<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-205/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0205</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:168">EU:C:2022:168</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220308">8.3.2022</DATE> – Kawża C‑205/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Effett dirett)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20220308">8 ta’ Marzu 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Kollokament ta’ ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/67/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Effett dirett</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑205/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Styrie, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200427">27 ta’ April 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200508">8 ta’ Mejju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NE</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Finanzpolizei Team 91,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen (Relatur), Viċi President, A. Prechal, E. Regan, S. Rodin, I. Jarukaitis, N. Jääskinen u I. Ziemele, Presidenti ta’ Awla, J.‑C. Bonichot, T. von Danwitz, M. Safjan, N. Piçarra, L. S. Rossi, A. Kumin u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, J. Schmoll u C. Leeb, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u J. Pavliš, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann u L. Malferrari, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210923">23 ta’ Settembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ir-Regolament tal-IMI<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 159, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn NE u l-Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (l-Awtorità Amministrattiva tad-Distrett ta’ Hartberg-Fürstenfeld, l-Awstrija) dwar il-multa imposta fuqu minn din tal-aħħar għal diversi istanzi ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet Awstrijaċi fil-qasam tad-dritt industrijali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/67</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati u li jkun hemm konformità magħhom. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat‑<DATE ISO="20160618">18 ta’ Ġunju 2016</DATE>. Huma għandhom jinnotifikawlhom mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 52(1) u (2) tal-Verwaltungsgerichtsverfahrensgesetz (il-Liġi dwar ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati Amministrattivi, BGBl. I, 33/2013), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="052.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull sentenza mogħtija minn qorti amministrattiva li tikkonferma deċiżjoni amministrattiva li timponi penali għandha tordna lill-persuna kkundannata tħallas kontribuzzjoni għall-ispejjeż.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="052.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-kontribuzzjoni, fil-proċeduri ta’ lment amministrattiv, tammonta għal 20 % tas-sanzjoni imposta, iżda mhux inqas minn EUR 10; jekk ġiet imposta piena ta’ priġunerija, jum ta’ detenzjoni hija ekwivalenti għal EUR 100 għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ispejjeż. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(1) tal-Lohn- und Sozialdumping-Bekämpfungsgesetz (il-Liġi dwar il-Ġlieda Kontra d-Dumping Soċjali u tal-Pagi, BGBl. I, 44/2016), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>LSD-BG<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kull min, bħala persuna li timpjega jew imprenditur li jikkolloka ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 19(1):</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ma jagħmilx id-dikjarazzjoni, inklużi emendi sussegwenti tad-data (dikjarazzjoni ta’ bdil) bi ksur tal-Artikolu 19, jew ma jagħmilx dan fi żmien xieraq jew b’mod komplet, jew</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>ma jkollux id-dokumenti rikjesti bi ksur tal-Artikolu 21(1) jew (2), jew ma jqegħedhomx għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet fiskali fuq il-post […] f’forma elettronika,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>iwettaq ksur amministrattiv u huwa ssanzjonat, għal kull ħaddiem ikkonċernat, b’multa imposta mill-awtorità amministrattiva distrettwali fis-somma ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> u, fil-każ ta’ reċidiva, ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) tal-LSD-BG jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kull min jonqos milli jibgħat id-dokumenti meħtieġa bi ksur tal-punt 3 tal-Artikolu 12(1) iwettaq ksur amministrattiv u huwa ssanzjonat, għal kull ħaddiem ikkonċernat, b’multa imposta mill-awtorità amministrattiva distrettwali fis-somma ta’ bejn EUR 500 u EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> u, fil-każ ta’ reċidiva, ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-LSD-BG huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kull min, bħala</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>persuna li timpjega, ma għandhiex disponibbli id-dokumenti dwar is-salarji bi ksur tal-Artikolu 22(1) jew (1a), […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>iwettaq ksur amministrattiv u huwa ssanzjonat, għal kull ħaddiem ikkonċernat, b’multa imposta mill-awtorità amministrattiva distrettwali fis-somma ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> u, fil-każ ta’ reċidiva, ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>; meta iktar minn tliet ħaddiema huma kkonċernati, din il-multa hija fis-somma ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>, għal kull ħaddiem ikkonċernat u, fil-każ ta’ reċidiva, ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>CONVOI s. r. o., kumpannija stabbilita fis-Slovakkja, ikkollokat ħaddiema impjegati ma’ Niedec Global Appliance Austria GmbH, stabbilita f’Fürstenfeld (l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Abbażi ta’ konstatazzjonijiet magħmula waqt kontroll imwettaq fl‑<DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, l-awtorità amministrattiva tad-distrett ta’ Hartberg-Fürstenfeld imponiet, permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE>, multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">54000</FT> fuq NE, fil-kwalità tiegħu ta’ rappreżentant ta’<?PAGE NO="4"?