<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0600551701.case.xml"><NO.CASE>C-363/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0363</NO.CELEX><NO.SEQ>0018.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>5536</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5556</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20070628">28.6.2007</DATE> — KAWŻA C-363/05</LEFT><RIGHT>JP MORGAN FLEMING CLAVERHOUSE INVESTMENT TRUST U THE ASSOCIATION OF INVESTMENT TRUST COMPANIES</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20070628">28 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-363/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-VAT and Duties Tribunal, London (ir-Renju Unit), permezz ta deċiżjoni tat-<DATE ISO="20050919">19 ta' Settembru 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20050926">26 ta' Settembru 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>JP Morgan Fleming Claverhouse Investment Trust plc,</P><P>The Association of Investment Trust Companies,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>The Commisioners of HM Revenue and Customs,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas (Relatur), President ta' l-Awla, J. Klučka, U. Lõhmus, A. Ó Caoimh u P. Lindh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-5537"?><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: Lynn Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20061213">13 ta' Diċembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal JP Morgan Fleming Claverhouse Investment Trust plc, minn K. P. E. Lasok, QC u M. Angiolini, barrister, mandatarji ta' A. Khan, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. Gibbs u R. Hill, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn R. Lyal u M. Afonso, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta ta' l-<DATE ISO="20070301">1 ta' Marzu 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13B(d) (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju, 1977</DATE>, fuq l-<?PAGE NO="I-5538"?>armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest ta' kawża bejn JP Morgan Fleming Claverhouse Investment Trust plc (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Claverhouse<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u The Association of Investment Trust Companies, il-konvenuta fil-kawża prinċipali u l-Commissioners of HM Revenue and Customs (aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Commissioners<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>), dwar is-suġġett tar-rifjut ta' dawn ta' l-aħħar li jeżentaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>) is-servizzi ta' maniġġjar provduti lil kumpannija ta' Trust ta' l-Investiment (Investment Trust Company, aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>ITC<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 13B(d)(6), tas-Sitt Direttiva, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT, taħt il-kundizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu sabiex jassiguraw lapplikazzjoni korretta u ċara ta' l-eżenzjonijet previsti aktar 'il quddiem u lprevenzjoni ta' kwalunkwe eżenzjoni, evitar u abbuż possibbli:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>maniġġjar ta' fondi speċjali ta' investiment kif definiti mill-Istati Membri;<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5539"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-<DATE ISO="19851220">20 ta' Diċembru 1985</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="375" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="3">ĠU L 375, p. 3</REF.DOC.OJ>), kif emendata diversi drabi, b'mod partikolari mid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20020121">21 ta Jannar 2002</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="041" DATE.PUB="2002" PAGE.FIRST="35">ĠU L 41, p. 35</REF.DOC.OJ>), u l-aħħar darba mid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20050309">9 ta' Marzu 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="079" DATE.PUB="2005" PAGE.FIRST="9">ĠU L 79, p. 9</REF.DOC.OJ>, aktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Direttiva UCITS<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>), tipprevedi fl-Artikolu 1 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva għal impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala UCITS) li jinstabu fit-territorju tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, u soġġett għall-Artikolu 2, UCITS għandhom ikunu impriżi:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li l-unika mira hija l-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli u/jew f'assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 19(1) ta' kapital miġbur mill-pubbliku u li jopera fuq il-prinċipju ta' tixrid tar-riskju u</P></ITEM><ITEM><P>li l-unitajiet tagħhom huma, fuq it-talba tat-titolari, mixtrija mill-ġdid jew mogħtija lura, direttament jew indirettament, mill-assi ta' dawk l-impriżi. Azzjoni meħuda minn UCITS sabiex jiġi assigurat li l-valur tal-borża ta' l-unitajiet tagħha ma jvarjawx b'mod sinifikanti mill-valur nett tagħhom ta' l-assi għandha titqies bħala ekwivalenti għal dan ix-xiri mill-ġdid jew il-fidwa.