European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5887

4.11.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12149 - HARTREE / ED&F MAN CHILE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5887)

1.   

Fl-24 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Hartree Partners, LP (“Hartree”, l-Istati Uniti), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Brookfield Corporation (il-Kanada)

—

ED&F Man Chile Holdings SpA (“ED&F Man Chile”, iċ-Ċilì), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Agman Group Limited (ir-Renju Unit)

Hartree se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ ED&F Man Chile.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Hartree hija ditta kummerċjali globali tal-komoditajiet li tispeċjalizza fl-enerġija, il-metalli, komoditajiet oħra u s-swieq finanzjarji,

—

ED&F Man Chile hija attiva fis-settur agrikolu u tal-ikel, prinċipalment fiċ-Ċilì u fil-Perù, b’enfasi fuq il-produzzjoni u l-bejgħ taz-zokkor, il-melassa, il-polpa tal-frott u l-ħxejjex, il-purè, il-konċentrat tal-meraq, il-prodotti tal-ikel bl-imnut, in-nutrizzjoni tal-annimali u l-provvisti agrikoli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12149 — HARTREE / ED&F MAN CHILE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5887/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)