|
22.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 339/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1267/2009
tat-18 ta’ Diċembru 2009
dwar l-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Myanmar u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 817/2006 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) (b) tiegħu
Billi:
|
(1) |
Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti bl-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/981/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2009 (2) atemenda l-Anness II tal-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK tas-27 ta’ April 2006. L-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-puibblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni Għall-President
João Vale DE ALMEIDA
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
ANNESS
Fl-Anness VI għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, l-entrata li ġejja hija mħassra.
|
“E7c |
Aung Khaing Moe |
Iben Myo Myint, d.t.t. 25.6.1967 (maħsub li bħalissa qiegħed fir-Renju Unit; mar qabel iddaħħal fil-lista) |
M” |