52009PC0523

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makro-finanzjarja lill-Ġeorġja SEG(2009)1310 final /* KUMM/2009/0523 finali - CNS 2009/0147 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.10.2009

KUMM(2009)523 finali

2009/0147 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tipprovdi għajnuna makro-finanzjarja lill-Ġeorġja

SEG(2009)1310 final

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Kuntest tal-proposta |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Il-Kummissjoni tipproponi li tipprovdi għajnuna makro-finanzjarja (macro-financial assistance MFA) lill-Ġeorġja taħt forma ta' għotja ta' somma massima ta' EUR 46 miljun bil-ħsieb li tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji barranin fl-2009-2010 identifikati mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). Din l-għajnuna, maħsuba biex tiġi assenjata għall-iffinanzjar tal-iżbilanċ tal-baġit tal-istat, hija parti minn pakkett komprensiv tal-Komunità ta' ammont li jwassal sa EUR 500 miljun imwaqqaf b'appoġġ tal-irkupru tal-Ġeorġja f'dak li ġab miegħu l-konflitt armat mar-Russja ta' Awwissu 2008. Hija tagħti s-sehem tagħha wkoll biex tgħin lil-Ġeorġja tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali. L-għajnuna makro-finanzjarja tal-Komunità se tgħin lill-Ġeorġja tnaqqas il-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta' stabbilizzazzjoni u rkupru ekonomiku tal-pajjiż miftiehem mal-Istituzzjonijiet Bretton Woods u bl-appoġġ tal-arranġament ta' riżerva (ATR) mal-FMI approvat f'Settembru 2008. L-għajnuna makro-finanzjarja li ġiet proposta se tkun eċċezzjonali u limitata fiż-żmien u maħsuba li sseħħ b'mod parallel mal-ATR. Hija se tkun komplementari għall-appoġġ minn donaturi internazzjonali u bilaterali. Din l-għajnuna qed isseħħ fi żmien meta r-relazzjoni politika bejn l-UE u l-Ġeorġja qiegħda tissaħħaħ wara li ttieħdet id-deċiżjoni mill-Kunsill Ewropew straordinarju fi Brussell, fl-1 ta' Settembru 2008, biex ir-relazzjonijiet mal-Ġeorġja jingħataw spinta 'l quddiem, u wara t-tnedija tal-programm tas-Sħubija tal-Lvant fis-Samit ta' Praga fis-7 ta' Mejju 2009. Fl-2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/41/KE li tipprovdi MFA ta' EUR 33,5 miljun lill-Ġeorġja. L-aħħar pagament ta' din l-operazzjoni li jammonta għal EUR 11,5 miljun ma tħallasx minħabba li ma ntlaħqitx kondizzjoni dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi li dwarha ntlaħaq ftehim fil-Memorandum ta' Għarfien. |