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-5540"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dawn l-impriżi jistgħu jiġu kkostitwiti skond il-liġi, jew taħt it-liġi ta' kuntratt (bħala fondi komuni amministrati minn kumpanniji ta' amministrazzjoni) jew il-liġi dwar it-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>trusts<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>; (bħala unitajiet ta' trust) jew taħt statut (bħala kumpanniji ta investiment).<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva UCITS jiddisponi li l-impriżi ta' investiment kollettiv ftitoli trasferibbli (aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>impriżi ta' investiment kollettiv<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>) tat-tip <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>magħluqa<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>, m'għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Is-sitt premessa tad-Direttiva UCITS hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Billi l-koordinazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri għandha tkun limitata inizjalment għal impriżi ta' investiment kollettiv barra minn dawk tat-tip <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>magħluqa<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> li jippromwovu l-bejgħ ta' l-unitajiet tagħhom lill-pubbliku fil-Komunità u li l-uniku l-objettiv tagħhom hu l-investiment ftitoli trasferibbli (li huma essenzjalment titoli trasferibbli uffiċjalment elenkati fil-boroż jew swieq simili rregolati); billi r-regolament ta' l-impriżi ta' investiment kollettiv li mhumiex koperti b'din id-Direttiva joħloq varjetà ta' problemi li għandhom jiġu ttrattati permezz ta dispożizzjonijiet oħrajn, u dawn l-impriżi jkunu għalhekk is-suġġett ta' koordinazzjoni aktar tard; [...]<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva ġiet implementata mir-Renju Unit permezz tal-liġi ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Value Added Tax Act 1994, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>VATA 1994<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5541"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punti 9 u 10, tal-grupp 5, ta' l-Anness 9 tal-VATA 1994 jeżentaw, ripsettivament, l-immaniġġjar ta' fondi ta' investiment awtorizzati (<QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>authorised unit trust<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>, aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>AUT<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>) u l-immaniġġjar ta' ishma ta' kumpannija ta' investiment b'kapital varjabbli (<QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Open-ended investment company<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>, aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>OEIC<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-kunċetti ta' <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>AUT<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> u ta' <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>OEIC<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> imsemmija mill-VATA 1994 huma ddefiniti mil-liġi ta' l-2000 fuq is-Servizzi u Swieq Finanzjarji (Financial Services and Markets Act 2000), li tittrasponi parzjalment fir-Renju Unit id-Direttiva UCITS.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-inkartament li l-ITC huma, fil-prinċipju, iddefiniti skond il-kriterji li hemm fl-Artikolu 842 tal-liġi ta' l-1988 dwar it-taxxa fuq id-dħul u t-taxxa fuq ilkumpanniji (Income and Corporation Taxes Act 1988). Dan l-Artikolu jistabbilixxi lkundizzjonijiet li kumpannija għandha tissodisfa sabiex ikollha dritt, bħala ITC, għal eżenzjoni fuq it-taxxa fuq id-dħul kapitali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Claverhouse hija ITC li, sabiex tamministra l-portafolli tagħha, tinqeda bis-servizz ta maniġġjar ta' terz, jiġifieri JP Morgan Fleming Asset Management (UK) Limited.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Claverhouse hija suġġetta għall-VAT għas-servizzi ta' maniġġjar li minnhom hija tibbenefika, peress li l-Kummissarji jirrifjutaw li jittrattaw l-għoti ta' servizzi ta' maniġġjar lil ITC bħala prestazzjoni eżenti mill-VAT. Għalhekk, Claverhouse ħallset, waqt perijodu ta' għaxar snin li għalaq fil-<DATE ISO="20031231">31 ta' Diċembru 2003</DATE>, ammont ta' GBP 2,7 miljun ta' VAT li ma jistax jiġi rkuprat</TXT></NP><?PAGE NO="I-5542"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, Claverhouse u The Association of Investment Trust Companies, assoċjazzjoni li tirrappreżenta ċertu numru ta' ITC li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fis-suq tar-Renju Unit, kienu ressqu rikors kontra l-Kummissarji quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-AUT, ikkostitwiti taħt il-liġi tat-trust, u l-OEIC, ikkostitwiti taħt statut, huma fondi speċjali ta' investiment fejn in-numru rispettiv ta' l-unitajiet u tal-partijiet, miżmuma mill-investituri, jinbidel skond l-investimenti. Fil-fatt, l-AUT u l-OEIC huma fondi ta' kapital varjabbli (jew fondi tat-tip miftuħ) li huma obbligati jixtru l-unitajiet tagħhom jew il-partijiet tagħhom għal investituri li jixtiequ jbigħuhom. L-ITC, li għandhom il-forma statutorja, huma, min-naħa l-oħra, fondi ta' kapital fiss (jew fondi tat-tip magħluq). L-ITC huma skemi ta' investiment kollettiv, ikkostitwiti bħala kumpanniji b'responsabbiltà limitata kkwotati fil-borża. L-investitur li jixtieq itemm is-sehem tiegħu f'dan l-aħħar tip ta' fondi jbigħ il-partijiet tiegħu ġeneralment fis-suq sekondarju bħal borża fejn il-prezz jiġi nnegozjat skond l-offerta u d-domanda fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, għall-kuntrarju ta' l-AUT u l-OEIC, l-ITC mhumiex suġġetti għall-approvazzjoni mill-Financial Services Authority (l-Awtorità ta Kontroll tas-Servizzi Finanzjarji) skond il-liġi ta' l-2000 fuq is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji. Madankollu, bħall-kumpanniji kollha kkwotati fil-borża, dawn huma rregolati mill-Financial Services Authority fil-kapaċità tagħha ta' Listing Authority (Awtorità ta' Swieq tal-Borża).