> CONVOI, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ diversi obbligi previsti mil-LSD-BG dwar, b’mod partikolari, id-dikjarazzjoni ta’ kollokament mal-awtorità nazzjonali kompetenti kif ukoll iż-żamma tad-dokumentazzjoni dwar is-salarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>NE ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Steiermark, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20181009">9 ta’ Ottubru 2018</DATE>, din il-qorti għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari dwar il-konformità mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mal-prinċipju ta’ proporzjonalità ta’ sanzjonijiet bħal dawk previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-digriet tagħha tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑645/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1108">EU:C:2019:1108</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali relatati mad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u maż-żamma ta’ dokumenti dwar is-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi ta’ ammont għoli:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;</P></ITEM><ITEM><P>li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu, u</P></ITEM><ITEM><P>li magħhom tiżdied kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li, wara dan id-digriet, il-leġiżlatur nazzjonali ma emendax il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, fid-dawl b’mod partikolari tal-kunsiderazzjonijiet esposti fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:810">EU:C:2018:810</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-eżistenza ta’ diverġenzi bejn il-qrati Awstrijaċi dwar il-mod kif il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam għandha tiġi applikata, tistaqsi dwar jekk din il-leġiżlazzjoni tistax tiġi mwarrba u, jekk iva, sa liema punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hija tqis li l-konsegwenzi li hija għandha tislet mill-imsemmi digriet jistgħu jwassluha jew sabiex twarrab l-elementi tal-imsemmija leġiżlazzjoni li jostakolaw l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati, jew sabiex ma tapplikax, fl-intier tagħha, is-sistema ta’ sanzjonijiet prevista mill-istess leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Styrie) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit ta’ sanzjonijiet proporzjonati, stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva [2014/67] u interpretat fid-digrieti [tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑645/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1108">EU:C:2019:1108</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1103">EU:C:2019:1103</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)] jikkostitwixxi dispożizzjoni ta’ direttiva applikabbli direttament?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P>L-interpretazzjoni tad-dritt tal-Istati Membri b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni tippermetti u teżiġi li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri jikkompletaw il-każijiet ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f’din il-kawża permezz tal-kriterji ta’ proporzjonalità stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fid-digrieti [tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑645/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1108">EU:C:2019:1108</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑140/19, C‑141/19 u C‑492/19 sa C‑494/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1103">EU:C:2019:1103</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)], mingħajr ma jkunu ġew adottati dispożizzjonijiet ġodda fid-dritt nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, sa fejn jeżiġi li s-sanzjonijiet li huwa jipprevedi jkunu proporzjonati, għandux effett dirett u jistax għalhekk jiġi invokat mill-individwi quddiem il-qrati nazzjonali kontra Stat Membru li jkun għamel traspożizzjoni inkorretta tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi, il-persuni privati jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat meta dan ikun naqas milli jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti jew meta dan jittrasponiha b’mod inkorrett (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija, minn naħa, inkundizzjonata meta din tistabbilixxi obbligu li ma huwa kkwalifikat b’ebda kundizzjoni u lanqas ma huwa suġġett, fl-eżekuzzjoni tiegħu jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta’ att kemm tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kemm tal-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, li tkun biżżejjed preċiża sabiex tiġi invokata minn parti fil-kawża u tiġi applikata mill-qorti meta tistabbilixxi obbligu f’termini inekwivokabbli (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>RTS infra u Aannemingsbedrijf Norré-Behaegel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:13">EU:C:2021:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Minbarra dan il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, anki jekk direttiva tħalli lill-Istati Membri ċerta marġni ta’ diskrezzjoni meta jadottaw il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tagħha, dispożizzjoni ta’ din id-direttiva tista’ titqies bħala li għandha natura inkundizzjonata u preċiża meta timponi fuq l-Istati Membri, f’termini inekwivokabbli, obbligu ta’ riżultat preċiż u li ma jinkludi ebda kundizzjoni rigward l-applikazzjoni tar-regola li din tistabbilixxi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>RTS infra u Aannemingsbedrijf Norré-Behaegel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:13">EU:C:2021:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tqis, fir-rigward