120 | Kuntest ġenerali Ir-rendiment makro-ekonomiku tal-Ġeorġja kien tajjeb ħafna sa Awwissu 2008. Iċ-ċifri reali ta' tkabbir kienu aktar minn 9% fl-2005 u l-2006 u 12% fl-2007. Fl-ewwel sitt xhur tal-2008 ir-rata ta' tkabbir annwali baqgħet b'saħħitha bi 8,6%. Iżda, il-konflitt militari mar-Russja li faqqa' f'Awwissu 2008 tappan ir-rendiment qawwi ta' tkabbir tas-snin ta' qabel. Il-kriżi finanzjarja globali li ilha tiżviluppa minn tmiem l-2008 kompliet taggrava l-qagħda ekonomika tal-Ġeorġja. Il-Bord tal-FMI approva f'nofs Settembru 2008 arranġament ta' riżerva ta' 18-il xahar għal USD 750 miljun (li jikkostitwixxi aċċess eċċezzjonali ta' 300 fil-mija tal-kwota tal-Ġeorġja). Minħabba l-ħtieġa ta' riforniment tar-riżervi internazzjonali tal-Bank Nazzjonali tal-Ġeorġja (BNĠ) f'dak li minnufih ġabet magħha l-kriżi ta' Awwissu 2008, l-arranġament ingħata prijorità biex b'hekk il-Ġeorġja setgħet tiġbed USD 250 miljun mill-Fond fuq l-approvazzjoni tal-programm mill-Bord. Fiż-żmien li saret it-tħejjija tal-programm, l-istima tal-FMI kienet li l-ħtiġijiet finanzjarji esterni tal-Ġeorġja għall-perjodu 2008-2010 mhux koperti mir-riżorsi mistennija mill-FMI kienu se jkunu madwar USD 650 miljun, inklużi USD 450 miljun għall-2009-2010. Fuq il-bażi ta' din l-istima tad-diskrepanza finanzjarja esterna, il-Kummissjoni ntrabtet li tagħti għajnuna makro-finanzjarja ta' EUR 46 miljun, li kienet ukoll taqbel mat-talba li waslet f'Settembru 2008 minn għand il-Prim Ministru tal-Ġeorġja. L-għajnuna makro-finanzjarja mill-UE tkopri madwar 13% tal-ħtiġijiet finanzjarji li jibqgħu fl-2009-2010. L-ewwel reviżjoni tal-ATR tlestiet f'Diċembru 2008. F'dak iż-żmien, minħabba prospetti relativament pożittivi għall-investiment dirett barrani fl-2009, l-awtoritajiet ddeċidew li ma jħallsux it-tieni pagament taħt l-ATR. F'dawn il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni pposponiet il-finalizzazzjoni tal-proposta għal MFA (l-għajnuna makro-finanzjarja tal-UE tista' tingħata biss bħala finanzjament komplementari għall-fondi tal-FMI). Iżda wara dan, il-qagħda ekonomika reġgħet ħżienet bħala riżultat tal-impatt iktar qawwi milli mistenni tal-kriżi ekonomika globali fuq il-Ġeorġja. It-tnaqqis qawwi tal-flussi finanzjarji minn barra, inklużi dħul mill-esportazzjoni, pagamenti u investiment dirett barrani, flimkien mal-issikkar tal-kreditu tal-banek, naqqsu d-domanda domestika. Dan wassal għal tnaqqis f'daqqa kemm fil-produzzjoni domestika kif ukoll fl-importazzjonijiet. Għall-2009, l-FMI jbassar tkabbir reali tal-PGD ta' -4%. Il-kriżi ekonomika wasslet ukoll lejn tiħżin tal-qagħda fiskali. Sa mill-2008, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern żdied minn anqas minn 5% tal-PGD għal 6%, minkejja żieda sinifikanti fil-fluss ta' għotjiet minn sorsi uffiċjali. Dan l-iżbilanċ jista' jiġi ffinanzjat mingħajr tbatija, permezz ta' dħul mill-privatizzazzjoni, ħruġ ta' bonds u krediti uffiċjali (b'mod partikolari mill-Bank Dinji u l-Istati Uniti). Għall-2009, l-għan tal-gvern huwa li jinżamm livell komparabbli ta' żbilanċ fiskali; minħabba d-defiċit fid-dħul baġitarju, biex jinkiseb dan l-għan, l-awtoritajiet Ġeorġjani se jkollhom inaqqsu b'mod sostanzjali l-infiq kapitali fil-baġit, b'hekk tonqos ukoll l-abilità tal-gvern li jipprovdi stimolu fiskali kontra-ċikliku. It-tnaqqis aktar qawwi milli kien mistenni tal-attività ekonomika qiegħed iwassal għal żviluppi sinifikanti fil-kontijiet barranin. L-aħħar projezzjonijiet tal-FMI tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Ġeorġja fl-2009-2010 jindikaw taħlita ta' żbilanċi tal-kummerċ u l-kont kurrenti li qed jonqsu u flussi ta' kapital privat ħafna aktar baxxi. It-tnaqqis tal-flussi kapitali netti pprojettati jirrifletti bosta fatturi, fosthom investiment dirett barrani iktar baxx u amortizzazzjoni tal-kreditu aktar għolja. Meta jitqies kollox, il-ħtiġijiet ta' ffinanzjar barrani pprojettati bħalissa, li jirriżultaw minn dawn l-iżviluppi, mhumiex differenti sostanzjalment minn dak li kien mistenni f'Settembru 2008. Madankollu, dawn il-projezzjonijiet jibqgħu estremament inċerti u l-ħtiġijiet ta' ffinanzjar jistgħu jirriżultaw sostanzjalment ogħla u dan jirrifletti riskji żvantaġġużi sinifikanti. B'mod partikolari, l-investiment dirett barrani, minkejja li qed jonqos, għadu xorta pprojettat li jibqa' 'l fuq minn 8% tal-PGD; li tista' tkun suppożizzjoni ottimistika ż-żejjed. F'dawn il-kondizzjonijiet, biex jiġi limitat l-impatt tal-kriżi ekonomika, l-awtoritajiet Ġeorġjani ddeċidew li jfittxu ffinanzjar potenzjali barrani. Mat-tlestija tat-tieni reviżjoni tal-ATR tal-FMI f'Marzu, il-Ġeorġja ħarġet żewġ pagamenti taħt l-arranġament, ammont ekwivalenti għal madwar USD 187 miljun. It-tielet reviżjoni tal-programm taħt l-ATR ġiet approvata mill-Bord tal-FMI fis-6 ta' Awwissu 2009. Ir-riżultat ewlieni ta' din ir-reviżjoni hija l-estensjoni tat-tul ta' żmien tal-ATR sa Ġunju 2011 u ż-żieda fil-pakkett ta' ffinanzjar b'SDR 270 miljun (madwar USD 424 miljun). Barra minn hekk, il-Ġeorġja se tkun tista' tiġbed madwar USD 148 miljun minnufih. L-ammonti sostanzjali ta' għajnuna mirhana fil-Konferenza tad-Donaturi li seħħet fi Brussell fit-22 ta' Ottubru 2008, inkluża l-għajnuna makro-finanzjarja tal-UE, jidhru li huma biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet finanzjarji barranija li huma stmati li fadal, anke jekk il-biċċa 'l kbira tal-appoġġ tad-donaturi għad irid jiġi kkonfermat, jew il-meta tiegħu għad irid jiġi ċċarat. L-impenji tad-donaturi inklużi il-projezzjonijiet tal-ħtiġijiet ta' ffinanzjar għall-2009-2010 magħmula mill-FMI, jagħtu x'tifhem li d-diskrepanza finanzjarja se tispiċċa, kif kien fil-mira tal-Konferenza tad-Donaturi. Fl-istess waqt, id-diskrepanza finanzjarja tista' terġa titfaċċa kemm-il darba l-għajnuna mirhana ma timmaterjalizzax. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tikkonferma r-rahan tal-MFA magħmul f'Ottubru 2008 biex tgħin lill-Ġeorġja tissodisfa l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha. |

n | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ebda |

140 | Konsistenza mal-istrateġiji politiċi u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Il-Ġeorġja hija wieħed mill-pajjiżi bi sħab tal-UE fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV). Il-Pjan ta' Azzjoni PEV tal-UE-Ġeorġja ġie adottat f'Novembru 2006 għal perjodu ta' ħames snin. L-Unjoni Ewropea għandha interess vitali li tara li jkun hemm l-istabilità, governanza aħjar u żvilupp ekonomiku fuq il-fruntieri tagħha tal-Lvant. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea ħejjiet proposta għat-twaqqif ta' "Sħubija tal-Lvant". Is-Sħubija tal-Lvant tnediet uffiċjalment mill-UE u s-sitt pajjiżi sħab matul is-Samit ta' Praga tas-7 ta' Mejju 2009. Il-Kummissjoni Ewropea impenjat sa EUR 500 miljun f'għajnuna lill-Ġeorġja fil-Konferenza tad-Donaturi ta' Ottubru 2008. Is-sorsi tal-iffinanzjar jinkludu ż-żewġ fondi pprogrammati taħt il-portafoll tal-Istrument tas-Sħubija u l-Viċinat Ewropew (ISVE) u l-istrumenti għall-kriżi, bħall-Istrument għall-Istabilità, l-Għajnuna Umanitarja u l-Għajnuna Makro-Finanzjarja. Il-pakkett ikopri il-perjodu 2008-2010 biex b'hekk jipprovdi reazzjoni diretta għat-tbatija ekonomika u soċjali li l-pajjiż ġarrab bħala riżultat tal-konflitt militari f'Awwissu 2008. L-għajnuna makro-finanzjarja tikkomplementa strumenti oħra ta' għajnuna billi tipprovdi appoġġ makro-ekonomiku fuq medda qasira ta' żmien lill-Ġeorġja fil-kuntest tal-programm ekonomiku appoġġjat mill-FMI filwaqt li l-appoġġ baġitarju tal-ISVE, huwa u jikkontribwixxi wkoll biex ikopri l-ħtiġijiet finanzjarji tal-Ġeorġja, huwa marbut ma' riformi settorjali speċifiċi. |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | L-għajnuna makro-finanzjarja hija pprovduta bħala parti integrali tal-appoġġ internazzjonali tal-Komunità għall-irkupru ekonomiku ta' wara l-kunflitt tal-Ġeorġja. Is-servizzi tal-Kummissjoni kkooperaw mill-qrib mal-Bank Dinji fit-tħejjijiet għall-Konferenza Konġunta tad-Donaturi u jseħħu konsultazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett mirhan mad-donaturi multilaterali u bilaterali. Fit-tħejjija ta' din il-proposta għal għajnuna makro-finanzjarja, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-Fond Monetarju Internazzjonali. Il-Kummissjoni kkonsultat l-Istati Membri tal-UE fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel ma ressqet il-proposta tagħha għal għajnuna makro-finanzjarja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ilha f'kuntatt regolari mal-gvern tal-Ġeorġja. |

