|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4255 |
4.8.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12545 — MSI / TARGET COMPANIES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4255)
1.
Fis-27 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Morgan Stanley Infrastructure Inc. (“MSI”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Morgan Stanley (l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Nicollin SAS (“Nicollin”, Franza), ikkontrollata minn Groupe Nicollin (Franza), |
|
— |
Société Méditerranéenne De Nettoiement SAS (“SMN”, Franza), ikkontrollata minn Groupe Nicollin, |
|
— |
Nicollin Holding Environnement (“NHE”, Franza), ikkontrollata minn Groupe Nicollin, |
|
— |
Nicollin Eau (Franza), ikkontrollata minn Groupe Nicollin, |
|
— |
MP3D Groupe (Franza), ikkontrollata minn Groupe Nicollin. |
Morgan Stanley se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Nicollin, SMN, NHE, Nicollin Eau, u MP3D Groupe (il- “Kumpaniji fil-Mira”).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
MSI hija attiva fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji, inklużi pariri dwar l-immaniġġjar tal-assi u pariri dwar fondi li jinvestu f’assi infrastrutturali, |
|
— |
il-Kumpaniji fil-Mira huma attivi fl-operat tas-servizzi tal-immaniġġjar tal-iskart (Nicollin, SMN, NHE) u l-operat tas-servizzi tal-ilma (Nicollin Eau u MP3D Groupe). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12545 — MSI / TARGET COMPANIES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4255/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)