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti ta' rinviju tirrileva, barra minn dan, li l-immaniġġjar ta' l-AUT u l-OEIC għandu jiġi fdat lil amministratur estern, filwaqt l-ITC għandhom bord ta' diretturi li jista jmexxi l-investimenti. Mandakollu, 90 % ta' l-ITC jagħtu l-immaniġġjar ta' l-investimenti lil amministratur estern tal-fondi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5543"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li, fir-Renju Unit, l-OEIC, li l-kapital tagħhom huwa varjabbli, li jikkostitwixxu impriżi ta' investiment kollettiv fissens tad-Direttiva UCITS u li huma obbligati jirrikorru għal terz għall-immaniġġjar tal-fondi tagħha, jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-VAT għall-prestazzjonijiet li huma mogħtija lilhom mill-amministratur estern tagħhom, filwaqt li l-kumpanniji ta investiment ta' kapital fiss bħall-ITC ma jibbenefikawx minn tali eżenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-VAT and Duties Tribunal, London, iddeċieda li jissospendi l-proċedimenti u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="2018"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="2019"/> fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva huma ta' natura li jinkludu fondi ta' investiment ta' kapital fiss bħalma huma l-ITC?</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda, il-parti tas-sentenza <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="2018"/>kif defniti mill-Istati Membri<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="2019"/>, fl-Artikolu 13B(d)(6) [tas-Sitt Direttiva]:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tawtorizza lill-Istati Membri li jagħżlu ċerti <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="2018"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="2019"/> li qegħdin fit-territorju tagħhom sabiex jagħtuhom il-benefiċċju ta' eżenzjoni tal-prestazzjoni ta' servizzi ta' maniġġjar, u li jeskludu fondi oħrajn minn din l-eżenzjoni, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tobbliga lill-Istati Membri jidentifikaw, permezz tal-fondi li qegħdin fit-territorju tagħhom, dawk li jikkorrispondu għad-definizzjoni ta' <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="2018"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="2019"/>, u li jestendu d-definizzjoni ta' l-eżenzjoni għal dawn il-fondi kollha?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-5544"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħżlu <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="2018"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="2019"/> li jibbenfikaw mill-eżenzjoni, x'effett għandhom il-prinċipji ta' newtralità fiskali, ta' trattament ugwali, u ta prevenzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fuq l-eżerċizzju ta' din is-setgħa diskrezzjonali?</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(d)(6) [tas-Sitt Direttiva] għandu effett dirett?<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skond ġurisprudenza stabbilita, l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt Komunitarju li għandhom jingħataw definizzjoni Komunitarja li jkollha bħala għan li jiġu evitati diverġenzi flapplikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għall-ieħor (ara f'dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20050303">3 ta' Marzu 2005</DATE>, Fonden Marselisborg Lystbàdehavn, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-428/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-1527">C-428/02, Ġabra p. I-1527, punt 27</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="20050526">26 ta' Mejju 2005</DATE>, Kingscrest Associates u Montecello, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-498/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-4427">C-498/03, Ġabra p. I-4427, punt 22</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20051201">1 ta' Diċembru 2005</DATE>, Ygeia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-394/04+C-395/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10373">C-394/04 u C-395/04, Ġabra p. I-10373, punt 15</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20060504">4 ta' Mejju 2006</DATE>, Abbey National, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-169/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-4027">C-169/04, Ġabra I-4027, punt 38</REF.DOC.ECR>, u ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta' Diċembru 2006</DATE>, VDP Dental Laboratory, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-401/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-12121">C-401/05, Ġabra p. I-12121, punt 26</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, il-leġiżlatur Komunitarju jista' jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jiddefinixxu ċerti termini ta' eżenzjoni (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19960328">28 ta' Marzu 1996</DATE>, Gemeente Emmen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-468/93" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-1721">C-468/93, Ġabra p. I-1721, punt 25</REF.DOC.ECR>, u Abbey National, iċċitata aktar 'il fuq, punt 39).