Official Journal L 074 , 20/03/1990 P. 0007 - 0007
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0211
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0211
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 643/90 tal-5 ta' Marzu 1990 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2841/72 dwar il-miżuri salvagwardji previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi Protokoll Supplementarju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera kien iffirmat fil-31ta' Ottubru 1989 bil-ħsieb li jelimina u ma jħallix restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti [1]; Billi l-Protokoll jipprovdi għall-inserzjoni fil-Ftehim ta' klawsula salvagwardja speċifika bil-ħsieb li ttaffi l-problemi li x'aktarx jinqalgħu minħabba t-tneħħija għal kollox tar-restrizzjonijiet ta' l-esportazzjoni; billi l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet għandha tkun mfassla billi jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 [2]; Billi l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi jipprovdi li, sabiex jiġi evitat kompromess fl-unità tas-suq komuni, il-Kummissjoni tista' tipproponi lill-Kunsill li r-Regolament, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 (3)tiegħu, jiġi emendat fid-dawl ta' l-esperjenza; Billi, fil-kuntest tat-tkomplija tas-suq intern fl-1992, il-miżuri salvagwardji nazzjonali għandhom jiġu mħassra għal kollox u flokhom tidħol proċedura tal-Komunità bi qbil mar-regoli dettaljati stabbiliti mill-Kunsill fid-Deċiżjoni Nru 87/373/KEE [3]. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu Waħdieni Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(1), "għall-iskop biex jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24 u 26 tal-Ftehim" hi mibdula b' "għall-iskop biex jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim"; 2. L-Artikolu 4 hu mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 4 1. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet msejħa fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura mfassla hawnhekk iżjed 'il quddiem. 2. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita bil-kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppreseduti mir-rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-kumitat għandu jiltaqa' meta jkun imsejjaħ mill-president tiegħu. Dan ta' l-aħħar għandu jikkomunika kull informazzjoni xierqa lill-Istati Membri mingħajr dewmien. 3. Wara li tikkonsulta l-kumitat il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi fuq miżuri xierqa jew fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru. L-Istati Membri kollha għandhom jiġu notifikati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li għandha tiġi applikata mill-ewwel. 4. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba biex tieħu azzjoni minn xi Stat Membru, hi għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħames ġranet ta' xogħol wara l-irċevuta ta' din it-talba. 5. Kull Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien massimu ta' ħames ġranet ta' xogħol ta' notifikazzjoni tad-deċiżjoni. Il-Kunsill, li qed jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien massimu ta' 10 ġranet ta' xogħol ta' riferenza bħal din."; 3. L-Artikolu 7 hu hawnhekk mħassar. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Marzu 1990. F'isem il-Kunsill Il-President G. Collins [1] ĠU L 295, tat-13.10.1989, pġ. 29. [2] ĠU L 300, tad-19.12.1972, pġ. 284. [3] ĠU L 197, tat-18.7.1987, pġ. 33 --------------------------------------------------