|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1771 |
22.3.2024 |
P9_TA(2023)0296
Approvazzjoni tal-ħatra ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Kummissjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar il-ħatra ta’ Iliana Ivanova bħala Membru tal-Kummissjoni (C9-0242/2023 – 2023/0805(NLE))
(C/2024/1771)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 246, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-punt 6 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżenja ta’ Marija Gabriel minn Membru tal-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2023, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra ta’ Iliana Ivanova bħala Membru tal-Kummissjoni (C9-0242/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittri tal-President tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju 2023, |
|
— |
wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ ta’ Iliana Ivanova fil-5 ta’ Settembru 2023, li kienet immexxija mill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżaminazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati konkluża bi proċedura bil-miktub fis-6 ta’ Settembru 2023, u l-eżaminazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti fil-laqgħa tagħha tas-6 ta' Settembru 2023, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 125, u l-Anness VII tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu, |
|
1. |
Japprova l-ħatra ta’ Iliana Ivanova bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija taż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2024; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1771/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)