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5545"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F'dan il-każ, hija kompetenza ta' l-Istati Membri li jiddefenixxu l-kunċetti in kwistjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20060427">27 ta' April 2006</DATE>, Solleveld u van den Hout-van Eijnsbergen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-443/04+C-444/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-3617">C-443/04 u C-444/04, Ġabra p. I-3617, punt 29</REF.DOC.ECR>), filwaqt li jiġu mħarsa t-termini ta' l-eżenzjoni użati mil-leġiżlatur Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra dan, jirriżulta mill-ġurisprudenza fil-qasam tal-VAT, li meta l-Istati Membri huma kompetenti li jiddefinixxu t-termini ta' eżenzjoni, huma ma jistgħux jiksru l-għanijiet imħaddna mis-Sitt Direttiva jew il-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata din id-Direttiva, b'mod partikolari l-prinċipju ta' newtralità fiskali (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi Gemeente Emmen, iċċitata aktar 'il fuq. punt 25, u tat-<DATE ISO="20060112">12 Jannar 2006</DATE>, Turn- und Sportunion Waldburg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-589">C-246/04, Ġabra p. I-589, punt 31</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> li hemm fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva jistax jinkludi l-fondi ta' investiment ta' kapital fiss bħalma huma l-ITC</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta' dak sostnut mill-gvern tar-Renju Unit, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iqisu li t-termini <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> jistgħu jinkludu fondi ta' investiment ta' kapital fiss bħalma huma l-ITC</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva ma fih l-ebda definizzjoni tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5546"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-punt 53 tas-sentenza Abbey National, iċċitata aktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva jirrigwarda l-fondi speċjali ta' investiment indipendentement mill-forma ġuridika tagħhom. Għaldaqstant, jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni kemm l-impriżi ta' investiment kollettiv ikkostitwiti taħt il-liġi tal-kuntratti jew il-liġi dwar it-trusts, kif ukoll dawk ikkostitwiti taħt statut</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm il-forma ġuridika mhijiex determinanti għall-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/> li hemm fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva, xorta għandha tiġi eżaminata r-rilevanza tal-forma operattiva f'dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>La jirriżulta mill-formulazzjoni u lanqas mill-kuntest ta' l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva li l-intenzjoni tal-leġiżlatur Komunitarju kienet li jawtorizza lill-Istati Membri, meta huma jiddefinixxu t-termini ta' l-eżenzjoni, li jistabbilixxu differenzi skond il-forma operattiva adottatta mill-fondi speċjali ta' investiment</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva li l-immaniġġjar ta' fondi b'kapital varjabbli huwa eżenti mill-VAT, u mhux l-immaniġġjar ta' fondi b'kapital fiss, tmur kontra l-prinċipju ta' newtralità fiskali li fuqu, b'mod partikolari, hija bbażata s-sistema komuni tal-VAT stabbilita mis-Sitt Direttiva u li jipprekludi li operaturi ekonomiċi li jwettqu l-istess operazzjonijiet jiġu ttrattati b'mod differenti f'dak li jirrigwarda l-ġbir tal-VAT (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20040916">16 ta' Settembru 2004</DATE>, Cimber Air, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-382/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-8379">C-382/02, Ġabra p. I-8379, punti 23 u 24</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20051208">8 ta' Diċembru 2005</DATE>, Jyske Finans, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10683">C-280/04, Ġabra p. I-10683, punt 39</REF.DOC.ECR>, u Abbey National, iċċitata aktar 'il fuq, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali osservat fil-punt 21 tal-konklużjonijiet tagħha, il-fondi b'kapital fiss m'għandhom l-ebda differenza rilevanti li tipprekludi, <HT TYPE="ITALIC">a priori,</HT> ilklassifikazzjoni tagħhom bħala fondi speċjali ta' investiment fis-sens ta' l-Artikolu 13 B(d)(6) tas-Sitt Direttiva, bħalma huma l-fondi ta' kapital varjabbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5547"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta' dak sostnut mill-gvern tar-Renju Unit, ma jistax isir riferiment b'mod utli għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva UCITS sabiex tiġi dedotta minnha interpretazzjoni limitata tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/> imsemmi fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalkemm jirriżulta mill-premessi u t-termini tad-Direttiva UCITS li din għandha bħala għan il-koordinazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-impriżi ta' investiment kollettiv, jibqa