<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-627/19 PPU</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0627</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1014">EU:C:2019:1014</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet ta’ Campos Sánchez-Bordona – Kawża C‑627/19 PPU</HT></P><P><HT TYPE="SC">Openbaar Ministerie</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑627/19 PPU</HT></P><P>Openbaar Ministerie</P><P>vs</P><P>ZB</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Awtorità ġudizzjarja emittenti</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn prosekutur Belġjan</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni tal-eżistenza ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv kontra d-deċiżjoni ta’ ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tiġi kkonfrontata mill-ġdid b’rinviji għal deċiżjoni preliminari li fihom hija tkun meħtieġa li tiddeċiedi jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur (f’dan il-każ, tal-Belġju) jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>MAE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Deċiżjoni Qafas<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dubji tal-qorti tar-rinviju f’din il-kawża kif ukoll fil-Kawżi C‑625/19 PPU u C‑626/19 PPU jingħaqdu ma’ dawk imressqa minn qorti tal-Lussemburgu (Kawża C‑566/19 PPU) u jirreferu, b’mod partikolari, għall-interpretazzjoni li għandha tingħata lis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dawn l-istess dubji tqajmu fir-rigward tal-Uffiċċji tal-Prosekutur tal-Isvezja (Kawża C‑625/19 PPU) u ta’ Franza (Kawżi C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU), li fuqhom ser nippreżenta l-konklużjonijiet tiegħi f’din l-istess data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Filwaqt li, fil-Kawża C‑626/19 PPU, il-kwistjoni hija dwar il-MAE maħruġ għall-proċedimenti kriminali, f’din il-kawża l-qorti tar-rinviju hija interessata fl-MAE maħruġa għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija, imposta b’sentenza definittiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Minkejja li l-pożizzjoni tiegħi bħala prinċipju tibqa’ dik difiża fil-kawżi OG (Prosekutur ta’ Lübeck) u PI (Prosekutur ta’ Zwickau)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Kawżi <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:337">EU:C:2019:337</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>konklużjonijiet OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u Zwickau)<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</P></NOTE>, u fil-kawża PF (Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑509/18</NO.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:338">EU:C:2019:338</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>konklużjonijiet PF (Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja)<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</P></NOTE>, fil-bqija tal-konklużjonijiet tiegħi ta’ dan il-jum, għandi nindirizza l-eżeġesi tas-sentenza OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau) kif ukoll dik mogħtija fid‑<DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Kawża C‑489/19 PPU, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>NJ (Prosekutur ta’ Vjenna)</NAME.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:849">EU:C:2019:849</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>sentenza NJ (Prosekutur ta’ Vjenna)<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</P></NOTE> f’kawża oħra simili.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Nirreferi għat-traskrizzjoni tal-ħames, is-sitt, it-tmien, l-għaxar u t-tnax-il premessa, kif ukoll għall-Artikoli 1 u 9 tad-Deċiżjoni Qafas, li jinsabu fil-konklużjonijiet OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u Zwickau).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Gvern Belġjan, il-wet van <DATE ISO="20031219">19 december 2003</DATE> betreffende het Europees aanhoudingsbevel (il-Liġi tad‑<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE> dwar il-MAE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat‑<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE>, p. 60075.</P></NOTE> tipprovdi, fl-Artikolu 32<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Fil-verżjoni tiegħu emendata bl-Artikolu 13 tal-wet van 11 juli 2018 houdende diverse bepalingen in strafzaken (il-Liġi tal‑<DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE> dwar diversi dispożizzjonijiet f’materji kriminali) (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat‑<DATE ISO="20180718">18 ta’ Lulju 2018</DATE>, p. 57582, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Liġi tal‑2018<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</P></NOTE> tagħha:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1. Meta wieħed jista’ jissuponi li persuna rikjesta għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-maġistrat inkwirenti jew il-prosekutur tar-Re joħroġ [MAE], fl-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest maħruġ mill-imħallef jew mill-qorti, fil-forma u fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3. Il-[MAE] maħruġ għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali jista’ jinħareġ biss fil-kundizzjonijiet imposti mil-liġi tal‑<DATE ISO="19900720">20 ta’ Lulju 1990</DATE> dwar il-kustodja preventiva.