2014R0046 — MT — 21.01.2014 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 46/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

(ĠU L 016, 21.1.2014, p.3)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 299, 17.10.2014, p. 32 (46/2014)




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 46/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) u 8a(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Il-Kunsill iqis li r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuna waħda kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandhom jiġu emendati.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

▼C1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, l-entrata Nru 199 hija sostitwita minn din li ġejja:

▼B



 

“Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

►C1  199. ◄

Ternavsky, Anatoly Andreevich

(Ternavski, Anatoli Andrievich

Ternavskiy,

Anatoly

Andreyevich)

ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий Андрэевiч

ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий, Андреевич

Data tat-twelid: 1950

PtT: Donetsk, Ukraina

Persuna qrib membri tal-familja tal-President Lukashenka. Il-kumpanija tiegħu Univest-M hija dikjarata bħala msieħba tal-Klabb tal-Isports tal-President, u sa Mejju 2011 kienet timpjega ħtint il-President.

Huwa jipprovdi appoġġ għar-reġim, partikolarment finanzjarment, permezz ta' pagamenti mill-kumpanija Univest-M lill-Ministeru tal-Affarijiet Interni, lill-Kumpanija (Statali) Bjelorussa tat-Televiżjoni u Radju, u lit-trejdjunjon tal-kamra tar-rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali.

Huwa jibbenefika mir-reġim permezz ta' attivitajiet ta' negozju fuq skala kbira fil-Bjelorussja. Il-kumpanija Univest-M hija l-proprjetarja ta' kumpanija sussidjarja, FLCC, li hija operatur ewlieni fis-setturi taż-żejt u tal-idrocarburi, anke bi proġetti dikjarati li ‘jsaħħu r-relazzjonijiet ta' sħubija bejn il-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa, il-Każakstan u l-Ukraina’. Il-kumpanija Univest-M hija wkoll waħda mill-akbar kumpaniji għall-iżvilupp/tal-proprjetà fil-Bjelorussja. Attivitajiet ta' negozju fuq tali skala ma jkunux possibbli fil-Bjelorussja mingħajr l-approvazzjoni tar-reġim Lukashenka.

Huwa jgħin finanzjarment bħala sponsor bosta klabbs sportivi, permezz tal-kumpanija Univest-M, biex b'hekk jikkontribwixxi għal relazzjonijiet tajbin mal-President Lukashenka.”



( 1 ) REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 134, 20.05.2006, p. 1).