Ġbir u użu tal-għarfien espert |

229 | Ebda għarfien espert barrani ma tqies meħtieġ. |

230 | Valutazzjoni tal-impatt L-għajnuna makro-finanzjarja hija marbuta mal-programm ekonomiku tal-pajjiż benefiċjarju li għandu l-appoġġ tal-FMI u tkopri parti mill-ħtiġijiet finanzjarji barranin immedjati tal-Ġeorġja.Il-ħruġ ta' flus huwa marbut mal-użu tar-riżorsi tal-FMI u għalhekk għandu rabta diretta mal-implimentazzjoni mill-benefiċjarju tal-politika makro-ekonomika u strutturali miftehma u l-pass tiegħu ta' rkupru ekonomiku. L-għajnuna għall-iffinanzjar ta' proġetti u/jew teknika ma tkunx xierqa biex tindirizza dawn l-objettivi makro-ekonomiċi. Meta jiġu assenjati għall-iffinanzjar tal-iżbilanċ fil-baġit, kif propost fil-każ tal-Ġeorġja (ara hawn taħt), l-għotjiet iżidu l-pakkett li l-gvern jista' juża biex jiffinanzja miżuri fiskali matul il-kriżi ekonomika. B'differenza mill-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju tal-ISVE, l-għajnuna makro-finanzjarja hija fin-natura tagħha eċċezzjonali u l-qafas ta' żmien għall-għajnuna huwa limitat għall-arranġament ta' riżerva tal-Ġeorġja mal-FMI. |

Elementi legali tal-proposta |

305 | Sinteżi tal-azzjoni proposta Il-Komunità għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ġeorġja għajnuna makro-finanzjarja f'forma ta' pagamenti ta' għotjiet għal ammont totali ta' EUR 46 miljun. L-għajnuna tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji esterni tal-Ġeorġja li fadal fl-2009-2010 kif identifikati mill-Fond Monetarju Internazzjonali. L-għajnuna makro-finanzjarja proposta hija maħsuba li tkun parallela mal-arranġament ta' riżerva mal-FMI approvat f'Settembru 2008. L-għajnuna, flimkien mal-ikbar parti tal-appoġġ ta' donazzjoni lill-Ġeorġja (bl-eċċezzjoni magħrufa tal-fondi tal-FMI) hija ppjanata li tkun immirata għall-baġit minħabba li l-pressjonijiet finanzjarji li l-finanzi pubbliċi tal-Ġeorġja għandhom quddiemhom fil-preżent jidhru li huma partikolarment gravi. L-għajnuna hija ppjanata li titħallas f'żewġ pagamenti fl-2009-2010. L-għajnuna se tkun amministrata mill-Kummissjoni. Se jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet oħra, b'konsistenza mar-Regolamenti Finanzjarji. L-ewwel parti tal-pagament hija skedata għall-aħħar tal-2009, it-tieni parti hija ppjanata li titħallas għall-bidu tal-2010. L-għajnuna makro-finanzjarja tista' tingħata prijorità jekk tkun garantita mill-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika fil-Ġeorġja. Il-kondizzjonijiet marbuta mal-ħruġ ta' flus għall-pagamenti ta' għotja se jinkludu l-implimentazzjoni b'suċċess tal-ATR tal-FMI u t-tħaris ta' kondizzjonijiet speċifiċi f'għadd ta' oqsma ta' politika ewlenin li dwarhom se jaqblu l-Kummissjoni Ewropea u l-gvern tal-Ġeorġja. Il-Kummissjoni biħsiebha tikkonċentra fuq għadd limitat ta' oqsma ta' importanza partikolari għall-istabilità makro-finanzjarja, b'mod partikolari l-finanzi pubbliċi - b'hekk tissokta l-għajnuna makro-finanzjarja ta' qabel tal-UE - u r-riformi tas-settur finanzjarju. Il-kondizzjonijiet se jkunu konsistenti mal-prijoritajiet tal-Pjan ta' Azzjoni PEV tal-UE-Ġeorġja. |

310 | Bażi legali Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 308 tat-Trattat. |

329 | Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' sussidjarjetà ma japplikax. |

Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

331 | L-għajnuna hija mmirata lejn l-baġit tal-istat tal-Ġeorġja; b'dan hija disponibbli biex tiffinanzja l-infiq pubbliku permezz ta' modalitajiet nazzjonali ta' implimentazzjoni.Minħabba li l-iktar projezzjonijiet reċenti jissuġerixxu li l-prospettiva ekonomika se tibqa' fraġli, l-għajnuna hija ppjanata li se titħallas f'żewġ pagamenti biss u tingħata prijorità. |