</P><P>[…]</P><P>2. Meta persuna rikjesta għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena jew ta’ ordni ta’ detenzjoni hija meqjusa li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-prosekutur tar-Re joħroġ (MAE) fil-forma u taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3.</P><P>Jekk, f’dan il-każ, il-piena jew l-ordni ta’ detenzjoni tkun ingħatat permezz ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja u jekk il-persuna rikjesta ma tkunx ġiet iċċitata personalment jew informata b’xi mod ieħor mid-data u l-post tas-seduta li tkun ippreċediet is-sentenza mogħtija fil-kontumaċja, il-[MAE] jindika li l-persuna rikjesta ser ikollha l-possibbiltà li tikkontestaha fil-Belġju u din tiġi deċiża fil-preżenza tagħha.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 28/1 tal-wet van <DATE ISO="19900720">20 juli 1990</DATE> betreffende de voorlopige hechtenis (il-Liġi tal‑<DATE ISO="19900720">20 ta’ Lulju 1990</DATE> dwar il-Kustodja Preventiva)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Regola stabbilita bl-Artikolu 12 tal-Liġi tal‑2018.</P></NOTE> tindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-imħallef jew il-qorti tista’, skont il-każ, toħroġ mandat ta’ arrest jekk il-persuna ssusspettata ma tkunx tista’ tippreżenta ruħha personalment minħabba f’detenzjoni barra mill-pajjiż u tkun talbet li tkun preżenti personalment.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tilwima u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Brussell (il-Belġju) ħareġ MAE għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fis‑<DATE ISO="20190207">7 ta’ Frar 2019</DATE> kontra ZB mit-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża, il-Belġju)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, ZB kien ġie kkundannat għal pieni ta’ priġunerija ta’ tletin xahar u ta’ sena.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Wara l-arrest ta’ ZB fil-Pajjiżi l-Baxxi, fit‑<DATE ISO="20190503">3 ta’ Mejju 2019</DATE>, ir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) ġiet adita b’dan il-MAE, u ddeċidiet li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Meta [MAE] ikun intiż għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ priġunerija imposta permezz ta’ deċiżjoni eżekuttiva ta’ mħallef jew ta’ qorti u jkun inħareġ minn prosekutur pubbliku li jipparteċipa fl-amminstrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru emittenti, u li l-indipendenza tiegħu hija ggarantita fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu inerenti fil-ħruġ ta’ [MAE], huwa wkoll meħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja diretta kontra d-deċiżjoni li jinħareġ il-[MAE] – u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonali ta’ tali deċiżjoni – li jissodisfa b’mod sħiħ ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-kawża ġiet irreġistrata fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190822">22 ta’ Awwissu 2019</DATE>. Fid-dawl taċ-ċaħda tal-libertà ta’ ZB, il-qorti tar-rinviju talbet l-applikazzjoni tal-proċedura b’urġenza, u l-Qorti tal-Ġustizzja laqgħet din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>ZB, il-Gvern tal-Belġju u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Is-seduta pubblika saret fl‑<DATE ISO="20191024">24 ta’ Ottubru 2019</DATE> u ġiet konkluża flimkien ma’ dawk tal-Kawżi C‑566/19 PPU, C‑626/19 PPU u C‑625/19 PPU. F’din dehru JR, YC, XD, ZB, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Lussemburgu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż, il-Gvern Olandiż, Franċiż, Svediż, Belġjan, Irlandiż, Spanjol, Taljan u Finlandiż, kif ukoll il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjoni preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Id-domanda magħmula f’din il-kawża għandha punti komuni ma’ dik tal-Kawża C‑626/19 PPU, li dwarha jiena nesprimi l-opinjoni tiegħi fil-konklużjonijiet ta’ din l-istess data.