31985R1745



Official Journal L 167 , 27/06/1985 P. 0021 - 0022
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0061
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 13 P. 0222
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0061
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 13 P. 0222


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1745/85

tas-26 ta' Ġunju 1985

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2290/83 li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 sa 59 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja għal eżenzjoni minn dazju doganali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja t' eżenzjonijiet minn dazju tad-dwana [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Billi l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2290/83 [2] fost l-oħrajn jobbliga l-istabbiliment jew organizazzjoni li lilha jiġu mogħtija l-ħwejjeġ biex jintużaw il-ħwejjeġ impurtati esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali skond it-tifsira tat-tieni indent ta' l-Artikolu 54 tar-Regolament bażiku; billi dan ir-rekwiżit ma joħroġx mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku f'dak illi jikoncerna ħwejjeġ impurtati taħt l-Artikolu 51 ta' l-imsemmi Regolament bażiku; billi l-kliem ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2290/83 għandu jiġi emedat għal hekk;

Billi l-esperjenza miksuba mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 2290/83 uriet li l-frażi li għandha tiddaħħal fil-Kopja ta' Kontroll T Nru 5 ma tinfurmax korretament lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni ta' l-obbligazzjoni tagħhom li jiżguraw li l-organizazzjoni li tirċievi l-istrument jew apparat tuża dan skond il-kondizzjonijiet mniżżlin għal għoti kontinwat t' eżenzjoni minn dazju tad-dwana; billi għalhekk dik il-frażi għandha tiġi emendata;

Billi l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2290/83 jipprovdi li kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta' l-istrumenti, għodda, partijiet ta' rikambju, komponenti, aċċessorji u għodda ta' liema l-prezz jew il-valur għal skopijiet ta' dwana ma jiskorrix it-3000 ECU u li għal liema jkun awtorizzat dħul ħieles minn dazju fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 7(1) jew 14 (1); billi dan il-limitu ġie ffissat fl-1980, minħabba li r-Regolament (KEE) Nru 2290/83 irriproduċa, bla tibdil, il-limitu ffissat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2784/79 [3] li japplika qabel; billi dan il-limitu qatt ma ġie emendat minn dak in-nhar;

Billi jkun xieraq li l-livell jiġi mgħolli għal 5000 ECU;

Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għal Arranġament għal Ħelsien minn Dazju,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2290/83 huwa emendat permezz tal-preżenti kif ġej:

1. L-Artikolu 2(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Id-dħul ħieles minn dazju fuq l-importazzjoni ta' materjali edukattiv, xjentifiku u kulturali msemmijin fl-Artikolu 51, 52 (1), 53 u 56 tar-Regolament bażiku, hawn taħt msejħin "ħwejjeġ", għandhom jimplikaw l-obbligazzjonijiet segwenti min-naħa ta' l-istabiliment jew organizazzjoni lil min jiġu kkunsinjati l-ħwejjeġ:

- li jibgħatu l-ħwejjeġ msemmija direttament lill-post ta' destinazzjoni iddikjarat,

- li jdaħħluhom fl-inventarju tagħhom,

- biex jiffaċilitaw kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jqisu meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kondizzjoniiet għall-għotja ta' dħul ħieles minn dazju fuq l-importazzjoni huma sodisfatti, jew jibqgħu sodisfatti.

Barra minn hekk, fil-każ ta' ħwejjeġ msemmija fl-Artikoli 52(1), 53 u 56 tar-Regolament bażiku, għandu jimplika l-obbligazzjoni min-naħa ta' l-istabiliment jew organiazzjoni li lilhom jiġu kkunsinjati l-ħwejjeġ li jużaw il-ħwejjeġ msemmijin hawn fuq esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali skond it-tifsira tat-tieni indent ta' l-Artikolu 54 tar-Regolament bażiku."

2. L-Artikolu 3(2) huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Fil-każ fejn l-istabiliment jew organizazzjoni li lilhom jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti l-ħwejjeġ jinstabu fi Stat Membru barra minn dak li fih jinstab l-istabiliment li silef, kera jew ittrasferixxa il-ħwejjeġ, meta jintbgħatu tali ħwejjeġ l-uffiċċju tad-dwana kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn jintbgħatu għandu joħroġ Kopja ta' Kontroll T Nru 5 skond ir-regoli mniżżlin fir-Regolament (KEE) Nru 223/77 sabiex jiġi żgurat li tali ħwejjeġ jintużaw għal użu li jintitolhom li jkomplu jikkwalifikaw għal dħul ħieles minn dazju fuq l-importazzjoni Għal dan il-għan, l-imsemmija Kopja ta' Kontroll għandha tinkludi, fil-kaxxa 104 taħt l-intestatura "oħra", waħda mis-segwenti

- ;

- ;

- ;

- ;

- ;

- ;

- ."

3. L-Artikolu 16(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummisjoni lista ta' l-istrumenti, apparat, partijiet ta'rikambju, komponenti, aċċessorji u għodda ta' liema l-prezz jew il-valur għal skopijiet ta' dwana jaqbeż l- 5000 ECU u li għalihom huwa awtorizza dħul ħieles mid-dazju fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 14(1)."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-1 ta' Lulju 1985.

Dan ir-Regolament jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Ġunju 1985.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[2] ĠU L 220, tal-11.8.1983, p. 20.

[3] ĠU L 318, tat-13.12.1979, p. 32.

--------------------------------------------------