l-fatt, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 22 tal-konklużjonijiet tagħha, li, fil-mument ta' l-adozzjoni tas-Sitt Direttiva, it-termino-loġija Komunitarja fil-qasam tal-fondi speċjali ta' investiment kienet għadha mhux armonizzata, peress li d-Direttiva UCITS, li l-Artikolu 1(3) tagħha jagħti definizzjoni Komunitarja ta' impriżi ta' investiment kollettiv, ġiet adottata biss fl-1985 (ara ssentenza Abbey National, iċċitata aktar 'il fuq, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk ċerti verżjonijiet lingwistiċi, bħal, b'mod partikolari, il-verżjonijiet Spanjoli, Franċiżi, Taljani u Portugiżi ta' l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva UCITS, meta jindikaw l-impriżi ta' investiment kollettiv li għandhom il-forma kuntrattwali, huma jużaw l-istess espressjoni kif tidher fl-Artikolu 13 B(d)(6) tas-Sitt Direttiva, sabiex jiddeskrivu l-fondi kuntrattwali b'kapital varjabbli u mhux il-fondi li għandhom il-forma ta' trust jew il-fondi satutorji, dan mhuwiex il-każ fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra ta' din id-dispożizzjoni, b'mod partikolari l-verżjonijiet Ingliżi, Daniżi u Ġermaniżi (ara, f'dan is-sens, issentenza Abbey National, iċċitata aktar 'il fuq, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi invokat li l-armonizzazzjoni stabbilita mid-Direttiva UCITS ma testendix għall-fondi ta' kapital fiss. F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, kif enfasizzat il-Kummissjoni, li l-fondi ta' kapital fiss m'humiex esklużi b'mod definittiv mill-miżuri ta' koordinazzjoni msemmija f'din id-Direttiva. Fil-fatt, jirriżulta mis-sitt premessa tagħha li dawn il-fondi huma sempliċement esklużi temporanjament mill-koordinazzjoni tad-Direttiva. Barra minn hekk, m'huwiex eskluż li l-fondi b'kapital fiss jiġu sussegwentement armonizzati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5548"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak kollu li ntqal qabel li kumpannija ta' investiment b'kapital fiss bħalma hija ITC, li tinqeda bservizzi ta' maniġġjar ta' terz, tista' taqa taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/> li hemm fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni m'hija bl-ebda mod imwaqqa mill-fatt li l-fondi ta' kapital fiss m'għandhomx l-obbligu li jirrikorru għal amministratur estern iżda jistgħu wkoll jagħżlu li jmexxuhom huma stess. Fil-fatt, il-fatt li l-fondi b'kapital fiss bħalma huma l-ITC għandhom, għall-kuntrarju ta' l-OEIC, il-possibbiltà li jmexxu lilhom infushom u mhux l-obbligu li jirrikorru għal maniġġjar estern m'għandu ebda effett fuq is-sitwazzjoni ta' ITC li tiddeċiedi li tqabbaq amministratur estern. Safejn tali fondi jagħżlu li jinqdew b'amministratur estern, huma jinsabu oġġettivament fl-istess sitwazzjoni bħal fondi ta' kapital varjabbli, bħalma OEIC li għandha bil-fors tinqeda b'amministratur estern.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>fondi speċjali ta investiment<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> f'din id-dispożizzjoni huwa ta' natura li jinkludi l-fondi b'kapital fiss bħalma huma l-ITC</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni u t-tielet domandi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Bit-tieni u t-tielet domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, x'inhi l-portata tat-termini <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>kif definiti mill-Istati Membri<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/> li jinsabu fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5549"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kif ukoll il-Kummissjoni jqisu li l-Istati Membri biss huma awtorizzati jidentifikaw, fost il-fondi li qegħdin fit-terrtiorju tagħhom, dawk li jikkorrispondu għad-definizzjoni ta' <QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/>. Skond il-Kummissjoni, ladarba fondi kienu ġew identifikati bħala fondi speċjali ta' investiment, dawn għandhom jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-VAT prevista mill-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva. Is-setgħa diskrezzjonali ta' l-Istati Membri ma testendix, għalhekk, għall-applikazzjoni effettiva jew le tas-sistema tal-VAT. Il-Kummissjoni żżid li l-identifikazzjoni ta' fondi għandha ssir fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva UCITS.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-gvern tar-Renju Unit, min-naħa tiegħu, isostni li interpetazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0036" REF.END="QE0036" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0036" REF.START="QS0036" CODE="201D"/> li jinsab fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva għandha neċessarjament issir flimkien ma interpretazzjoni tat-termini <QUOT.START ID="QS0037" REF.END="QE0037" CODE="201C"/>kif definiti mill-Istat Membru<QUOT.END ID="QE0037" REF.START="QS0037" CODE="201D"/> li skond din l-Istati Membri ngħataw setgħa diskrezzjonali kbira sabiex jagħżlu l-fondi li għandhom jibbenefikaw mill-eżenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li t-trattament li jiddefinixxi l-kontenut' ta' <QUOT.START ID="QS0038" REF.END="QE0038" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0038" REF.START="QS0038" CODE="201D"/> ma jawtorizzax l-Istati Membri jagħżlu ċerti fondi li qegħdin fit-territorju tagħhom sabiex jagħtuhom il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni u li jeskludu fondi oħrajn minn din l-eżenzjoni. Fil-fatt mill-punt 21 ta' din is-sentenza jirriżulta li t-termini <QUOT.START ID="QS0039" REF.END="QE0039" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0039" REF.START="QS0039" CODE="201D"/> għandhom ikunu l-punt ta' tluq tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, l-interpretazzjoni li huma l-Istati Membru li għandhom jagħżlu l-fondi ta' investiment li jibbenefikaw mill-eżenzjoni u li jeskludu oħrajn minnha timplika ċ-ċaħda stess tat-termini ta' <QUOT.START ID="QS0040" REF.END="QE0040" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0040" REF.START="QS0040" CODE="201D"/> fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva, li għandhom bħala għan li jevitaw diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT għal dawn il-fondi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5550"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva ma jagħtix għalhekk lill-Istati Membri s-setgħa li jiddefinixxu, fil-liġi tagħhom nazzjonali, il-fondi li jikkorrispondu għall-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0041" REF.END="QE0041" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0041" REF.START="QS0041" CODE="201D"/>. Din is-setgħa għandha, kif jirriżulta millpunt 22 ta' din is-sentenza, tiġi eżerċitata fil-ħarsien ta' l-għan imħadden mis-Sitt Direttiva u l-prinċipju ta' newtralità fiskali inerenti fis-sistema komuni tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu għalhekk, jiġi eżaminat jekk il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Istati Membri fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva humiex imħarsa meta persuna taxxabbli titlob li s-servizzi ta' maniġġjar mogħtija lilha jkunu rrikonoxxuti li jaqgħu taħt l-immaniġġjar ta' fondi speċjali ta' investiment sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-VAT prevista minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, minn naħa, li l-għan ta' l-eżenzjoni ta' l-operazzjonijiet konnessi mal-immaniġġjar ta' fondi speċjali ta' investiment prevista fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva huwa, b'mod partikolari, li jiffaċilita għall-investituri żgħar l-investiment f'titoli permezz ta' impriżi ta' investiment billi jiġu esklużi l-ispejjeż tal-VAT. Fil-fatt din id-dispożizzjoni hija intiża li tassigura li s-sistema komuni tal-VAT tkun fiskalment newtrali fir-rigward ta' l-għażla bejn l-investiment dirett f'titoli u dak li jseħħ permezz ta' l-intermedjarju ta' impriżi ta' investiment kollettiv (sentenza Abbey National, iċċitata aktar 'il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-prinċipju tan-newtralità fiskali, li huwa inerenti fis-sistema komuni tal-VAT, jiġi mfakkar li dan il-prinċipju jipprekludi li operaturi ekonomiċi li jwettqu l-istess operazzjonijiet jiġu ttrattati b'mod differenti għal dak li jirrigwarda l-ġbir tal-VAT. Issa, dan il-prinċipju ma jeżiġix li l-operazzjonijiet ikunu identiċi. Fil-fatt jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-imsemmi prinċipju jipprekludi li prestazzjonijiet ta' servizzi simili, li huma għalhekk f'kompetizzjoni ma' xulxin, jiġu ttrattati b'mod differenti mil-lat tal-VAT (ara b'mod partikolari ssentenzi tat-<DATE ISO="20031023">23 ta' Ottubru 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-109/02" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-12691">C-109/02, Ġabra p. I-12691, punt 20</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="20050217">17 ta' Frar 2005</DATE>, Linneweber u Akritidis, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/02+C-462/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-1131">C-453/02 u C-462/02, Ġabra p. I-1131, punt 24</REF.DOC.ECR>; Kingscrest, Associates u Montecello, iċċitata<?PAGE NO="I-5551"?> aktar 'il fuq, punt 54; tat-<DATE ISO="20060608">8 ta' Ġunju 2006</DATE>, L.u.P., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5123">C-106/05, Ġabra p. I-5123, punt 32</REF.DOC.ECR>; Turn- und Sportunion Waldburg, iċċitata aktar 'il fuq, punt 33, kif ukoll Solleveld u van den Hout-van Eijnsbergen, iċċitata aktar 'il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta' newtralità fiskali jinkludi l-prinċipju tat-tneħħija ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn trattament differenti mil-lat tal-VAT (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20010503">3 ta' Mejju 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-481/98" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-3369">C-481/98, Ġabra p. I-3369, punt 22</REF.DOC.ECR>). Għalhekk, id-distorsjoni hija stabbilita meta jiġi kkonstatat li prestazzjonijiet ta' servizzi huma fi stat ta' kompetizzjoni u huma ttrattati b'mod mhux ugwali mil-lat tal-VAT (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20010329">29 ta' Marzu 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-404/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-2667">C-404/99, Ġabra, p. I-2667, punti 45 sa 47</REF.DOC.ECR>). Huwa irrilevanti, f'dan ir-rigward, jekk id-distorsjoni stabbilita hijiex sinjifikattiva jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak li ntqal qabel li kull applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-immaniġġjar ta' fondi ta' investiment b'kapital fiss mill-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tmur kontra l-għan ta' din id-dispożizzjoni