332 | L-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għal 13% tad-diskrepanza finanzjarja li jibqa' fil-bilanċ tal-pagamenti identifikata mill-FMI fil-kuntest tal-arranġament ta' riżerva. Dan jitqies bħala livell xieraq ta' qsim tal-piż għall-Komunità, fid-dawl tal-għajnuna mirhana lill-Ġeorġja mill-Istati Membri tal-UE u donaturi oħra bilaterali u kredituri multilaterali. |

Għażla ta' strumenti |

341 | Strumenti proposti: oħrajn. |

342 | Strumenti oħra ma jkunux xierqa billi fin-nuqqas ta’ regolament ta’ qafas għall-istrument ta’ għajnuna makro-finanzjarja, id-deċiżjonijiet ad hoc tal-Kunsill skont l-Artikolu 308 tat-Trattat huma l-uniku strument ġuridiku disponibbli għal din l-għajnuna. |

Implikazzjoni baġitarja |

401 | L-għajnuna tkun iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-2009 taħt il-linja tal-baġit 01 03 02 (Għajnuna makro-ekonomika), bil-ħlasijiet li jsiru fl-2009 u l-2010. |

Tagħrif addizzjonali |

Klawżola ta’ analiżi mill-ġdid/reviżjoni/skadenza |

533 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ skadenza. |

1. 2009/0147 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tipprovdi għajnuna makro-finanzjarja lill-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

2. Ir-relazzjonijiet bejn il-Ġeorġja u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, imtejba mis-Sħubija tal-Lvant imnedija dan l-aħħar.

3. Il-Kunsill Ewropew straordinarju tal-1 ta' Settembru 2008 ikkonferma r-rieda tal-UE li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet UE-Ġeorġja f'dak li ġab miegħu l-konflitt armat ta' Awwissu 2008 bejn il-Ġeorġja u r-Russja.

4. L-istabbilizzazzjoni ekonomika u l-irkupru tal-Ġeorġja għandhom l-appoġġ tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) permezz ta' arranġament ta' riżerva li ġie approvat fil-15 ta' Settembru 2008.

5. Fil-konferenza tad-donaturi tat-22 ta' Ottubru 2008 il-Komunità internazzjonali ntrabtet li tagħti l-appoġġ tagħha għall-irkupru ekonomiku tal-Ġeorġja f'konformità mal-Istima tal-Ħtiġijiet Konġunti mwettqa min-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji.

6. Il-Komunità Ewropea ħabbret somma li twassal sa EUR 500 miljun f'għajnuna għall-Ġeorġja fl-2008-2010.

7. Billi fadal diskrepanza finanzjarja sostanzjali fil-bilanċ tal-pagamenti fl-2009-2010, l-għajnuna makro-finanzjarja hija inkluża fil-pakkett tal-Komunità lill-Ġeorġja.

8. Sabiex tkun żgurata protezzjoni effiċjenti tal-interessi finanzjarji tal-Komunità marbuta ma' din l-għajnuna finanzjarja, jeħtieġ li jiġu provvduti miżuri xierqa mill-Ġeorġja marbuta mal-prevenzjoni, u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra marbuta ma' din l-għajnuna, kif ukoll għalkontrolli mill-Kummissjoni u verifiki mill-Qorti tal-Awdituri.

9. Il-ħruġ tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja.

10. Din l-għajnuna għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

11. It-Trattat ma jipprovdix għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni setgħat oħra għajr dawk tal-Artikolu 308,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

12. Il-Komunità għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-Ġeorġja għajnuna finanzjarja li tammonta għal massimu ta’ EUR 46 miljun, bil-ħsieb li tappoġġa l-isforzi tal-Ġeorġja għall-irkupru ekonomiku ta' wara l-gwerra, li huwa wkoll affettwat mill-kriżi finanzjarja internazzjonali, u b'hekk jittaffew il-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta' riforma ekonomika tal-gvern.

13. L-assistenza finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew arranġamenti milħuqa bejn il-FMI u l-Ġeorġja.

14. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel ġurnata wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Ftehim imsemmi fl-Artikolu 2(1). Madankollu, jekk jitolbu ċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tista' tiddeċiedi li testendi l-perjodu ta' disponibilità b'massimu ta' sena.

Artikolu 2

15. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tiftiehem mal-awtoritajiet tal-Ġeorġja, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, dwar il-politika ekonomika u l-kondizzjonijiet finanzjarji mehmuża mal-għajnuna finanzjarja tal-Komunità, li jridu jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Ftehim u Ftehim ta' Għotja. Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew arranġamenti milħuqa bejn l-FMI u l-Ġeorġja.