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, ma neżaminax biss il-kwistjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-MAE maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur (f’dak li jirrigwarda dan ir-rinviju), iżda wkoll il-kapaċità tal-membri ta’ din l-istituzzjoni li jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, ir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam) tassumi li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Belġjan jista’ joħroġ MAE għaliex jissodisfa l-karatteristiċi ta’ indipendenza li jiddefinixxu l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Peress li l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Belġjan ma kinitx is-suġġett ta’ diskussjoni f’dan il-każ, l-informazzjoni indispensabbli sabiex jiġi evalwat jekk, skont l-istatus kostituzzjonali u l-istruttura organika u funzjonali tagħha, il-membri ta’ din l-istituzzjoni joffru l-profil meħtieġ mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas‑<DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, PF (Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja), ma ġietx ipprovduta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑509/18</NO.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:457">EU:C:2019:457</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>is-sentenza PF (Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja)<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</P></NOTE>. Għalhekk ma nistax niddeċiedi f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-istħarriġ ġudizzjarju tal-MAE maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi magħquda C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU jirrigwardaw l-istħarriġ ġudizzjarju tal-MAE maħruġ għal proċedimenti kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, insostni li l-istħarriġ ġudizzjarju mwettaq fil-mument tal-adozzjoni tal-mandat ta’ arrest nazzjonali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>MAN<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) ma jistax jissodisfa, min-natura tiegħu stess, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ir-rekwiżiti inerenti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li għalihom jirreferi l-punt 75 tas-sentenza OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u Zwickau), li hija dejjem protezzjoni mitluba mill-persuna kkonċernata u mogħtija permezz ta’ proċedura li fiha hija setgħet tintervjeni u tipparteċipa fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Konklużjonijiet C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU, punt 84.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżami tal-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ MAE meħuda minn prosekutur li jistħoqqlu jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas, jista’ jseħħ qabel il-ħruġ tal-MAE, iżda t-twettiq tagħhom ma jeskludix id-dritt tal-persuna rikjesta milli tippreżenta rikors ġudizzjarju kontra l-MAE, ladarba jinħareġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Dak li ntqal qabel, japplika wkoll għall-MAE maħruġ bil-għan li jittieħdu proċeduri kriminali, anki għall-MAE dirett waqt l-eżekuzzjoni ta’ sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-ħruġ ta’ MAE għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ma huwiex suġġett, b’mod ordinarju, għall-prinċipju ta’ opportunità, iżda għall-applikazzjoni stretta tal-liġi (jiġifieri l-eżekuzzjoni tas-sentenza li tapplika l-liġi għas-sitwazzjoni konkreta).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għalhekk wieħed jista’ jaħseb li ladarba tingħata sentenza, l-eżekuzzjoni tagħha ma hijiex negozjabbli u għalhekk hemm lok li jseħħ il-ħruġ awtomatiku ta’ MAE, jekk il-persuna kkundannata tkun tinsab fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżistenza ta’ MAN jew, bħal f’dan il-każ, ta’ sentenza definittiva li timponi piena ta’ priġunerija ma hijiex l-uniku prerekwiżit għall-eżekuzzjoni ta’ MAE. F’dan ir-rigward jingħad ukoll li l-ħruġ tal-MAE ma huwiex sproporzjonat. L-eżami tal-proporzjonalità tiegħu jikkorrispondi, jew <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jew permezz tal-approvazzjoni tad-deċiżjoni preċedenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Dan kien il-każ fil-kawża deċiża fis-sentenza NJ (Prosekutur ta’ Vjenna).</P></NOTE>, jew fil-kuntest ta’ rikors tal-persuna kkonċernata, għall-imħallfin u l-qrati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Ċertament, hemm evalwazzjoni ta’ proporzjonalità minn qabel li diġà għamel, fil-parti l-kbira tiegħu, il-leġiżlatur. Għalhekk, id-Deċiżjoni Qafas teskludi l-MAE għall-eżekuzzjoni ta’ pieni ta’ priġunerija ta’ inqas minn erba’ xhur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Issa, il-proporzjonalità tal-ħruġ ta’ MAE ma hijiex iddeterminata biss mit-tul ta’ żmien taċ-ċaħda tal-libertà stabbilita b’sentenza. Ma’ dan il-fattur għandu jiżdied ukoll ieħor li ma huwiex inqas rilevanti, li huwa t-tul ta’ żmien taċ-ċaħda li huwa prevedibbli li t-trattament tal-MAE ser jirrikjedi fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni. Skont il-każ, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>l-effetti tal-proċedura ta’ konsenja u tat-trasferiment tal-persuna kkonċernata li tibqa’ fi Stat Membru […] fuq ir-relazzjonijiet soċjali u tal-familja ta’ din il-persuna<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza NJ (Prosekutur ta’ Vjenna), punt 44.