|
17.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/37 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/974
tad-9 ta’ Ġunju 2021
li tapprova l-programmi nazzjonali emendati għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura ppreżentati mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2021) 4021)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57, l-ewwel paragrafu, il-punt (c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 (2), l-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-emendi għall-programmi nazzjonali tagħhom għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2021 u 2022. |
|
(2) |
Is-27 programmi nazzjonali emendati mfassla għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2019 sal-31 ta’ Lulju 2022 ġew estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mal-Artikolu 55(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull programm nazzjonali għandha tiġi deċiża f’konformità mal-Artikolu 4, it-tieni paragrafu tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 (3). |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-programmi nazzjonali emendati għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2021 u 2022 ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi limitata għall-ammonti massimi kif stabbiliti fl-Anness tas-snin tal-apikultura 2021 u 2022.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 tas-6 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 tal-11 ta’ Mejju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 3).
ANNESS
Ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2021 u 2022
|
(f’EUR) |
||
|
|
Is-sena tal-apikultura 2021 |
Is-sena tal-apikultura 2022 |
|
Il-Belġju |
422 967 |
422 967 |
|
Il-Bulgarija |
2 063 885 |
2 063 885 |
|
Iċ-Ċekja |
2 121 528 |
2 121 528 |
|
Id-Danimarka |
295 539 |
295 539 |
|
Il-Ġermanja |
2 790 875 |
2 790 875 |
|
L-Estonja |
140 473 |
140 473 |
|
L-Irlanda |
61 640 |
61 640 |
|
Il-Greċja |
6 162 645 |
6 162 645 |
|
Spanja |
9 559 944 |
9 559 944 |
|
Franza |
6 419 062 |
6 419 062 |
|
Il-Kroazja |
1 913 290 |
1 913 290 |
|
L-Italja |
5 166 537 |
5 166 537 |
|
Ċipru |
169 653 |
169 653 |
|
Il-Latvja |
328 804 |
328 804 |
|
Il-Litwanja |
549 828 |
549 828 |
|
Il-Lussemburgu |
30 621 |
30 621 |
|
L-Ungerija |
4 271 227 |
4 271 227 |
|
Malta |
14 137 |
14 137 |
|
In-Netherlands |
295 172 |
295 172 |
|
L-Awstrija |
1 477 188 |
1 477 188 |
|
Il-Polonja |
5 024 968 |
5 024 968 |
|
Il-Portugall |
2 204 232 |
2 204 232 |
|
Ir-Rumanija |
6 081 630 |
6 081 630 |
|
Is-Slovenja |
649 455 |
649 455 |
|
Is-Slovakkja |
999 973 |
999 973 |
|
Il-Finlandja |
196 182 |
196 182 |
|
L-Iżvezja |
588 545 |
588 545 |