16. Matul l-implimentazzjoni tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-validità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ġeorġja, il-proċeduri amministrattivi, u mekkaniżmi interni u esterni ta' kontroll li huma relevanti għal din l-għajnuna.

17. Il-Kummissjoni għandha tivverifika kull tant żmien li l-politika ekonomika tal-Ġeorġja hija skont l-għanijiet tal-għajnuna tal-Komunità u li l-politika ekonomika u l-kondizzjonijiet finanzjarji miftiehma jitħarsu b’mod sodisfaċenti. Hi u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji, u fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

Artikolu 3

18. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha titqiegħed għad-disponibilità tal-Ġeorġja mill-Kummissjoni f'żewġ pagamenti.

19. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-ħruġ tal-pagamenti soġġetti għal implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm ekonomiku bl-appoġġ tal-FMI u ta' kull miżura oħra bejn il-Ġeorġja u l-Komunità kif stabbilit skont l-Artikolu 2(1). Il-ħruġ ta' flus għat-tieni pagament ma għandux iseħħ qabel tliet xhur wara l-ħruġ tal-ewwel pagament.

20. Il-fondi tal-Komunità għandhom jitħallsu lill-Bank Nazzjonali tal-Ġeorġja. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu miftehma fil-Memorandum ta' Ftehim, inkluża konferma ta' ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, l-ekwivalenti tagħhom fil-munita lokali tista' tiġi ttrasferita fit-Teżor tal-Ġeorġja bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 4

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi implimentata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3] u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni[4]. B'mod partikolari, il-Memorandum ta' Ftehim u l-Ftehim ta' Għoti li jrid jiġi miftiehem mal-awtoritajiet tal-Ġeorġja għandhom jistipulaw miżuri xierqa min-naħa tal-Ġeorġja marbuta mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jaffetwaw l-għajnuna. Għandhom jistipulaw ukoll kontrolli min-naħa tal-Kummissjoni, inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), bid-dritt li jsiru kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, u fir-rigward tal-verifiki mill-Qorti tal-Awdituri, fejn xieraq, isiru fuq il-post.

Artikolu 5

Sal-31 ta’ Awwissu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika r-rabta bejn il-kondizzjonijiet ta’ politika kif stipulati f'Memorandum ta' Ftehim skont l-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Ġeorġja, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex toħroġ il-pagamenti tal-għajnuna.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Għajnuna makro-finanzjarja għall-Ġeorġja

2. IL-QAFAS TAL-ABM / ABB

Qasam/Oqsma ta' Politika konċernat(i) u Attività/Attivitajiet assoċjata/i:

Titolu 01 - Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 03 - Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (ex-linji B.A)), inklużi l-intestaturi:

Artikolu 01 03 02 – Għajnuna makro-ekonomika

3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Bidu 2009, b'mod provviżorju l-ħruġ ta' flus irid iseħħ matul il-perjodu 2009-2010 f'żewġ pagamenti. Iżda, ma jistax jiġi eskluż dewmien li jtawwal il-proċess.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

01 03 02 | Mhux obbligatorju | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | It-Taqsima nru | 2009 | 2010 | It-total |

L-infiq operattiv[5] |

L-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) | 8.1. | a | 99,000 | 107,000[6] |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) | b | 110,000 | 111,0005 |

Infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | 0 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet tal-impenn | a+c |

Approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza |

Riżorsi umani u l-infiq li għandu x’jaqsam magħhom (AMD) | 8.2.5. | d |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u spejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e |

Spiża finanzjarja indikattiva għall-intervent |

AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 99,000 | 107,0005 |

TOTAL tal-AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 110,000 | 111,0005 |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Jista' jkun li l-proposta tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Inter-istituzzjonali[7] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

4.2. Riżorsi Umani tal-FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

Rekwiżiti annwali | 2009 | 2010 |

L-għadd totali tar-riżorsi umani | 1/3 | 1/3 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq fi żmien qasir jew fit-tul

Wara l-konflitt armat mar-Russja, l-ekonomija tal-Ġeorġja ċkienet fit-tielet kwart tal-2008. Il-kriżi ekonomika saret aktar gravi minn dakinhar, u dan jirrifletti l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali. Il-Fond Monetarju Internazzjonali identifika diverġenza finanzjarja barranija ta' USD 1.4 biljun għall-perjodu 2008-2010. Permezz ta' arranġament ta' riżerva mal-FMI, il-Ġeorġja għandha aċċess għal madwar USD 750 miljun. Id-diverġenza finanzjarja li fadal fl-2009-2010 li skont stima tal-FMI hija madwar USD 450 miljun mistennija li tkun koperta minn donaturi bilaterali u multilaterali, inkluża l-Unjoni Ewropea. Ir-reviżjonijiet li segwew tal-ATR imwettqa mill-FMI jikkonfermaw il-ħtieġa għal finanzjament barrani sostanzjali tal-bilanċ tal-pagamenti u żbilanċi fiskali mġarrba mill-Ġeorġja.