u l-prinċipju ta' newtralità fiskali safejn dawn il-fondi b'kapital fiss ikunu impriżi ta investiment kollettiv li jippermettu lill-investituri l-investiment f'dawn it-titoli, u fejn l-imsemmija fondi jkunu f'kompetizzjoni mal-fondi eżenti mill-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiwerfika jekk l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali in kwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex konformi ma l-għan ta' l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u mal-prinċipju ta' newtralità fiskali fid-dawl ta' l-indikazzjonijiet mogħtija f'din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, huwa possibbli li jingħataw lill-qorti tar-rinviju ċerti indikazzjonijiet addizzjonali fid-dawl ta' l-informazzjoni li hija kkomunikat lill-Qorti tal-Gustizzja. B'hekk, huwa kkonstatat li, f'kull każ, l-immaniġġjar ta' l-AUT u OEIC li jikkostitwixxu impriżi ta' investiment kollettiv kif iddefiniti fid-Direttiva UCITS,<?PAGE NO="I-5552"?> jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-VAT fir-Renju Unit Għalkemm, bħalissa, l-ITC ma jikkostitwixxux impriżi ta' investiment kollettiv fis-sens tad-Direttiva UCITS, jibqa' l-fatt li, hekk kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, l-AUT, OEIC u ITC huma t-tliet forom ta' investiment speċjali b'riskju maqsum. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li l-ITC, bħall-AUT ut OEIC, jinvolvu investiment ta' titoli permezz ta' impriża kollettiva li tippermetti lil investituri privati jinvestu fportafolli ta' investimenti differenti u jnaqqsu r-riskju tal-borża.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Jirriżulta għalhekk mill-konstatazzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-immaniġġjar ta' ITC jaqa fl-għan tas-Sitt Direttiva u li l-ITC jikkostitwixxu fondi ta investiment li jixbhu lill-AUT u lill-OEIC, li jaqgħu taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0042" REF.END="QE0042" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0042" REF.START="QS0042" CODE="201D"/>. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-esklużjoni ta' ITC mill-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva ma tidhirx ġustifikata fid-dawl ta l-għan ta' din id-dispożizzjoni u tal-prinċipju ta' newtralità fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Hekk kif sostniet il-Kummissjoni, il-kwistjoni dwar jekk din l-interpetazzjoni jkollhiex bħala riżultat li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva testendix ukoll għall-fondi oħrajn barra dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali, m'hijiex is-suġġett ta' domandi preliminari sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-klassifikazzjoni fi dritt nazzjonali ta' <QUOT.START ID="QS0043" REF.END="QE0043" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0043" REF.START="QS0043" CODE="201D"/> ma tistax tiġġustifika l-fatt li huma jibbenefikaw minn eżenzjoni Komunitarja bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali. Jeħtieġ ukoll li dawn ikunu fondi li jaqgħu taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0044" REF.END="QE0044" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0044" REF.START="QS0044" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 13(B)(d)(6), tas-Sitt Direttiva u li jistgħu jkunu eżenti fid-dawl ta' l-għan ta din id-Direttiva u tal-prinċipju ta' newtralità fiskali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5553"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premessi li saru qabel, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi għandha tkun li l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jagħti lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali sabiex jiddefinixxu l-fondi fitterritorju tagħhom li jaqgħu taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0045" REF.END="QE0045" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0045" REF.START="QS0045" CODE="201D"/> għall-iskop ta' l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni. Madankollu fl-eżerċizzju ta din is-setgħa, l-Istati Membri għandhom iħarsu l-għan imħaddan minn din id-dispożizzjoni, li huwa li jiffaċilita l-investiment ta' titoli għall-investituri permezz ta' impriżi ta' investiment, filwaqt li jiggarantixxiu l-prinċipju ta' newtralità fiskali millat tal-ġbir tal-VAT fuq l-immaniġġjar ta' fondi speċjali ta' investiment li qegħdin f'kompetizzjoni ma fondi speċjali ta' investiment oħra, bħall-fondi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva UCITS.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba' domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Bir-raba domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva għandux effett dirett</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jqisu li huma għandhom dritt li jinvokaw din id-dispożizzjoni. Il-fatt biss li din tidher li tħalli lill-Istati Membri ċerta diskrezzjoni fiddefinizzjoni li huma jagħtu lill-fondi speċjali ta' investiment ma jistax ikun ta' xkiel għall-possibbiltà li tiġi invokata meta l-miżuri nazzjonali li jimplementawha jeċċedu l-limiti ta' din id-diskrezzjoni meta dawn imorru kontra l-prinċipju ta' newtralità fiskali u/jew kontra l-għan imħadden mill-eżenzjoni prevista fl-imsemmija dispożizzjoni. Il-Kummissjoni hija ta' l-istess opinjoni u żżid li l-Artikolu 13B(d) (6) tas-Sitt Direttiva jista' jiġi invokat direttament, safejn