Official Journal L 098 , 19/04/2000 P. 0037 - 0037
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ April 2000 li temenda d- Deċiżjoni 92/486/KEE fuq il- forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentru host ANIMO u l-Istati Membri (notifikata bid-dokument numru C(2000) 922) (Test b’ rilevanza ŻEE) (2000/288/KE) IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ fil-Komunità f’ ċerti annimali u prodotti bil-għan li jkun ikkompletat is-suq intern [1], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 20 [3] tagħha, Billi: (1) Studji varji tal-Komunità u seminars jindikaw li s-sistema kumplessa ta’ l-arkitettura ANIMO suppost tkun irreveduta ħalli sistema veterinarja li tintegra l-applikazzjonijiet kompjuteriżżati varji jistgħu ikunu mplimentati. (2) Id-Deċiżjoni 92/486/KEE tal-25 ta’ Settembru 1999 tistabbilixxi l-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ- ċentru host ANIMO u l-Istati Membri(3), kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni 2000/716/KE [4], suppost tkun emendata sabiex tiggarantixxi l-kontinwità tas-sistema kumplessa ta’ l-ANIMO. (3) Il-miżuri li għalihom hemm provvediment f’ din id- Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Is-segwenti paragrafu hu miżjud ma’ l-Artikolu 2a ta’ Deċiżjoni 92/486/KEE: "5. Għall-perijodu mill-1 ta’ April 2000 sa’ l-31 ta’ Marzu 2001, l-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 1 għandhom jiżguraw li l-kuntratti li għalihom hemm riferenza f’ dak l-Artikolu huma estiżi għal sena. Is-segwenti ħlas għandu japplika b’ rispett ta’ dan il-paragrafu: EUR 386 għal kull parti (parti ċentrali, parti lokali, post ta’ spezzjoni fil-fruntiera) għal kull wieħed mill-unitajiet ANIMO elenkati fid- Deċiżjoni 2000/287/KE [5]." Artikolu 2 Din id- Deċiżjoni hi applikabbli mill-1 ta’ April 2000. Artikolu 3 Din i-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ April 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] Ġu L 224, tat-18.8.1990, p 1. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [3] ĠU L 291, tas-7.10.1992, p. 20. [4] ĠU L 289, tal-11.11.1999, p. 1. [5] ĠU L 98, tad-19.4.2000, p. 12. --------------------------------------------------