tad-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑645/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1108">EU:C:2019:1108</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, billi adotta l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali, il-leġiżlatur Awstrijak ma ttrasponiex b’mod korrett ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-direttiva u tippreċiża li s-sanzjonijiet hekk previsti għandhom ikunu, b’mod partikolari, proporzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-imsemmija dispożizzjoni huwa ta’ natura inkundizzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-kliem tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jistabbilixxi dan ir-rekwiżit f’termini assoluti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-projbizzjoni li jiġu adottati sanzjonijiet sproporzjonati, li hija l-konsegwenza tal-imsemmi rekwiżit, ma teħtieġ l-intervent ta’ ebda att tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u din id-dispożizzjoni bl-ebda mod ma tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jirrestrinġu jew li jissuġġettaw għal kundizzjonijiet il-portata ta’ din il-projbizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Impact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:223">EU:C:2008:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva għandu jkun is-suġġett ta’ traspożizzjoni ma huwiex ta’ natura li jikkontesta n-natura inkundizzjonata tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst minn dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, f’dan ir-rigward, li interpretazzjoni li tgħid li n-neċessità ta’ traspożizzjoni tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet prevista fl-Artikolu 20 tal-imsemmija direttiva hija ta’ natura li tneħħilha n-natura inkundizzjonata tagħha twassal sabiex l-individwi kkonċernati jiġu preklużi milli jinvokaw, jekk ikun il-każ, il-projbizzjoni li jiġu adottati sanzjonijiet sproporzjonati imposti minn dan ir-rekwiżit. Issa, ikun inkompatibbli man-natura vinkolanti li l-Artikolu 288 TFUE jagħti lid-direttiva jekk jiġi eskluż, bħala prinċipju, li tali projbizzjoni tista’ tiġi invokata mill-persuni kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Craeynest <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑723/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:533">EU:C:2019:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-punt dwar jekk l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 għandux natura suffiċjentement preċiża, sa fejn jipprevedi r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm din id-dispożizzjoni tħalli lill-Istati Membri ċertu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddefinixxu s-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-direttiva, tali marġni ta’ diskrezzjoni huwa limitat mill-projbizzjoni stabbilita b’mod ġenerali u f’termini ċari mill-imsemmija dispożizzjoni li jiġu previsti sanzjonijiet sproporzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, tali rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi implimentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 20 tal-imsemmija direttiva u l-fatt li huma għandhom, f’dan il-kuntest, marġni ta’ diskrezzjoni ma jeskludix, fih innifsu, li jkun jista’ jitwettaq stħarriġ ġudizzjarju sabiex jiġi vverifikat jekk l-Istat Membru kkonċernat eċċediex il-limiti stabbiliti f’dan il-marġni ta’ diskrezzjoni meta ttraspona din id-dispożizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Kraaijeveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:404">EU:C:1996:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Craeynest <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑723/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:533">EU:C:2019:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li ġie deċiż fil-punt 56 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:810">EU:C:2018:810</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tal-imsemmija direttiva huwa inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż sabiex ikun jista’ jiġi invokat minn individwu u applikat mill-awtoritajiet amministrattivi u mill-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod partikolari, meta Stat Membru jmur lil hinn mis-setgħa diskrezzjonali tiegħu billi jadotta leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjonijiet sproporzjonati fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2014/67, il-persuna kkonċernata għandha tkun tista’ tinvoka direttament ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva kontra tali leġiżlazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>JP Morgan Fleming Claverhouse Investment Trust u The Association of Investment Trust Companies</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:391">EU:C:2007:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>MDDP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑319/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:778">EU:C:2013:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, hija imposta fuq l-Istati Membri meta jimplementaw dan id-dritt, inkluż fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sanzjonijiet applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Farkas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑564/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:302">EU:C:2017:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220127">27 ta’ Jannar 2022</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja (Obbligu ta’ informazzjoni fil-qasam fiskali)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑788/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:55">EU:C:2022:55</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Meta, fil-kuntest ta’ tali implimentazzjoni, l-Istati Membri jadottaw sanzjonijiet b’mod iktar partikolari ta’ natura kriminali, huma għandhom josservaw l-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li jipprevedi li s-severità tal-piena ma għandhiex