il-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali ta' l-Istati Membri jkunu ċari, preċiżi u suffiċjentement inkundizzjonati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5554"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-gvern tar-Renju Unit, min-naħa l-oħra, jikkunsidra li l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva m'għandux effett dirett peress li dan jeżiġi trażpożizzjoni addizzjonali mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li, fil-każijiet kollha fejn dispożizzjonijiet ta' direttiva jidhru li huma, mil-lat tal-kontenut tagħhom, bla kundizzjoni u preċiżi biżżejjed, dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu invokati, finnuqqas ta' miżuri ta' implementazzjoni adottati fit-termini previsti, kontra kull dispożizzjoni nazzjonali li mhijiex konformi mad-Direttiva, jew ukoll safejn huma jiddefinixxu drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw kontra l-Istat (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19820119">19 ta' Jannar 1982</DATE>, Becker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="8/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="53">8/81, Ġabra p. 53, punt 25</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20020910">10 ta' Settembru 2002</DATE>, Kügler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-141/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-6833">C-141/00, Ġabra p. I-6833, punt 51</REF.DOC.ECR> ; ta' l-<DATE ISO="20030520">20 ta' Mejju 2003</DATE> Osterreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-465/00+C-138/01+C-139/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4989">C-465/00, C-138/01 u C-139/01, Ġabra p. I-4989, punt 98</REF.DOC.ECR>, kif ukoll Linneweber u Akriditis, iċċitata aktar 'il fuq, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontenut ta' l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi kkonstatat li dan jindika b'mod suffiċjentement preċiż u inkundizzjonat li l-immaniġġjar tal-fondi speċjali ta' investiment għandu jkun eżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-fatt li din id-dispożizzjoni tikkonferma l-eżistenza ta' diskrezzjoni ta' l-Istati Membri mhuwiex ta' natura li jqiegħed in kwistjoni din l-interpretazzjoni jekk, skond indikazzjonijiet oġġettivi, il-prestazzjoni kkontestata tissodisfa l-kriterji għall-imsemmija eżenzjoni (ara, b'analoġija, is-sentenza tas-<DATE ISO="20031106">6 ta' Novembru 2003</DATE>, Dornier, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-12911">C-45/01, Ġabra p.I-12911, punt 81</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva jagħti lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali billi jispeċifika li dawn huma kompetenti li jiddefinixxu l-fondi speċjali ta' investiment, ma jżommx lill-interessati milli jinvokaw direttament din id-dispożizzjoni (ara, b'analoġija, is-sentenza Dornier, iċċitata aktar 'il fuq, punt 81),<?PAGE NO="I-5555"?> meta Stat Membru, li jeżerċita din id-diskrezzjoni, ikun adotta miżuri nazzjonali li mhumiex kompatibbli ma' din id-Direttiva (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Linneweber u Akriditis, iċċitata aktar 'il fuq, punti 36 u 37).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għar-raba' domanda għandha tkun li l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva għandu effett dirett, fis-sens li dan jista jiġi invokat minn persuna taxxabbli quddiem qorti nazzjonali sabiex topponi l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun inkompatibbli ma' din id-dispożizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju, 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0046" REF.END="QE0046" CODE="201C"/>fondi<?PAGE NO="I-5556"?> speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0046" REF.START="QS0046" CODE="201D"/> f'din id-dispożizzjoni huwa ta' natura li jinkludi l-fondi b'kapital fiss bħalma huma l-Kumpanniji ta' trust ta' l-Investiment (Investment Trust Companies).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jagħti lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali sabiex jiddefinixxu l-fondi fit-territorju tagħhom li jaqgħu taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0047" REF.END="QE0047" CODE="201C"/>fondi speċjali ta' investiment<QUOT.END ID="QE0047" REF.START="QS0047" CODE="201D"/> għall-iskop ta' l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni. Madankollu, fl-eżerċizzju ta' din is-setgħa, l-Istati Membri għandhom iħarsu l-għan imħadden minn din id-dispożizzjoni, li huwa li jiffaċilita l-investiment ta' titoli għall-investituri permezz ta' impriżi ta' investiment filwaqt li jiggarantixxu l-prinċipju ta' newtralità fiskali mil-lat tal-ġbir tal-VAT fuq l-immaniġġjar ta' fondi speċjali ta' investiment li qegħdin f'kompetizzjoni ma' fondi speċjali ta' investiment oħra, bħall-fondi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-<DATE ISO="19851220">20 ta' Diċembru 1985</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) emendata mid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20050309">9 ta' Marzu 2005</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu effett dirett, fis-sens li dan jista' jiġi invokat minn persuna taxxabbli quddiem qorti nazzjonali sabiex topponi l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun inkompatibbli ma' din id-dispożizzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>