|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1720 |
13.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1720
tat-13 ta’ Lulju 2026
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta' Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998. |
|
(2) |
Fit-8 ta' Diċembru 2020, permezz tad-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta' ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem għal kull persuna hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tagħha. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta' Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna li d-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż ir-regoli li jirregolaw it-trattament tal-priġunieri tal-gwerra, irid jiġi rrispettat bis-sħiħ u kkundanna bl-eħrex mod possibbli il-vjolenza sesswali u l-vjolenza abbażi talġeneru mwettqa fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa enfasizza wkoll l-impenn sod tiegħu li jiġi żgurat l-irfigħ tar-responsabbiltà sħiħa għad-delitti tal-gwerra u d-delitti l-oħra l-aktar serji mwettqa b'rabta mal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. |
|
(4) |
Fid-dikjarazzjoni tagħha fil-laqgħa tal-Arria-formula tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar “Il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra priġunieri tal-gwerra u detenuti ċivili Ukreni” fit-13 ta' Jannar 2025, l-Unjoni kkundannat bl-aktar mod qawwi t-tortura, it-trattament ħażin u l-qtil ta' priġunieri tal-gwerra u detenuti ċivili Ukreni, appellat biex il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar jingħata aċċess bla xkiel għad-detenuti kollha, u tenniet il-ħtieġa li jiġi żgurat l-irfigħ tar-responsabbiltà għall-ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali. |
|
(5) |
F'dak il-kuntest, jenħtieġ li tmien persuni u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1998/oj.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
(2) |
l-entrata li ġejja tiżdied mal-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1720/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)