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huwa minnu li ċ-ċaħda tal-libertà subita fl-Istat Membru li jeżegwixxi għandha tiġi dedotta mill-piena imposta fl-Istat Membru emittenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Qafas.</P></NOTE>. Madankollu, skont iċ-ċirkustanzi, dan iż-żmien seta’ jkun subit anki jekk, min-naħa tal-entità tagħha stess, il-piena li għaliha tirrigwarda l-eżekuzzjoni tagħha, ma tistax inevitabbilment twassal għaċ-ċaħda tal-libertà fl-Istat Membru emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imħallef jew il-qorti li tiddeċiedi l-kundanna ma għandhiex neċessarjament, f’dan l-istadju, tibbilanċja l-eventwalità ta’ MAE għall-eżekuzzjoni tagħha. Jista’ jkun, u ma huwiex mhux rari, li jinħareġ MAN sabiex jiġi żgurat li l-ikkundannat jidher u, sussegwentement, jew inkella permezz tat-talba bbażata fuq dan tal-aħħar jew għal raġunijiet oħra ta’ dritt nazzjonali, il-piena ta’ priġunerija prevista mis-sentenza hija rrelativizzata jew sospiża, bil-kundizzjoni, skont il-każ, li jiġu pprovduti ċerti garanziji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-MAE ma għandux, għalhekk, inevitabbilment isegwi sentenza ta’ kundanna: il-qorti (jew kwalunkwe awtorità ġudizzjarja oħra kompetenti fil-qasam), bħala ġurisdizzjoni li għandha tagħti protezzjoni ġudizzjarja effettiva, għandha tiddeċiedi jekk tindirizzax lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni sabiex tinkiseb il-konsenja tal-persuna kkundannata, abbażi tal-kriterju ta’ proporzjonalità, jew tirrinunzja li tagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jista’ jkun rilevanti ż-żmien li għadda mis-sentenza sal-ħruġ tal-MAE. Xi kultant ikun hemm riskju ta’ tardività, anki jekk is-sentenza dwar il-proporzjonalità tal-MAE twettqet fis-sentenza ta’ kundanna stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Dan huwa wkoll il-każ jekk il-ħruġ tal-MAE jkun pospost għal wara l-adozzjoni ta’ MAN fejn l-awtorità ġudizzjarja evalwat il-proporzjonalità. Nirreferi għal din l-ipoteżi fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tal-Kawżi C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’każ ta’ dewmien fil-ħruġ tal-MAE, is-sentenza ta’ proporzjonalità impliċita jew espliċita fis-sentenza tista’ tiġi rrevokata. Fost il-fatturi determinanti sabiex tiġi evalwata n-natura proporzjonata ta’ MAE, hemm it-tul eventwali ta’ ċaħda tal-libertà fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, perijodu li ma jistax jitwarrab meta hija tevalwa jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-persuna rikjesta, il-ħruġ ta’ MAE huwiex proporzjonat jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’din l-istess ordni ta’ affarijiet, ma hijiex eskluża l-possibbiltà li, l-persuna rikjesta, fil-mument tal-ħruġ tal-MAE, stabbilixxiet rabta suffiċjenti mal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni sabiex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas‑<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 327, p. 27</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fl-affermattiv, għandu jiġi evalwat jekk il-piena li għall-eżekuzzjoni tagħha jinħareġ il-MAE tistax tiġi eżegwita f’dak l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-MAE mogħtija għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kundanna jistgħu jippreżentaw problemi addizzjonali, mhux limitati għas-sempliċi konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ din is-sentenza u taċ-ċaħda tal-libertà li huwa jimponi. Jekk dawn il-MAE jinħarġu minn membru tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, il-persuna kkonċernata għandu jkollha l-possibbiltà li tissuġġetta d-deċiżjoni tagħha għall-iskrutinju ta’ qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Inqis għalhekk li d-dritt għal rimedju ġudizzjarju, irregolat mill-MAE maħruġ bil-għan li jiġu eżerċitati proċeduri kriminali, huwa applikabbli wkoll fil-każ ta’ MAE maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi lir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Il-mandati ta’ arrest Ewropew maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija mogħtija minn sentenza definittiva għandhom ikunu jistgħu jkunu suġġetti għal rimedju ġudizzjarju simili għal dak li huwa previst għall-mandati ta’ arrest maħruġa għal proċeduri kriminali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>