5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u sinerġija possibbli

Id-donaturi internazzjonali ntrabtu għal total ta' EUR 3.4 biljun bħala Appoġġ ta' wara l-Konflitt lill-Ġeorġja f'Konferenza konġunta Kummissjoni Ewropea/Bank Dinji li saret fi Brussell fit-22 ta' Ottubru 2008. Il-Kummissjoni Ewropea ntrabtet għal EUR 500 miljun suġġetti għal reviżjoni bbażata fuq il-pass ta' rkupru u l-evoluzzjoni tal-ekonomija tal-Ġeorġja. L-Istati Membri tal-UE addizzjonalment intrabtu għal EUR 131 miljun. Il-Bank Ewropew għall-Investiment huwa f'qagħda li jislef lill-Ġeorġja sa EUR 250 miljun fuq medda medja ta' żmien. L-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-irkupru ekonomiku tal-Ġeorġja jirrifletti l-importanza strateġika tal-pajjiż għall-UE fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-Sħubija tal-Lvant stabbilita dan l-aħħar. L-istrument ta' għajnuna makro-finanzjarja huwa inkluż fil-pakkett ta' għajnuna globali tal-KE bit-tir li jiġu stabbiliti sinerġiji mal-programm ekonomiku appoġġjat mill-FMI li miegħu huwa marbut b'mod dirett l-użu tal-istrument.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi marbuta mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Fi ħdan l-Attività "Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Internazzjonali" tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, l-Għan li "tiġi pprovduta għajnuna makro-finanzjarja lil pajjiżi terzi biex tinstab soluzzjoni għall-kriżijiet tal-bilanċ tal-pagamenti u tiġi restaurata s-sostenibilità tad-dejn barrani" huwa marbut mal-għan ġenerali "li titkattar il-prosperità lilhinn mill-UE".

L-indikaturi relatati huma "il-bilanċ tal-kont kurrenti bħala perċentwali tal-PGD", "dejn barrani bħala perċentwali tal-PGD" u "riżervi uffiċjali f'xhur ta' importazzjonijiet ta' prodotti u servizzi" .

5.4. Metodu ta' implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni ċċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( entitajiet imwaqqfin mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta jew iddeċentralizzata

( ma' Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jsir abbazi ta’ miżuri ta’ politika makro-ekonomika u strutturali li għandhom jiġu miftehma mal-awtoritajiet tal-Ġeorġja f’Memorandum ta’ Ftehim. L-awtoritajiet se jkunu meħtieġa jirrapportaw dwar dawk il-miżuri lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fi Tbilisi se tipprovdi wkoll rappurtar dwar kwistjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ tal-għajnuna. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji biex jibbenefikaw mill-għarfien espert tagħhom.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Evalwazzjoni ex-ante twettqet mis-servizzi tal-Kummissjoni (Unità D3 tad-Direttorat Ġenerali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji)

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mill-2004 twettqu b'kollox disa' evalwazzjonijiet ex-post fuq attivitajiet ta' għajnuna makro-finanzjarja, inklużi tnejn fl-istati indipendenti l-ġodda tal-ex Unjoni Sovjetika (l-Armenja, it-Tajikistan). Evalwazzjoni indipendenti ex-post tal-għajnuna makro-finanzjarja lill-Ġeorġja stipulata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/41/KE tal-24 ta' Jannar 2006 qiegħda titwettaq u mistennija li tkun lesta fl-2009, qabel il-bidu mistenni tal-implimentazzjoni tal-għajnuna proposta.

L-evalwazzjonijiet imwettqa s'issa jikkonkludu li l-azzjonijiet tal-MFA tabilħaqq jikkontribwixxu, minkejja li xi kultant modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibilità esterna, l-istabilità makro-ekonomika u l-kisba tar-riformi strutturali fil-pajjiż benefiċjarju. Fil-biċċa 'l kbira tal-każijiet l-operazzjonijiet tal-MFA kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż benefiċjarju u kkontribwew biex jonqsu l-pressjonijiet baġitarji. Huma wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku kemm kemm ogħla.