tkun sproporzjonata meta mqabbla mar-reat. Issa, dan il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 sempliċement ifakkar, huwa ta’ natura imperattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, sa fejn jeżiġi li s-sanzjonijiet li huwa jipprevedi jkunu proporzjonati, għandu jkollu effett dirett u jista’ għalhekk jiġi invokat mill-individwi quddiem il-qrati nazzjonali kontra Stat Membru li jkun għamel traspożizzjoni inkorretta tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, għalkemm it-tieni domanda saret formalment fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, b’mod ġenerali, jekk, fl-ipoteżi fejn ikun impossibbli għaliha li tipproċedi b’interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali li hija konformi mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, hija ma għandhiex tapplika din il-leġiżlazzjoni fl-intier tagħha jew jekk tistax tikkompletaha sabiex timponi sanzjonijiet proporzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li, permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali l-obbligu li ma japplikawx, fl-intier tagħha, leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jew jekk dan jimplikax li dawn l-awtoritajiet nazzjonali jwarrbu l-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni biss sa fejn ikun neċessarju sabiex jippermetti l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, sabiex tiġi ggarantita l-effettività tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jimponi, b’mod partikolari, fuq il-qrati nazzjonali l-obbligu li jinterpretaw, sa fejn huwa possibbli, id-dritt intern tagħhom b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali għandu madankollu ċerti limiti u ma jistax b’mod partikolari jservi ta’ bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Sumal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑882/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:800">EU:C:2021:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-prinċipju ta’ supremazija jimponi fuq il-qorti nazzjonali inkarigata li tapplika, fil-kuntest tal-kompetenza tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, fl-assenza tal-possibbiltà li tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, l-obbligu li tiżgura l-effett sħiħ tar-rekwiżiti ta’ dan id-dritt fil-kawża li jkollha quddiemha billi jekk ikun hemm bżonn ma tapplikax, fuq il-bażi tal-awtorità tagħha stess, kwalunkwe leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali, anki jekk sussegwenti, li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel ta’ din il-leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali permezz tal-proċess leġiżlattiv jew ta’ kwalunkwe proċess kostituzzjonali ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Euro Box Promotion <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1034">EU:C:2021:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0252">252</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel domanda, ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ikollu effett dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-każ fejn dan ir-rekwiżit jiġi invokat minn individwu quddiem qorti nazzjonali kontra Stat Membru li jkun għamel traspożizzjoni inkorretta tiegħu, hija din il-qorti li għandha tiżgura l-effettività sħiħa tiegħu u, fl-assenza tal-possibbiltà li tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi ma’ dan ir-rekwiżit, twarrab, fuq il-bażi tal-awtorità tagħha stess, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidhru inkompatibbli miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punti 32 sa 41 tad-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑645/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1108">EU:C:2019:1108</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, għalkemm leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija, hija tmur lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa neċessarju għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet minħabba l-kombinazzjoni tad-diversi karatteristiċi tagħha, b’mod partikolari l-kumulu mingħajr limitu tal-multi li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont predefinit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, meħuda waħedhom, tali karatteristiċi mhux neċessarjament jiksru dan ir-rekwiżit. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 35 ta’ dan id-digriet, li leġiżlazzjoni li tipprevedi sanzjonijiet pekunjarji li l-ammont tagħhom ivarja skont in-numru ta’ ħaddiema kkonċernati min-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali ma tidhirx, fiha nnifisha, li hija sproporzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, hija għalhekk il-qorti nazzjonali adita b’rikors kontra sanzjoni adottata abbażi tas-sistema nazzjonali applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet<?PAGE NO="9"?> nazzjonali adottati skont din id-direttiva, li għandha twarrab il-parti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li minnha tirriżulta n-natura sproporzjonata tas-sanzjonijiet, b’mod li dan iwassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati, li jibqgħu fl-istess ħin effettivi u dissważivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, u kif tfakkar fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ċerti modalitajiet ta’ ffissar tal-ammont tal-multi tal-LSD-BG ma kinux kompatibbli mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67, hija madankollu ma qegħditx f’dubju l-prinċipju, previst minn din l-istess dispożizzjoni, li l-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta’ din id-direttiva kellu jiġi ssanzjonat, filwaqt li enfasizzat, fil-punt 32 tad-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑645/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1108">EU:C:2019:1108</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni kienet xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, f’tali konfigurazzjoni, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tal-istess direttiva, huwa