|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3867 |
18.6.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11598 – MARUBENI / ĊERTI PARTIJIET TA’ TRUSTENERGY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3867)
1.
Fl-10 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Marubeni Corporation (“Marubeni”, il-Ġappun), |
|
— |
Ċerti partijiet ta’ TrustEnergy BV (“TrustEnergy”, in-Netherlands; il-partijiet rilevanti ta’ TrustEnergy minn hawn ’il quddiem imsejħa “TrustEnergy Subsidiaries”, il-Portugall), li bħalissa huma kkontrollati b’mod konġunt minn Marubeni u Engie SA (Franza). |
Marubeni se takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ TrustEnergy Subsidiaries.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Marubeni hija kumpanija kummerċjali u ta’ investiment Ġappuniża attiva madwar id-dinja b’attivitajiet kummerċjali diversi f’varjetà wiesgħa ta’ setturi tal-industrija, inklużi, fost l-oħrajn, proġetti tal-enerġija u tal-infrastruttura, |
|
— |
TrustEnergy hija impriża konġunta bejn Marubeni u Engie li topera fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-Portugall. TrustEnergy Subsidiaries jinkludu impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jużaw ir-riħ jew il-gass naturali, u proġetti ta’ żvilupp għall-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-użu tal-enerġija solari u l-produzzjoni tal-idroġenu. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibgħatulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11598 – MARUBENI / ĊERTI PARTIJIET TA’ TRUSTENERGY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“ ‘Regolament dwar l-Għaqdiet’ ”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3867/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)