjoni tal-vettura bil-mutur. Jekk fil-produzzjoni ma jkun hemm l-ebda vettura ta’ referenza b’magna tal-kombustjoni interna, din l-entrata ma tkunx applikabbli.”;
(*2) Fil-każ tal-vetturi ibridi b’ċellola tal-fjuwil (FCHV) jew tal-vetturi bil-mutur elettriku pur, għandu jiġi ddikjarat il-valur addizzjonali għall-massa. Dan il-valur jinkiseb billi titnaqqas il-massa tat-tank tal-fjuwil ta’ referenza (90 % mimli) mill-massa totali tal-pakkett(i) ta’ batteriji b’vultaġġ għoli. Il-valur għandu jiġi arrotondat għal kilogrammi sħaħ, mingħajr deċimali. Fil-każ tal-vetturi bil-mutur adattati għat-tpartit tal-batteriji, għandha tiġi ddikjarata l-massa waqt il-produzzjoni tal-vettura bil-mutur. Jekk fil-produzzjoni ma jkun hemm l-ebda vettura ta’ referenza b’magna tal-kombustjoni interna, din l-entrata ma tkunx applikabbli.”.”
ANNESS II
L-Annessi II, VIII, XIII u XIV huma kkoreġuti kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-Parti 2, it-Taqsima C, il-punt 1.4, ir-ringiela għaċ-ċifra tal-kontroll 7 fit-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness VIII, il-Parti 2, il-punt 1.9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
l-Anness XIII huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsimiet A u B huma sostitwiti b’dan li ġej: “ Taqsima A Dokument ta’ informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-idroġenu tagħha MUDELL Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-idroġenu tagħha. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe tpinġija jew stampa għandha tiġi pprovduta bi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta A4 jew fuq folder b’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti. 0. 0.1. 0.2. 0.2.1. 0.3. 0.3.1. 0.4. 0.5. 0.8. 0.9. 3.9. 3.9.1. 3.9.1.1. 3.9.1.2. 3.9.1.3. 3.9.1.11. 3.9.1.11.1. 3.9.1.11.2. 3.9.1.17. 3.9.1.17.1. 3.9.1.17.2. 3.9.2.6. Nota ta’ spjegazzjoni: Dan id-dokument ta’ informazzjoni huwa bbażat fuq il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 u għandu jimtela bl-informazzjoni rilevanti fin-numri punti elenkati hawn fuq kif definit f’dak il-mudell. Taqsima B Dokument ta’ informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponenti tal-idroġenu MUDELL Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent tal-idroġenu. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe tpinġija jew stampa għandha tiġi pprovduta bi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta A4 jew fuq folder b’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti. 0. 0.1. 0.2. 0.2.1. 0.5. 0.8. 0.9. 3.9. 3.9.1. 3.9.1.1. 3.9.1.2. 3.9.1.3. 3.9.1.4. 3.9.1.4.1. 3.9.1.4.2. 3.9.1.4.3. 3.9.1.4.4. 3.9.1.4.5. 3.9.1.4.6. 3.9.1.4.7. 3.9.1.4.8. 3.9.1.4.9. 3.9.1.4.10. 3.9.1.5. 3.9.1.5.1. 3.9.1.5.2. 3.9.1.5.3. 3.9.1.5.4. 3.9.1.5.5. 3.9.1.5.6. 3.9.1.5.7. 3.9.1.5.8. 3.9.1.5.9. 3.9.1.5.10. 3.9.1.6. 3.9.1.6.1. 3.9.1.6.2. 3.9.1.6.3. 3.9.1.6.4. 3.9.1.6.5. 3.9.1.6.6. 3.9.1.6.7. 3.9.1.6.8. 3.9.1.6.9. 3.9.1.6.10. 3.9.1.6.11. 3.9.1.15. 3.9.1.15.1. 3.9.1.15.2. 3.9.1.15.3. 3.9.1.15.4. 3.9.1.15.5. 3.9.1.15.6. 3.9.1.15.7. 3.9.1.15.8. 3.9.1.15.9. 3.9.1.15.10. 3.9.1.15.11. Nota ta’ spjegazzjoni: Dan id-dokument ta’ informazzjoni huwa bbażat fuq il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 u għandu jimtela bl-informazzjoni rilevanti fin-numri punti elenkati hawn fuq kif definit f’dak il-mudell.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/883/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)