biżżejjed li d-dispożizzjonijiet nazzjonali jiġu mwarrba biss sa fejn dawn jostakolaw l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati, sabiex jiġi ggarantit li s-sanzjonijiet imposti fuq il-persuna kkonċernata jkunu konformi ma’ dan ir-rekwiżit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li, fid-dawl tat-tħassib espress mill-Gvern Ċek u mill-Gvern Pollakk, tali interpretazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT> kif ukoll ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għal dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ ċertezza legali, dan jeħtieġ, b’mod partikolari, li leġiżlazzjoni tkun ċara u preċiża, sabiex il-partijiet fil-kawża jkunu jistgħu jkunu jafu mingħajr ambigwità d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u jiddeċiedu konsegwentement (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0161">161</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>, stabbilit fl-Artikolu 49(1) tal-Karta u li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jikkostitwixxi espressjoni partikolari tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, jimplika, b’mod partikolari, li l-liġi għandha tiddefinixxi b’mod ċar ir-reati u l-pieni li jissanzjonawhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0162">162</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-liġi kriminali, li huwa inerenti għall-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>, jipprekludi b’mod partikolari li qorti tkun tista’, matul proċeduri kriminali, taggrava r-regoli dwar ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni li jkunu s-suġġett ta’ tali proċeduri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>M.A.S. u M.B</NAME.CASE>., <NO.CASE>C‑42/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:936">EU:C:2017:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), huwa ma jipprekludix, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni għal dawn tal-aħħar ta’ pieni iktar ħfief.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-sistema nazzjonali ta’ sanzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiddefinixxi, fil-qasam tad-dritt industrijali, reati dwar in-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligi marbuta mad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u maż-żamma ta’ dokumenti dwar is-salarji u tipprevedi sanzjonijiet għal dawn ir-reati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’tali kuntest, l-osservanza tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 għandha biss l-effett li twassal lil din il-qorti sabiex tnaqqas is-severità tas-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, il-fatt li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-sanzjoni imposta tkun inqas qawwija mis-sanzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, minħabba nuqqas parzjali ta’ applikazzjoni tagħha abbażi ta’ dan ir-rekwiżit, ma jistax jitqies li jikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT> kif ukoll ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-liġi kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għalkemm, sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2014/67, awtorità nazzjonali tista’ titwassal, meta timponi tali sanzjoni, sabiex twarrab ċerti elementi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar dawn is-sanzjonijiet, xorta jibqa’ l-fatt li s-sanzjoni hekk adottata tibqa’ fis-seħħ skont l-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk jitqies li l-fatt li awtorità nazzjonali għandha twarrab parti mill-istess leġiżlazzjoni nazzjonali huwa ta’ natura li joħloq ċerta ambigwità fir-rigward tar-regoli tad-dritt applikabbli għal dan il-ksur, dan il-fatt ma jippreġudikax il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi, stabbilita fl-Artikolu 20 tal-Karta, hija prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali, sakemm differenza fit-trattament ma tkunx oġġettivament iġġustifikata (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>État belge (Dritt ta’ residenza f’każ ta’ vjolenza domestika)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑930/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:657">EU:C:2021:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit relatat man-natura paragunabbli tas-sitwazzjonijiet, sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzawhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>État belge (Dritt ta’ residenza f’każ ta’ vjolenza domestika)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑930/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:657">EU:C:2021:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, peress li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 jimplika limitazzjoni tas-sanzjonijiet li għandha tiġi osservata mill-awtoritajiet nazzjonali kollha inkarigati li japplikaw dan ir-rekwiżit fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, filwaqt li jippermetti lil dawn l-awtoritajiet jimponu sanzjonijiet differenti skont il-gravità tal-ksur abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, ma jistax jitqies li tali rekwiżit jippreġudika l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali l-obbligu li ma japplikawx leġiżlazzjoni nazzjonali li parti minnha tmur kontra r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 biss sa fejn dan ikun neċessarju sabiex jippermetti l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ir-Regolament tal-IMI<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), sa fejn jeżiġi li s-sanzjonijiet li huwa jipprevedi jkunu proporzjonati, għandu jkollu effett dirett u jista’ għalhekk jiġi invokat mill-individwi quddiem il-qrati nazzjonali kontra Stat Membru li jkun għamel traspożizzjoni inkorretta tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali l-obbligu li ma japplikawx leġiżlazzjoni nazzjonali li parti minnha tmur kontra r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 biss sa fejn dan ikun neċessarju sabiex jippermetti l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>