|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/496 |
12.3.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/496
tal-11 ta’ Marzu 2025
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ungerija
(notifikata bid-dokument C(2025) 1619)
(It-testi bl-Ungeriż u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija marda virali infettiva li taffettwa lill-mammiferi tal-ordni artjodattili u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’mammiferi tal-ordni Artiodactyla, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra li jżommu annimali suxxettibbli. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
L-Ungerija infurmat lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-territorju tagħha, wara tifqigħa ta’ dik il-marda fi stabbiliment li jżomm l-annimali bovini fil-Kontea ta’ Győr-Moson-Sopron fl-Ungerija, li ġiet ikkonfermata fis-6 ta’ Marzu 2025, qrib ħafna tal-fruntiera mas-Slovakkja. F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, l-Ungerija stabbiliet żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn jiġu applikati l-miżuri ġenerali għall-kontroll tal-mard stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat, sabiex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda. Is-Slovakkja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li, wara r-rapport tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ungerija qrib il-fruntiera tagħha, hi stabbiliet żona ta’ sorveljanza f’kooperazzjoni mal-Ungerija, fit-territorju tagħha f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(5) |
Biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, tiġi identifikata malajr iż-żona ristretta għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, li tinkludi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Ungerija, u ż-żona ta’ sorveljanza fis-Slovakkja, b’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri. |
|
(6) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u d-durata tal-miżuri li japplikaw kienu bbażati fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali fl-Ungerija fir-rigward ta’ dik il-marda, kif ukoll il-livell tar-riskju għal aktar tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Ungerija, u ż-żona ta’ sorveljanza fis-Slovakkja, jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tiġi stabbilita d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
|
(8) |
Minħabba l-urġenza li tirriżulta mis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tat-tixrid tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-bżonn li l-marda ma tinxteridx mill-istabbiliment affettwat fl-Ungerija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, jixraq li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(9) |
Konsegwentement, sakemm il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jagħti l-opinjoni tiegħu, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Ungerija, kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza fis-Slovakkja, jenħtieġ li jiġu stabbiliti minnufih fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati stabbiliti fih. |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni trid tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Ungerija u s-Slovakkja għandhom jistabbilixxu minnufih żona ristretta, li tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza fl-Ungerija, u żona ta’ sorveljanza fis-Slovakkja, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.
2. Huma għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni; u li |
|
(b) |
il-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ April 2025.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija u lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
ANNESS
Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata
|
Pajjiż |
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fl-Ungerija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
L-Ungerija |
HU-FMD-2025-00001 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.745480, Long. 17.694840 |
10.4.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.745480, Long. 17.694840, excluding the areas contained in the protection zone |
10.4.2025 |
||
|
Is-Slovakkja |
HU-FMD-2025-00001 |
Żona ta’ sorveljanza: In district Dunajská: the municipalieis of Streda - Medveďov, Sap, Baloň, Čilížska Radvaň and Klúčovec. In district Komárno: the municipalieis of Číčov, Trávnik and Kližská Nemá. |
10.4.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/496/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)