6.2.3. Termini u frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Hemm pjanijiet ta' evalwazzjoni indipendenti ex-post tal-għajnuna lill-Ġeorġja li se titwettaq minn konsulenti barranin taħt il-programm multi-annwali ta' evalwazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Din se sseħħ minn sena sa tnejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta' implimentazzjoni.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Is-servizzi tal-Kummissjoni ħolqu programm kontinwu ta’ Valutazzjonijiet Operattivi taċ-ċikli finanzjarji u proċeduri amministrattivi fil-pajjiżi terzi kollha li jibbenefikaw mill-għajnuna makro-finanzjarja Komunitarja sabiex jitħarsu r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Fil-Ġeorġja, is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw f'Ottubru 2004, bl-appoġġ tal-esperti barranin li kellhom mandat kif xieraq, l-affidabbiltà taċ-ċikli finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi li huma rilevanti għal din it-tip ta’ għajnuna u kkonkludew li l-qafas għal ġestjoni finanzjarja tajba tal-għajnuna makro-finanzjarja huwa effettiv biżżejjed. Kien hemm segwitu tal-Valutazzjoni Operattiva f'Diċembru 2005, għal darb'oħra bl-appoġġ tal-esperti barranin. Is-sejbiet tal-Valutazzjoni Operattiva aġġornata ntużaw għad-definizzjoni tal-kondizzjonalità xierqa għall-għajnuna makro-finanzjarja pprovduta lill-Ġeorġja bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (2006/41/KE) tal-24 ta' Jannar 2006. Hemm pjanijiet għal segwitu ieħor tal-Valutazzjoni Operattiva bi tħejjija tal-għajnuna makro-finanzjarja proposta bħalissa għall-Ġeorġja. Ir-riżultati tas-segwitu se jintużaw bħala gwida fid-definizzjoni tal-miżuri speċifiċi ta' politika li jridu jiġu mehmuża mal-ħruġ tal-għajnuna bil-ħsieb li jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-affidabilità tas-sistemi ta' amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Ġeorġja.

Il-bażi ġuridika proposta għall-għajnuna makro-finanzjarja lil-Ġeorġja tinkludi dispożizzjoni dwar miżuri ta' prevenzjoni tal-frodi. Dawn il-miżuri se jiġu elaborati aktar f’Memorandum ta’ Fehim u l-ftehim ta’ għotja. Huwa mistenni li għadd ta’ kondizzjonijiet speċifiċi ta’ politika se jkunu marbuta mal-għajnuna, prinċipalment fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u l-affidabilità tal-għajnuna. L-għajnuna makro-finanzjarja se tkun suġġetta għal proċeduri ta' spezzjoni, kontroll u verifika taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta skont l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena 2009 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[9] (XX 01 01) | A*/AD | 1/3 | 1/3 |

B*, C*/AST |

Persunal iffinanzjat[10] bl-Art XX 01 02 |

Persunal ieħor[11] ffinanzjat permezz tal-Art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 1/3 | 1/3 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet imnissla mill-azzjoni

Inter alia ħejji/innegozja memoranda ta' ftehim u ftehim ta' għotja, kun intermedjarju mal-awtoritajiet u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, issorvelja l-istrateġiji politiċi ekonomiċi u strutturali tal-pajjiż benefiċjarju, mexxi missjonijiet ta' reviżjoni u ħejji rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni, ħejji proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-amministrazzjoni tal-għajnuna.

8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

X Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja 01 03 02 Għajnuna makro-ekonomika | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

-intra muros |

-extra muros 1) Valutazzjoni operattiva 2) Evalwazzjoni ex-post | 0.050 | 0.250 |

Total ta' għajnuna teknika u amministrattiva | 0.050 | 0.250 |

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.030 | 0.030 |

Persunal iffinanzjat bl-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali ta' Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.030 | 0.030 |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji |

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk ikun il-każ |

MHUX APPLIKABBLI |

Kalkolu – Impjegati ffinanzjati skont l-Artikolu XX 01 02 |

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk ikun il-każ |

MHUX APPLIKABBLI |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) |

Sena 2009 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.020 | 0.010 | 0.030 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[13] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informazzjoni |

2 Nefqa Oħra ta’ Ġestjoni Totali (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika bl-inklużjoni ta' referenza għal-linja tal-baġit) |

Total tal-infiq amministrattiv, għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.020 | 0.010 | 0.030 |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza |

Tliet missjonijiet tal-persunal għal persuna/żewġ persuni |

[1] ĠU C […], […], p. […].

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[4] Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 ĠU L 357 31.12.2002, p.1

[5] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat.

[6] Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2010

[7] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[8] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

[9] L-ispiża ta' dawn MHIJIEX koperta bl-ammont ta' referenza

[10] L-ispiża ta' dawn MHIJIEX koperta bl-ammont ta' referenza

[11] L-ispiża ta' dawn hija inkluża fl-ammont ta' referenza

[12] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[13] Speċifika t-tip ta' kumitat u mil-liema grupp jagħmel parti.